Tista' l-Ministru tgħid x'qed iżomm lill-awtoritajiet konċernati milli jagħtu ċ-ċavetta tal-lift li huwa diġà stallat u kollox jaħdem fil-post li d-dettalji tiegħu qed jingħata separatament, lir-residenti biex dawn jibdew jagħmlu użu mill-istess lift?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar lestiet ix-xogħlijiet kollha marbuta mal-istallazzjoni tal-lift f’Mejju 2010 iżda għadha mhix f’pożizzjoni li tapplika għas-servizz tal-elettriku minħabba proċeduri tal-MEPA li qegħdin jieħdu iktar żmien mill-previst. L-Awtorità tad-Djar qed tagħmel il-pressjoni kollha meħtieġa sabiex il-proċeduri neċessarji jiġu pproċessati malajr kemm jista’ jkun, u dan bl-iskop ewlieni li r-residenti jibdew jinqdew mis-servizz tal-lift li ġie pprovdut mill-awtorità mill-aktar fis.
Tista' l-Ministru tgħid x'benefiċċji se jkollhom fit-trasport l-anzjani meta jippreżentaw il-Kartanzjan, kemm fuq servizzi tal-art bħal trasport bix-xarabanks u anke fuq il-vapur ta' Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 26607, tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-persuni responsabbli mit-389 student li fallew l-iskola ttellgħu quddiem it-Tribunal talli naqsu li jibagħtu lil uliedhom l-iskola u b’hekk kisru l-liġi? Kemm minn dawn it-389 student fallew aktar minn xahar skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1336 tat-30 ta’ Gunju, 2008, tista’ l-Ministru tgħid jekk ġewx implimentati r-rakkmandazzjonijiet tad-dokument School Attendance Improvement?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-rakkomandazjonijiet tad-dokument School Attendance Improvement qegħdin jiġu implementati mis-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudent.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk hux permessibbli li persuna jkollha żewġ full-time jobs? Jekk huwa l-każ, tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, elenku tal-persuni li maċ-Ċivil għandhom din il-fakultà?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sistema tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ taċċetta li persuna jkollha iżjed minn full time job wieħed.
Skont il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ in-numru ta` persuni li għandhom iżjed minn full time job wieħed maċ-Ċivil kien ta' wieħed.
Nixtieq ninfurmaw lill-Onorevoli Interpellant li ma tistax tingħata lista bl-ismijiet tal-persuni li għandhom izjed minn
full-time
wieħed minħabba li l-informazzjoni hi kkunsidrata bħala kunfidenzjali minħabba l-Att XXVI tal-2001 li titratta dwar il-protezzejoni tad-data.
Tista' l-Ministru tgħid kif ċertu lecturer fl-Università qajla tidher l-Università u għandha impjieg ma' kumpanija partikolari fuq bażi full-time? X'passi jittieħdu fil-konfront ta' min qed jabbuża mis-sistema u min qed jippermetti, b'mod amministrattiv, tali abbuż?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università ta' Malta għandha proċeduri fis-seħħ permezz tal-Ftehim Kollettiv u tittieħed azzjoni fejn isir abbuż. Azzjoni tittieħed ukoll meta jkun hemm ilment bil-miktub.
National Employment Authority — każijiet minn Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' każijiet minn Għawdex li dehru quddiem n-National Employment Authority fl-aħħar tliet snin? Kemm kienu l-każijiet fejn t-talba ġiet rifjutata? Tista' tagħti din l-informazzjoni għal kull bord li sar matul dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fis-sena 2008 kien hemm seba’ (7) seduti fejn sitt (6) każijiet ġew aċċettati u għoxrin (20) rifjutati.
Fis-sena 2009 kien hemm tliet (3) seduti fejn erba’ (4) każijiet ġew aċċettati u tmintax (18) rifjutati.
Fis-sena 2010 kien hemm tliet (3) seduti fejn erbgħa u għoxrin (24) ġew aċċettati u sitta u ghoxrin (26) rifjutati.
Jiġifieri matul dawn l-aħħar tlett snin kien hemm tmienja u
disgħin (98) appell minn fejn
erbgħa u tletin (34) ġew aċċetatti u erbgħa u sittin (64) rifjutati.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24380, tista’ l-Ministru tgħid għaliex ma jsirux surprise home visits mid-Domestic Violence Unit f’każijiet l-vittmi li qed jiġu abbużati huma minuri u qed jgħixu mal-ġenituri tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’każ li jkun hemm minuri li jkunu ġew abbużati, huwa s-servizz għall-Ħarsien tat-Tfal li jintervjeni fuq il-każ. Jekk waqt l-intervent tax-xogħol tagħhom, il-ħaddiema soċjali fi ħdan is-servizz tal-Vjolenza Domestika jindunaw li hemm xi minuri li qed jiġu abbużati fid-dar tagħhom, dawn jiġu referuti għas-servizz għall-Ħarsien tat-Tfal. Is-servizz għall-Ħarsien tat-Tfal jinvestiga l-każ permezz ta’ diversi interventi wkoll permezz ta’ home visits u surprise home visits, wara li jiġi asserit li interventi bħal dawn ma jkunux se jpoġġu lill-minuri kkonċernati f’periklu jew f’riskju ta’ aktar abbuż b’mod partikolari jekk dan ikun qiegħed iseħħ mill-ġenituri stess.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 11106 u 15967, tista’ l-Ministru tgħid jekk sarx il-costing exercise biex tiġi identifikata l-ispiża ta’ kull kors mogħti mill-Università ta’ Malta? Kemm hija l-ispiża ta’ kull student li qed jipparteċipa f’dawn il-korsijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università ta’ Malta kompliet twettaq il-ħidma biex tiżviluppa cost-based accounting system. Saru anke viżti barra minn Malta biex jaraw sistemi f’universitajiet barranin.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 25448 dwar ir-Rapport ta’ Inkjesta, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed jitwettqu r-rakkmandazzjonijiet dwar il-fostering speċjalment biex it-tfal li qegħdin fi djar residenzjali jingħataw servizz aktar adegwat fil-komunità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-budget 2011 il-gvern alloka €400,000 biex jiġu ndirizzati l-bżonnijiet ta’ tfal li jeħtieġu kura barra mill-familja tagħhom. F’dan ir-rigward matul din is-sena l-Gvern qiegħed iwaqqaf il-Out of Home Care Programme li se jkun immexxi mill-Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali bl-għan li jiġu ddentifikati aktar familji li jistgħu joffru kura intensiva lit-tfal bi bżonnijiet speċjali, kif ukoll li tiġi mfassla għajnuna lid-djar residenzjali sabiex jiġu milħuqa aktar il-bżonnijiet tat-tfal. F’dan ir-rigward l-Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali għadha kif impjegat manager għal dan il-programm u qiegħda fil-proċess li timpjega diversi professjonisti oħra. Se jiġi mfassal programm ta’ taħrig speċjaliżżat, kif ukoll pakkett ta’ sapport intensiv u għajnuna finanzjarja għal dawn il-familji sabiex b’hekk ikunu jistgħu jilħqu u jieħdu ħsieb tfal li mhux qed jiġu milħuqa permezz tas-servizzi eżistenti.
San Pawl il-Baħar — tneħħija tal-kap tal-iskola primarja
Question
Tista' l-Ministru tara li tiġi rikonsidrata d-deċiżjoni li tinbidel il-kap tal-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar għax qed tagħmel xogħol tajjeb ħafna u żgur fadlilha x'tagħti qabel tintbagħat fi skola oħra? Għaliex qed titneħħa meta kulmin jaf ir-realtà kumplikata ta' din l-iskola jaf kif il-kap preżenti qed tagħti kontribut pożittiv ħafna u t-tneħħija tagħha se tagħti skoss lill-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ilu xhur jevalwa d-deployment tal-kapijiet tal-iskejjel. Id-Direttorat ferm konxju kemm fuq il-bżonnijiet tal-iskola ta’ San Pawl il-Baħar, kif ukoll fuq il-bżonnijiet tal-iskejjel kollha l-oħra tal-istat. Id-Direttorat jagħmel l-almu tiegħu biex isib kapijiet b’kompetenzi u esperjenza biex imexxu l-iskejjel skont il-bżonnijiet tagħhom. Id-Direttorat jassigura li x-xogħol tajjeb li beda taħt il-kap preżenti f’San Pawl il-Baħar, jitkompla mal-Kap il-ġdid.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26475, tista' l-Ministru tgħid x'kienu r-raġunijiet għaliex ma jistax isir il-lift?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li, l-lift bl-ebda mod ma’ jista’ jiġi installat fil-binja minħabba li t-taraġ komuni huwa dejjaq wisq, u fix-shaft intern hemm diversi twieqi, katusi, pajpijiet, u makkinarju għall-arja kkundizzjonata li fiżikament ma jippermettux li jsir dan mingħajr ma jinkisru r-regolamenti sanitarji. Ir-residenti ta’ dan il-blokk kienu infurmati dwar dawn ir-raġunijiet.
Skola ta' Birżebbuġa — xogħlijiet ta' manutenzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq partijiet tal-iskola ta' Birżebbuġa? Tista' tgħid jekk hemmx pjanijiet għal-librerija fl-istess skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Xogħol ta’ manutenzjoni fl-iskola ta’ Birżebbuġa huwa ppjanat li jsir mis-Sezzjoni Teknika tad-Direttorat fis-sajf li ġej.
Preżentament jeżistu żewġ libreriji fl-iskola għall-użu esklussiv tal-istudenti.
Tista' l-Ministru tagħti l-persentaġġ ta' nisa u rġiel fis-suq tax-xogħol għal dawn l-aħħar għaxar snin sa Diċembru 2010? X'persentaġġ jaħdmu full-time u x'persentaġġ jaħdmu part-time għal kull kategorija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti l-persentaġġ ta' nisa bla tfal u rġiel bla tfal/nisa bit-tfal u rġiel bit-tfal fis-suq tax-xogħol għal dawn l-aħħar għaxar snin sa Diċembru 2010? X'persentaġġ jaħdmu full-time u x'persentaġġ jaħdmu part-time għal kull kategorija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ m’għandiex informazzjoni dwar jekk in-nisa u l-rġiel fis-suq tax-xogħol għandhomx tfal jew le.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' schoolgirl mothers minn Ġunju tal-2010 sa Ġunju tal-2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ ommijiet xebbgħiet li kienu riferuti lill-Unit Għożża minn Ġunju tal-2010 sa Ġunju 2011 kien ta’ 112. 17 minn dawn kienu taħt is-16-il sena u l-bqija ’l fuq minn 16-il sena.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' nisa li qegħdin jgħixu f'shelters - megħjuna mill-Gvern - minħabba vjolenza domestika? Tista' tgħid in-numru ta' tfal li għandhom dawn in-nisa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid f'kemm skejjel qed jingħata s-servizz ta' after-school? Liema huma dawn l-iskejjel? Kemm studenti qed jibqgħu wara l-ħin tal-iskola, f'kull skola? X'attivitajiet qed jagħmlu fil-ħin ta' wara l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra