Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien il-ħin medju ta’ stennija għas-servizz tat-tabib fiċ-Ċentru tas-Saħħa, il-Mosta fix-xhur ta’ Diċembru 2022 u Jannar 2023 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Diċembru, il-ħin medju ta' stennija għas-servizz tat-tabib fic-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta kien ta’ madwar sagħtejn u għoxrin minuta. Filwaqt li matul Jannar 2023 kien ta’ madwar sagħtejn.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien il-ħin medju ta’ stennija għas-servizz ta’ tabib fiċ-Ċentru tas-Saħħa, il-Mosta fix-xhur ta’ Diċembru 2021 u Jannar 2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Diċembru 2021, il-ħin medju ta' stennija għas-servizz tat-tabib fic-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta kien ta’ madwar tliet sigħat u ħmistax-il minuta . Filwaqt li matul Jannar 2022 kien ta’ madwar sagħtejn u nofs.
Sptar Mater Dei — kanċellazzjonijiet ta’ operazzjonijiet ortopediċi skedati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm kanċellazzjonijiet ta' operazzjonijiet ortopediċi skedati, urġenti jew ta' nies li kienu diġà rikoverati fl-Isptar Mater Dei f'Diċembru 2022 jew Jannar 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li operazzjonijiet li huma urġenti isiru fit-trauma theatre mal-ewwel disponibbiltà.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5044 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3341, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippubblika l-istess statistika għas-sena 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin jinħadmu s-snin 2021 u 2022 u l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5490 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-procurement KOLLU li għamel il-Ministeru għas-Saħħa mis-7 ta’ Marzu 2020 (il-bidu tal-pandemija tal-COVID-19) sal-lum, u jinkludi l-isem ta’ kull item, il-valur tal-procurement u mingħand liema kumpanija/entità nxtara?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Sptar Mater Dei — Sezzoni Safra - Lift li mhux jiffunzjona
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5276, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jerġa' jibda jiffunzjona l-lift għax ilu 'il fuq minn sitt xhur wieqaf?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lift li semma hu huwa mudell antik u qdim u qed jinbidel kompletament. Bdew ix-xogħlijiet meħtieġa u dawn jistgħu jieħdu numru ta' xhur.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il lift fl-Isptar Mater Dei ma kinux qed joperaw bejn Ġunju 2022 u d-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 13-il lift f’Mater Dei li qed isir xogħol fuqhom, u hemm xi wħud b’maintainance programmat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kienx hemm siringi tal-10ml out of stock fl-Isptar Mater Dei, bejn il-15 ta’ Jannar 2023 u d-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi siringi tal-10ml ma kinux out of stock fl-Isptar Mater Dei.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm il-loppju lidocaine 2% out of stock fl-Isptar Mater Dei, bejn il-15 ta' Jannar 2023 u d-data li tigi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Lidocaine kien in-stock fiż-żmien imsemmi minnu fl-Isptar Mater Dei.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema antibiotiċi kienu out of stock fl-Isptar Mater Dei u f'liema dati, bejn l-1 ta' Dicembru 2022 u d-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 6904 ħaddiem għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ Occupational Therapists (full-time u part-time separatament) li huma impjegati mal-Ministeru tiegħu jew xi dipartiment ieħor li jaqa’ taħt l-istess Ministeru? Jista’ jgħid fejn qed joffru s-servizzi taghhom? Jista’ jgħid jekk hemmx sejħiet miftuħin jew li ma ġewx konklużi sabiex jiġu ingaġġati iktar Occupational Therapists?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ Occupational Therapists u fejn qed joffru s-servizzi tagħhom, filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemmx sejħiet miftuħin għax ġew ingaġġati kollha sal-aħħar tas-sena 2022.
Ministeru għas-Saħħa – Speech Language Pathologists
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ Speech Language Pathologists (full-time u part-time separatament) impjegati mal-Ministeru tiegħu jew xi dipartiment ieħor li jaqa’ taħt l-istess Ministeru? Jista’ jgħid fejn qed joffru s-servizzi tagħhom? Jista’ jgħid jekk hemmx sejħiet miftuħin jew li ma ġewx konklużi sabiex jiġu ingaġġati iktar Speech Language Pathologists?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 121 Speech Language Pathologists impjegati mal-Ministeru għas-Saħħa. Minn dawn 2 persuni biss huma part-time. Dawn joffru servizzi f’41 skola tal-Gvern u f’7 skejjel tal-Knisja u jagħmlu sessjonijiet speċifikament fl-iskejjel. Jipprovdu wkoll servizz fi 15-il Dar tal-Anzjani. Jipprovdu wkoll servizzi fi swali ta l-isptarijiet b’ kontinwità tal-kura wara l-ħruġ tal-pazjent mill-isptar. Dan is-servizz mifrux kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Tħassir ta’ appuntamenti għall-PET Scans minħabba t-terremot li seħħ fit-Turkija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li minħabba t-terremot fit-Turkija ta’ nhar it-Tnejn, 6 ta’ Frar 2023, kellhom jitħassru numru ta’ PET scans għaliex ir-radioactive isotope ma setgħax jiġi trasportat? Jista’ jgħid kemm-il PET scan ġew ikkanċellati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda każ ta’ PET scan ma ġie kkanċellat, waqt illi xi wħud ġew posposti għal gimgħa oħra.
Apparat tas-Cyclotron li jintuża għall-kura tal-kanċer
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li s-Cyclotron li kien fil-kaxxi fil-Life Sciences Park u li ġie jiswa miljuni ta’ ewro u li fil-fatt jista’ jintuża fid-djanjożi u l-kura tal-kanċer, għadu ma bediex jintuża? Jekk dan huwa minnu, jista’ jispjega għalfejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ħin li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm hemm pazjenti li qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni marbuta ma’ ksur tar-riġel (jew parti minnha) u/jew tad-dirgħajn (jew parti minnhom)? Jista’ jgħid kemm hemm minn dawn il-każijiet li ilhom jistennew:
(a) bejn jum u tlett ijiem;
(b) bejn tlett ijiem u ħamest ijiem;
(ċ) bejn ħamest ijiem u ġimgħa; u
(d) aktar minn ġimgħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew biex jagħmlu operazzjonijiet marbuta ma' ksur kif imsemmi minnha u li ilhom jistennew kif mistoqsi minnha huma 7. Tnejn minnhom minħabba raġunijiet ta' saħħa ma tistax issirilhom l-operazzjoni għalissa, każ ieħor li mhux urġenti ma tistax issir għalissa minħabba raġunijiet kliniċi u erba' każi li ilhom 24 u 36 siegħa li l-operazzjoni pprogrammata għal din il-ġimgħa.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-binja li kienet tintuża bħala l-kamra mortwarja fl-Isptar San Luqa hijiex qed tintuża minn Steward Health Care jew mid-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kamra mortwarja fl-Isptar San Luqa qed tintuża mid-Dipartiment tas-Saħħa.