Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti u xogħlijiet, bil-valur ta' kull wieħed, li ngħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b' sena mill-2004, lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Għal kull każ, jista' l-Ministru jgħid jekk kien każ ta' tender jew direct order? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm każijiet fejn l-istess kumpanija ngħatat xogħol bħala sub-contracter ta' min ikun rebaħ xi kuntratt jew ingħata direct order?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Mellieħa — Mains tal-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x-xogħol ta' mains ġodda sar/qed isir bħala parti mix-xogħol fuq it-toroq arterjali li qed tagħmel Transport Malta mill-Mellieħa saċ-Ċirkewwa? Kemm tlaħħaq l-ispiża involuta f'dan ix-xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf illi l-Onor. Interpellant illi f’dawn it-toroq qed isir upgrade ta’ mains tal-ilma biex tissalla id-distribuzzjoni tal-ilma. Peress li l-proġet huwa ta’ Transport Malta, l-ispiża qed tiġi monitorata minnhom.

San Pawl il-Baħar — Triq is-Simar u Trejqet Għar Berbaħ - xogħlijiet marbuta ma' servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol marbut mas-servizz tal-ilma u tad-drenaġġ fit-Toroq: Simar, u Trejqet Għar Berbaħ f'San Pawl il-Baħar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi parti sostanzjali ta’ dan il-proġett huwa ta’ Transport Malta. Huwa pjanat li x-xgħolijiet min naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma jkunu lesti sas-sajf.

kont tad-dawl u ilma

Question

Jista' l- Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u ilma tal-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilu ma joħroġ madwar sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

kont tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li l-kont tad-dawl u l-ilma ġiehom għoli ħafna?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

kontijiet li qed joħorġu l-Arms Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed joħorġu f’mod haphazard anki għall-perjodi li jvarjaw peress li hemm kontijiet fejn l-ewwel kien hemm min ġie invoiced mill-24 ta' Awwissu 2011 sal-10 ta' Marzu 2012 biex ftit wara irċieva kont ta' xahar biss mill-11 ta' Marzu 2012 sat-13 ta' April 2012 meta l-konsumatur huwa regolari ħafna fil-ħlas lill-ARMS Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Ngaħrraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.

Mosta — ħwienet tal-logħob

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34436, jista' l-Ministru jinvestiga kif fil-Mosta ħarġu l-permessi mill-awtorità kompetenti għal żewġ ħwienet tal-logħob li qegħdin fil-viċinanza ta' inqas minn 75 metru ta' każin tal-banda li skont il-leġislatura regolatorja fuq dan is-settur tistipula li ħwienet tal-logħob ma jistgħux ikunu fil-viċinanza ta' special schools peress li l-Ministru kien ta lil min jifhem li każini tal-banda għandhom ikunu kkonsidrati bħala special schools fejn it-tfal u żgħażagħ ikunu qed jiffrekwentaw dawn il-postijiet biex jitgħallmu l-mużika? Jista' l-Ministru jara li dawn il-permessi jkunu mwaqqfa immedjatament u meħuda lura?

Response (FENECH, TONIO)

Ngaħrraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.

Taħriġ u superviżjoni tad-disposal tal-mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34669 u cioè permezz tal-Korporazzjoni Enemalta, jagħti lista mingħajr ismijiet tal-ħaddiema li kienu responsabbli għas-superviżjoni tad-disposal tal-kimika mercaptan u tagħti d-dettalji dwar it-taħriġ li dawn ingħataw jekk qatt irċevietx taħriġ simili?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport tal-Bord of Inquiry into the alleged irregular disposal of the chemical Mercaptan by Enemalta Corporation li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 30 t’April, 2012, f’seduta Nru. 466.

LPG mingħajr mercaptan

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34783 u jikkonferma li fl-imgħoddi dejjem kienet il-prattika li qatt ma kien jinġieb l-LPG mingħajr mercaptan diġà mħallat miegħu? Jista' jikkonferma wkoll li f’dawk il-każijiet rari fejn xi drabi l-LPG ma jkunx diġà fih l-mercaptan, il-Korporazzjoni Enemalta nnifisha kienet tara li r-raffinerija minn fejn kien jitgħabba l-prodott, kienet tipprovdi wkoll anki mercaptan u/jew fuq il-vapur waqt li jkun ġej, jew inkella meta jkun qed iħott l-LPG għal fil-istallazzjoni tal-Qajjenza sabiex issir it-taħlita meħtieġa? Huwa minnu li sa ftit żmien ilu ma kienx jinxtara l-mercaptan sfuż? Minn meta beda jsir dan? Min kien ħa d-deċiżjoni li jibda jinxtara l-LPG mingħajr mercaptan diġà mħallat mal-prodott? Ġie stabbilit għaliex inxtrat dik il-kwantità kbira ta’ mercaptan meta ma kienx se jiġi użat? Meta nxtraw dawn it-tankijiet ikkonċernati bil-mercaptan li kienu suġġetti għall-inkjesta riċenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.

Labour Force Survey — paga medja gross annwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34647 u jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011 il-paga medja gross annwali skont id-diversi setturi tal-attività ekonomika?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.

Labour Force Survery — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34646 u jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011: a) kemm kien hemm nies jirreġistraw għax-xogħol, dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘il fuq minn 25 sena għalihom kif ukoll nisa għalihom u rġiel għalihom; b) kemm kienet il-popolazzjoni tal-eta’ tax-xogħol, nisa għalihom u rġiel għalihom u skont l-età, ie dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘il fuq minn 25 sena; ċ) ir-rata ta’ attività, il-forza lavorattiva totali ( labour force ) bħala persentaġġ tal-popolazzjoni totali tal-età tax-xogħol kif ukoll il-forza lavorattivi tal-irġiel bħal persentaġġ tal-irġiel tal-età tax-xogħol u il-forza lavorattivi tan-nisa bħal persentaġġ tan-nisa tal-età tax-xogħol; u d) in-numru ta’ nies inattivi, nisa għalihom u rġiel għalihom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.

Labour Force Survey

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34645 u jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011 a) Il-labour supply; nisa għalihom u rġiel għalihom; b) n-numru ta’ nies jaħdmu full-time , nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika; ċ) in-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika; d) in-numru ta’ nies jaħdmu part-time , nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.

Enemalta — żarmar tal-istallazzjoni fil-Qajjenza

Question

Jista' l-Minsitru jgħid meta l-Korporazzjoni Enemalta se tlesti miż-żarmar tal-istallazzjoni fil-Qajjenza meta l-Liquigas immorru n-naħa ta’ wara l-Freeport? Jista' jgħarraf lill-Kamra jekk l-Korporazzjoni Enemalta humiex sejrin jirritornaw l-art privata lil sidha? X'sejrin jagħmlu l-Korporazzjoni Enemalta bl-art li hija tagħhom, u din hija parti kbira u ta' mal-baħar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.

Ittra lill-Arms

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna separata li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament, peress li kitbet ittra lill-ARMS Ltd biex issir revision tal-kont ta' żmien fejn kienu jgħixu ż-żewġ persuni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

Karozzi Second Hand importati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi second hand matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-istatistika għal April 2012 tkun disponibbli wara l-5 ta’ Ġunju. Għaldaqstant, l-informazzjoni għall-ewwel erba’ xhur tas-sena mhux disponibbli.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34470 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħ'Attard — Triq l-Imdina u Triq Ħaż-Żebbuġ - ilment dwar rwejjaħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34355 u jinforma lill-Kamra x'passi ħa, jew qed jieħu, jew inkelli x'bi ħsiebu jieħu rigward ir-riħa qawwija li ħierġa mid-drenaġġ f'Ħ'Attard l-aktar fl-inħawi tat-Triq l-Imdina u Triq Ħaż-Żebbuġ peress li din ir-riħa ilha ħierġa għal aktar minn sena bl-inkonvenjenza kbira għar-residenti, u anki b'periklu għas-saħħa tagħhom? Jista' jara x'jista' jsir peress li r-residenti ġew informati, minn rapreżentanti tad-Dipartiment tas-Saħħa li din hija riżultat li hemm min qed jitfa' l-ħmieġ tal-annimali mill-inħawi tal-Imdina?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għamlet diversi spezjonijiet fl-akwata msemmija u fl-ebda ħin ma irriżulta li hemm irwejjaħ. Is-istema tad-drenaġġ instabet taħdem sew. Jirriżulta wkoll, illi fil-passat, wara ilmenti simili, il-ħaddiema tal-Korporazzjoni sabu diversi sorsi ta irwejjaħ ġejjin minn sistemi privati bħall sufuni niexfa u ventijiet ħżiena. Kienu ġew irrangati/mibdula xi tappieri ukoll. Nitolbu lil konsumatur effetwat sabiex iċempel lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq il-freephone 80072222 u jindika il-post tas-sors tar-riħa sabiex il-Korporazzjoni taħdem fuqu.

Gvern Malti bħala Shareholder

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34466 u 33769 u jgħid kemm għandu shares jew kemm huwa involut bħala shareholder il-Gvern Malti f'kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn differenti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli nterpellant għall-Appendici “H” u “H1” tar-Rapport tat-Teżor 2010 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fl-4 ta’ Lulju, 2011 kif ukoll għal Appendiċi “G” tal-Estimi Finanzjarji tal-Gvern għas-sena 2012 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fl-14 ta’ Novembru, 2011.

Public Service Obligation — kumpanija Gozo Channel

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34503 dwar in-nefqa kull sena fuq il-Public Service Obligation li l-gvern għandu mal-Gozo Channel Co., jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kull sena li tkopri l-passiġġieri Għawdxin?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra