Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna qed jingħataw l-istudenti li għandhom autistic needs fis-sistema edukattiva tagħna fuq livell primarju, sekondarju u terzjarju speċjalment waqt l-eżamijiet u kif jiġu kkoreġuti l-karti tal-istess studenti? Tittieħed in konsiderazzjoni l-kundizzjoni ta' dawn l-istudenti meta dan ix-xogħol ikun qed isir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-persuni barranin li għandhom il-permess biex jaħdmu fil-pajjiż? Tista' tindika l-informazzjoni abbażi ta' nazzjonalità u tindika f'liema settur qed jaħdmu u l-ġeneru tal-impjieg tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — xogħol ta' back office
Question
Tista l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li diffiċli ħafna tiddentifika min jagħmel xogħol ta’ back office biss peress li minkejja li kull entità għandha l-istrutturi tagħha u kull impjegat huwa mistenni li jagħmel kull xogħol meħtieġ skont l-esiġenzi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30869, tista' l-Ministru tispjega għalfejn m'għadux jingħata ħalib lit-tfal tal-iskola Primary ta' Raħal Ġdid u jekk mhemmx raġuni ġustifikata, tara li dan jerġa' jibda jingħata kif kien isir fis-snin li għaddew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għal mistoqsijiet parlamentari numru 30091 u 30761.
Il-Proviżjoni tal-ħalib ingħatat mit-Tnejn 16 ta’ Jannar.
MCAST — BTEC Diploma in Business - ħlas addizzjonali għall-eżamijiet
Question
Tista' l-Ministru tispjega għaliex studenti li qed isegwu l-kors tal-BTEC Diploma in Business fl-MCAST intalbu ħlas addizzjonali meta marru biex iħallsu għall-eżamijiet tagħhom fl-MCAST stess, iżda ma ntalbu l-ebda ħlas addizzjonali meta marru biex iħallsu fl-uffiċini tal-Maltapost? Ma taħsibx li dan huwa piż żejjed fuq l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kulleġġ Malti tal-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) għandu arranġamenti mal-Maltapost biex l-istudenti jkunu jistgħu jħallsu f’waħda mill-fergħat tagħhom fil-ġranet indikati fuq l-applikazzjoni. Dan huwa ta’ konvenjenza kbira għall-istudenti li jużaw dan is-servizz.
Ta’ min jiġbed l-attenzjoni li għalkemm l-MCAST iħallas lill-Maltapost għal dan is-servizz, hu ma jżomm l-ebda ħlas lill-istudenti. Anzi bil-kuntrarju, biex l-MCAST jinkoraġġixxi lill-istudenti jużaw dan is-servizz, jeżenta lill-istudenti mill-ħlas amministrattiv li jiġi mitlub.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-istudenti tal-MCAST fil-kors imsejjah National Diploma in Operations Maintenance and Engineering li beda f'Settembru 2009 u ntemm Lulju, 2011 mhux qed jitħallew jirrepetu l-modules li weħlu minnhom, meta l-kors xorta waħda għaddej din is-sena b'inqas studenti? Għaliex l-istudenti qed jintalbu jagħżlu kors ieħor meta għandhom diġà taħriġ b'suċċess f'bosta modules mill-kors tal-għażla taghhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont ir-regolamenti tal-Kulleġġ, l-istudenti għandhom jingħataw żewġ opportunitajiet ta’ ‘assessment’ biex ikunu jistgħu jgħaddu mill-eżamijiet jew assignments li jkollhom matul is sena (l-ewwel opportunità u jekk ma jgħaddux jagħmlu resit). F'ċirkustanzi normali jekk l-istudenti jibqgħu ma jgħaddux, ikollhom jirrepetu s-sena qabel ikunu jistgħu javvanzaw għas-sena ta’ wara. Dan biex jiġi żgurat li l-istudenti jkunu verament kisbu l-ħiliet marbuta ma’ dik is-sena partikolari.
Peress li din is-sena l-parti l-kbira tas-sillabi tal-BTEC inbidlu, l-Kulleġġ iddeċieda li jagħmel eċċezzjoni ta’ darba li permezz tagħha l-istudenti kollha effetwati b’dan it-tibdil ingħataw it-tielet ċans (it-tieni ‘resit’) biex ikunu jistgħu jipprogressaw għas-sena li jkun imisshom.
Sfortunatament, kien hemm studenti li wara li ngħataw it-tliet ċansijiet, xorta waħda baqgħu ma laħqux il-livell meħtieġ biex ikunu jistgħu jgħaddu għas-sena ta’ wara. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Kulleġġ ma kellux triq oħra ħlief li jitlob lill-istudenti jirrepetu s-sena. L-MCAST huwa konvint li din kienet l-aktar soluzzjoni ġusta kemm għal dawn l-istudenti imsemmija biex jiġi żgurat li jieħdu t-tagħlim meħtieġ, kif ukoll biex ma jkunx qed joħloq sitwazzjoni fejn ftit studenti jingħataw opportunità mod, u studenti oħrajn, li ma jistgħux jingħataw din l-għażla għax il-‘modules’ li m’għaddewx minnhom m’għadhomx jiġu offruti jew inbidlu, jiġu trattati mod ieħor.
Tista' l-Ministru tipprovdi statistika xahar b'xahar ta' kemm kienu l-individwi li jirreġistraw għax-xogħol u jirċievu l-benefiċċju tal-qgħad li nqelbu u bdew jirċievu l-benefiċċju magħruf bħala għajnuna soċjali għax-xhur Settembru sa Novembru 2011? Nitlob lill-Ministru tipprovdi l-istess statistika dwar dawk li kienu jirċievu l-benefiċċju tal-qgħad u bdew jirċievu pensjoni għall-istess perjodu? Nitlob lill-Ministru tipprovdi statistika oħra ta' kemm kienu dawk li jircievu l-beneficcju magħruf bħala għajnuna soċjali li nqelbu u bdew jirċievu l-għajnuna tal-qgħad fl-istess perjodu msemmi u dawk li bdew jircievu pensjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ma tridx taqbeż dħul biex tkun tista' tieħu għajnuna supplimentari għall-mard f'każ ta' koppja u f każ ta' single?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Biex persuna tikkwalifika għal Għajnuna Medika trid tissodisfa t-test tal-mezzi. Permezz ta’ dan it-test jiġi stabbilit kemm huwa l-kapital tal-familja (assi, beni u/jew flus il-bank) kif ukoll id-dħul fil-ġimgħa.
F’każ ta’ persuna miżżewġa persuna tista’ tikkwalifika jekk il-kapital tagħhom ma jeċċedix it-€23,300 u d-dħul tal-koppja fil-ġimgħa jkun anqas minn €157.60.
F’każ ta’ persuna waħeda l-kapital ma jridx jeċċedi l-€14,000 u d-dħul fil-ġimgħa jrid ikun anqas minn €131.80.