Fid-dawl li l-Malta Film Awards ġie jiswa madwar €1.3 miljun, jista’ l-Ministru jgħid b’mod separat:
a. kemm kienet l-ispiża fuq il-billboards li twaħħlu f’diversu postijiet madwar pajjiżna;
b. l-armar tal-palk;
ċ. kemm ġie jiswa l-audio/sound;
d. kemm ġew jiswew il-projectors;
e. kemm ġie jiswa d-dawl;
f. kemm ġiet tiswa s-sala minn meta ried jitlesta l-armar sa wara l-avveniment;
g. ir-reklamar kollu għal din l-attività;
h. kemm ġew jiswew il-ħlasijiet tan-nies li ppreżentaw l-awards jekk ġew imħallsa apparti l-preżentatur?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ikkwotat fil-mistoqsija huwa n-nefqa totali għal Malta Film Week – li fiha kien hemm inkluż 22 attività u s-serata finali tal-Malta Film Awards:
· Travel - € 81,328.07
· Marketing - € 69,483.83
· Creative - € 478,520.14
· Logistics - € 708,011
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-Bajja tal-Armier? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Bajja tal-Għadira – kiri ta’ deckchairs u umbrelel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Għadira? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Bajja tal-Golden Sands – kiri ta’ deckchairs u umbrelel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Golden Sands? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Ministeru għat-Turiżmu – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda ħlas f’dan ir-rigward.
Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – xogħol fuq slielem tal-baħar
Question
Jista’ l-Ministru jaċċerta li x-xogħol kollu relatat mas-slielem tal-baħar fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (inkluż Xemxija, Qawra u Buġibba) hu lest u li s-slielem kollha tpoġġew fil-baħar? Jekk le meta hu mistenni li dan ix-xogħol jitlesta?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-infrastruttura tas-slielem kollha fil-lokalitajiet imsemmija twaħħlu kollha. Madanakollu sellum li s-soltu jeħel taħt il-Pjazza ta’ Buġibba, din is-sena ma setax jeħel peress li l-maltemp daħħal ħafna ramel u m’hemmx fejn jeħel is-sellum. Fl-istess post twaħħal railing biex jissostitwixxi s-sellum.
Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – bajjiet aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-bajjiet li huma aċċessibbli (għall-persuni b’diżabilità) permezz ta’ tagħmir apposta fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (inkluż Xemxija, Qawra u Buġibba)? Jista’ jgħid jekk dan it-tagħmir tpoġġiex f’postu u jekk le meta hu mistenni li dan ix-xogħol jitlesta?
Jista’ l-Ministru jgħid hux fil-ħsieb li jorganizzaw jew jinċentivaw il-ftuħ ta’ films Maltin bħalma għamel għall-produzzjoni Amerikana Jurassic World Dominion? Jikkonsidra li jkun hemm fond għall-produzzjonijiet Maltin?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni għal Films dejjem lesta biex tgħin u tippromwovi l-industrija lokali tal-films, kif dejjem sar f’dawn l-aħħar snin.
Fondi għal kumpaniji Maltin u Producers fil-qasam tal-Awdjoviżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fondi allokati għal kumpaniji Maltin u producers li jaħdmu fil-qasam tal-awdjoviżiv?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-produzzjonijiet awdjoviżivi Maltin għandhom aċċess għal diversi skemi u fondi, amministrati kemm mill-Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta kif ukoll minn entitajiet oħra. Infakkarha wkoll li l-produzzjonijiet lokali jistgħu jibbenefikaw minn inċentiv finanzjarju ta’ 40% cash rebate.
F'kummenti li ta lill-media indipendenti fit-13 ta' Ġunju, il-Ministru għamel referenza għall-Kumitat dwar Kemmuna li se jkun qed jagħmel "pjan ħolistiku". Jista' jgħid:
(i) għal liema Kumitat kien qed jirreferi;
(ii) jekk dan il-Kumitat huwiex imwaqqaf diġà u jekk le, meta se jitwaqqaf;
(iii) min għażel jew min se jagħżel il-membri tiegħu;
(iv) ir-rekwiżiti mitluba mill-membri ta' fuq dan il-Kumitat; u
(v) it-termini ta' referenza ta' dan il-Kumitat?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20932 tal-Leġiżlatura XIII.
Awtorità Maltija tat-Turiżmu — Arretrati ta' liċenzji ta' operaturi turistiċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 574 u jgħid l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?
Awtorità Maltija għat-Turiżmu — deċiżjoni dwar tneħħija ta’ deckchairs f’Kemmuna
Question
Peress illi l-Ministru stqarr pubblikament illi l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) kienet ippjanata li tintervjeni f’Kemmuna proprju fil-ġurnata meta l-Moviment Graffiti għamel protesta u neħħa d-deckchairs li kienu armati b'mod illegali, jista’ l-Ministru jgħid:
Eżattament meta kienet ittieħdet din id-deċiżjoni mill-MTA?
Min kienet il-persuna inkarigata b'dan l-intervent? Fi xħin kien ippjanat li l-MTA tagħmel dan l-intervent? Min kienu u kemm kienu l-persuni li kellhom jieħdu sehem f'dan l-intervent? Min kien se jieħu sehem f'dan l-intervent, kif u fi xħin kellu jasal fuq Kemmuna? Min ħa d-deċiżjoni li l-intervent jitħassar in vista tal-protesta tal-Moviment Graffiti? Kif ġiet ikkomunikata d-deċiżjoni li l-operazzjoni ppjanata tħassret?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza, inkluż emails relatati ma’ dawn il-mistoqsijiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara diversi diskussjonijiet, l-uffiċċju tal-MTA ġewwa Għawdex ġie inkarigat biex immedjatament jipprepara pjan ta' azzjoni għal ġewwa l-Blue Lagoon, liema azzjoni kellha tibda s-Sibt, 11 ta` Ġunju. Kien għal dan il-għan, lis-Sibt 11 ta` Ġunju, uffiċjali tal-infurzar tal-MTA kienu jinsabu fi triqithom lejn il-Blue Lagoon fuq dgħajsa tal-passiġġieri li telqet mill-Imġarr Għawdex fit-08.00 am. Peress li f’dan l-istess waqt, il-Moviment Graffitti beda il-protesta tiegħu ġewwa l-Blue Lagoon, ġie deċiż, b’mod kollettiv, li jkun għaqli li l-uffiċċjali tal-MTA ma jipproċedux sabiex jiġi evitat kwalunkwe skontru, u l-preżenza tal-MTA ma tiġix interpretata bħala tfixkil għad-dritt ta’ protesta.
Ġaladarba issa ħarġet li l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) kienet għamlet committment ta’ flus mas-Salesjani, jista’ l-Ministru jgħid kemm hi din il-financial committment u għal kemm snin? Jista’ jgħid x’ġid se tieħu Malta, kemm se jkun hemm żieda fit-turisti li ġejjin Malta u kemm se jkun l-infiq żejjed minn dawn it-turisti żejda?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont statistika tal-World Tourism Organisation, in-niċċa tat-turiżmu reliġjuż tiġġenera madwar 300 miljun turist fis-sena. Din hija niċċa li l-MTA flimkien ma’ organizzazzjonijiet oħra qiegħda tiżviluppa bħala parti mill-istrateġija ta’ diversifikazzjoni tas-swieq u niċeċ tagħha. Fost il-pajjiżi ewlenin li jiġġeneraw turiżmu reliġjuż insibu l-Istati Uniti, pajjiżi fl-Amerika Latina u l-Italja. In-niċċa tat-turiżmu reliġjuż jew tal-fidi, għandha l-potenzjal li tiżviluppa bl-istess mod li fil-passat żviluppajna niċeċ oħra bħat-tagħlim ta’ Ingliż.
Il-Ministeru, flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ikkommettew ruħhom li jgħinu biex tiġi żviluppata l-Faith Tourism Product for Salesians, liema committment huwa għal ħames snin.
Foundation for Tourism Zone Development – Ġnien Ġlormu Cassar fil-Gudja — finanzjament
Question
Jista' l-Ministru jispjega għalfejn Ġnien Ġlormu Cassar, il-Gudja, proġett li ġie ffinanzjat mill-Foundation for Tourism Zone Development, għadu bla compliance certificate u għadu jiddependi minn dawl temporanju b'applikazzjoni tiġġedded kontinwament mill-Kunsill Lokali?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu f’ikliet (lunches u dinners) mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, 2021 u fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar sal-15 ta’ Ġunju, 2022?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Ministeru għat-Turiżmu – Infiq ta’ flus f’reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sarux tali pagamenti.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Jista' l-Ministru jgħid kemm direct orders ingħataw u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista’ l- Ministru jgħid meta se jiġu sostitwiti r-railings tal-promenade ta’ Tas-Sliema, bejn Fond Għadir u l-Waterpolo Pitch ta’ Tas-Sliema, li huma kollha sadid?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ser isir intervent fuq ir-railng li hemm bejn il-Pitch tal-Waterpolo u ż-żona magħrufa bħala Għar id-Dud/Chalet. Dan ix-xogħol se jsir bi qbil mal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema.