Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid — Triq il-Knisja - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq il-Knisja, f’Raħal Ġdid u kemm huma mistennija jdumu għaddejjin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ix-xogħlijiet fi Triq il-Knisja, f’Raħal Ġdid jikkonsistu minn bini mill-ġdid ta’ mains, rikostruzzjoni ta’ bankini u kisi mill-ġdid t’asfalt. Ix-xogħol kollu mistenni jkun komplut fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Nefqa fuq fjuri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23488 fejn ġejt infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni limitatament għall-2024, u ċjoè kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-sena 2024 u jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra, u fil-każ kemm kienet l-ispiża?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lin-nefqa fuq fjuri hija koperta mil-Line Item 3340 fl-Estimi Finanzjarji tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Vjaġġar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23574 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qeda tinġabar, issa li għaddew ix-xhur minn, jista’ l-Ministru jgħid: (a) kemm-il vjaġġ għamel barra mill-pajjiż minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fejn kienet id-destinazjoni? (b) X’kienet ir-raġuni għal kull vjaġġ u kemm sewa kull vjaġġ f’termini ta’ fondi pubbliċi għall-biljetti tal-ajru, lodging, trasport, ikel, xorb, allowances per diem għal kull persuna li kienet tifforma parti mill-kontinġent u spejjeż oħra, separatament? (c) Min għand liema aġent tal-ivjaġġar inxtraw il-biljetti tal-ajru u jekk hux b’direct order jew tender, x’tip ta’ biljetti tal-ajru nqatgħu (jekk hux economy, business club jew class club) u ma’ liema kumpanija tal-ajru? (d) Kemm kien it-tul ta’ żmien għal kull vjaġġ? (e) Minn min kien iffurmat il-kontinġent tal-Ministru għal kull vjaġġ?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li turi kemm il-vjaġġ għamilt fl-2024 kemm ili fil-kariga ta’ Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi. Ninfurmah illi l-iskop għal safar uffiċjali jkun marbut ma’ laqgħat ma’ Ministri ta’ Gvernijiet oħrajn, laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u laqgħat oħra li għalihom ikun hemm stediniet uffiċjali bħala Ministru tal-Gvern. L-arranġamenti ta' vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, per diem allowances huma rregolati skont il-“Manual on Transport and Travel Policies”. Għar-rigward tat-tul ta' żmien għal kull vjaġġ, naħseb li l-Onor Interpellant jifhem li dan ikun jiddependi mill-aġenda taż-żjara barra l-pajjiż. Sena Vjaġġi 2024 13

Mosta u Ħ’Attard — Tnaqqis fin-numru ta’ parkeġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm naqas in-numru ta’ parkegġi fit-toroq fil-Mosta u f’Ħ’Attard matul is-snin 2024 u 2025 minħabba l-iddisinjar ta’ toroq ġodda jew minħabba żieda fil-garaxxijiet f’binjiet ġodda?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tirrevedi proġetti li jinvolvu disinni ġodda ta’ toroq fuq diversi kriterji, fosthom il-kunsiderazzjonijiet relatati mas-sigurtà fit-triq u l-kapaċità tat-traffiku. L-Awtorità dejjem tipprova tara li dawn id-disinni ikollhom l-inqas impatt possibbli fuq il-parkeġġ. Rigward garaxxijiet, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Test tas-sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-persuni li telgħu għat-test tas-sewqan fl-2024 għaddew mal-ewwel, kemm għaddew mat-tieni darba u kemm għaddew mat-tielet darba? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom baqgħu m’għaddewx matul l-istess sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2024, total ta’ 19,488 telgħu għat-test tas-sewqan u li minnhom għaddew 8,890. 54.81% għaddew mal-ewwel tentattiv, filwaqt li 25.79%, 12.13% u 7.27% għaddew mat-tieni, tielet u raba’ tentattiv rispettivament.

Pembroke Park & Ride — Manutenzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28311, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għat-Trasport f’Malta waslitx għal xi deċiżjoni dwar x’passi għandhom jittieħdu fir-rigward tas-sit tal-Park & Ride f’Pembroke?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif tħabbar mill-Gvern, dan is-sit se jiġi konvertit f’Park and Ride operattiv fiż-żmien li ġej.

Pembroke — Restawr fuq it-Torri tal-Arloġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28314 u jgħid jekk hemmx ħsieb li t-Torri tal-Arloġġ li hemm f’Pembroke, mibni fl-1903, jiġi restawrat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett ta’ restawr tat-Torri tal-Arloġġ f’Pembroke, li nbena fl-1903, bħalissa jinsab taħt diskussjoni. Qegħdin jiġu ikkunsidrati diversi possibiltajiet sabiex jiġi identifikat l-aħjar mod ta’ finanzjament, inkluż il-possibbiltà li jintuża finanzjament mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, minħabba n-nefqa sostanzjali li jirrikjedi restawr ta’ din ix-xorta.

Il-Gudja — Triq Victor Pasmore

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28378 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid min hu responsabbli biex jara li l-kamra fi Triq Victor Pasmore, il-Gudja (ritratti u lokazzjoni annessi), ma tibqax ta’ periklu għad-diversi persuni u tfal li jgħaddu jimxu f’din it-triq hekk kif il-ġebel qed jaqa’ fit-triq u jidher li hemm periklu li tiġġarraf kollha kemm hi?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28728.

Rotta numru 88

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28530 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28280, jista’ jagħti l-istess informazzjoni fir-rigward tar-rotta numru 88 mill-Belt Valletta għall-Gudja u viċi-versa, mill-1 ta’ Jannar sal-20 ta’ April 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Parkeġġ riservat personalizzat — Kundizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kundizzjonijiet bħal Multiple Sclerosis u/jew Fibromyalgia humiex meqjusa bħala kundizzjonijiet li jikkawżaw problemi ta’ mobilità li jwasslu biex persuna tista’ tikkwalifika għal parkeġġ riservat personalizzat?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Raħal Ġdid — Triq Ħaż-Żabbar - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Ħaż-Żabbar, f’Raħal Ġdid hijiex ser issir mill-ġdid, billi partijiet minnha qed jisfrundaw?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Infrastructure Malta ser tkun qed twettaq xogħlijiet t’asfalt fi Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid, fil-ġimgħat li ġejjin.

Ras Ħanżir — Proġett ta’ moll ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea ta’ moll ġdid u xogħol ieħor f’Ras Ħanżir u x’sar f’dawn l-aħħar ġranet u ġimgħat? Jista’ jgħid ukoll x’hemm ippjanat li jsir fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed taħdem fuq tender ġdid li għandu jkun ippubblikat aktar tard din is-sena sabiex jitlesta’ dan il-proġett kif ippjanat. Bħalissa għaddejjin ukoll diskussjonijiet u analiżi interni sabiex jiġi identifikat dak ix-xogħol li kien ġa mibdi u jista’ jitkompla.

Vetturi tat-trasport pubbliku — Spezzjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq vetturi tat-trasport pubbliku matul is-sena 2024 relatati mas-saħħa u s-sigurtà? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-vetturi ġew imwaqqfa milli joperaw sakemm jiġu rranġati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2024, Transport Malta wettqet total ta’ 13,782 spezzjoni fuq vetturi li jintużaw għas-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda, bil-għan li tiġi vverifikata s-saħħa u s-sigurtà ta’ dawn il-vetturi. Minn dawn l-ispezzjonijiet, 47 vettura ġew sospiżi milli joperaw sakemm issewwew in-nuqqasijiet identifikati.

Baħar iċ-Ċagħaq — Toroq - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru sal-aħħar tas-sena 2025 f’Baħar iċ-Ċagħaq u jindika x’tip ta’ xogħol ser ikun qiegħed isir f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.

Pembroke — Toroq - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru sal-aħħar tas-sena 2025 f’Pembroke u jindika x’tip ta’ xogħol ser ikun qiegħed isir f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.

San Ġiljan — Toroq - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru sal-aħħar tas-sena 2025 f’San Ġiljan u jindika x’tip ta’ xogħol ser ikun qiegħed isir f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.

Paceville, San Ġiljan — Toroq - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru sal-aħħar tas-sena 2025 f’Paceville, San Ġiljan u jindika x’tip ta’ xogħol ser ikun qiegħed isir f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.

Tas-Sliema — Toroq - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru sal-aħħar tas-sena 2025 f’Tas-Sliema u jindika x’tip ta’ xogħol ser ikun qiegħed isir f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.

Ġeologi — Rikonoxximent ta’ status professjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jingħata rikonoxximent ta’ status professjonali lill-ġeologi? Jekk dan huwa l-każ, jista’ jgħid meta hu antiċipat li dan ir-rikonoxximent jingħata?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret laqgħa mal-Kamra tal-Ġeologisti fejn kien hemm qbil fil-prinċipju li jibda x-xogħol sabiex tiġi evalwata l-possibilità li l-Ġeologi jingħataw rikonoxximent ta’ status professjonali. B'konsultazzjoni mal-Kamra tal-Ġeologisti qed tiġi abbozata liġi f'dan ir-rigward.

Wied il-Għajn — Triq Sant’Anna - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li jsir xi xogħol fi Triq Sant’Anna, Wied il-Għajn, matul din is-sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Sant’Anna hija waħda mit-toroq li ġiet proposta mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il- Għajn għal xogħol infrastrutturali. Dan ix-xogħol se jiġi implimentat wara diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali anke fil-kuntest ta’ xogħlijiet oħrajn li għaddejjin ġewwa l-istess lokalità sabiex jitnaqqas kemm jista jkun l-inkonvenjent.