Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Biennale – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa’ l-launch night (is-serata fejn ġie varat il-ftuħ) tal-Malta Biennale u jagħti rendikont ta' kif intefqu l-ispejjeż?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ħlasijiet għadhom ma sarux kollha u għalhekk il-mistoqsija parlamentari tiġi mwieġba meta jitlesta l-eżerċizzju.

Mellieħa — Triq il-Kbira u Triq Ġorġ Borg Olivier - Kontravenzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm seħħew kontravenzjonijiet u kemm minnhom inqabbdu bil-cameras fi Triq il-Kbira u Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa bejn Jannar u April 2024?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Contracts (Community) Manager – Kunsilli lokali li qed jagħmlu użu mis-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li ħarġu tender u qed jagħmlu użu mis-servizz ta’ Contracts (Community) Manager? Jista’ jgħid ukoll meta beda u ser jispiċċa l-kuntratt preżenti, x’inhu l-ammont imħallas u min qed joffri dan is-servizz lil kull kunsill lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni miġbura u mgħoddija lili.

Contracts (Community) Manager — Kwalifiki

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kwalifiki neċessarji li jiġu mitluba sabiex wieħed joffri servizz ta’ Contracts (Community) Manager huma differenti għal kunsill reġjonali u kunsill lokali? Huwa possibli li t-tnejn jkunu ta’ livell MQF 6?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-direzzjoni tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali f’dan ir-rigward tagħti għażla u tagħmel distinzjoni bejn sejħa għal-impjieg bħala Contract (Community Works) Manager fi Skala 11 li tirrikjedi Livell MQF 5 jew inkella sejħa għall-għoti ta’ tali servizz minn kuntrattur li jkollu espert b’livell MQF 6. Id-direzzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn Kunsill Lokali u dak Reġjonali.

Kunsill Lokali Ħal Għaxaq — ilmenti u suġġerimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq li rċieva madwar 533 ilmenti u suġġerimenti matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti, l-iktar relevanti kien hemm l-ġbir ta' skart, rimi ta' skart abbużiv, tindif/knis, ħsarat fl-ilma, ħsarat fid-dawl, ħofor u żbir ta' siġar.

Kunsill Lokali Santa Luċija — ilmenti u suġġerimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li rċieva 384 ilment u suġġeriment matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti l-iktar relevanti kien hemm mistoqsijiet dwar il-qasam tad-djar fil-lokalità u jgħin lir-residenti bid-dettalji li jintalbu , bozoz maqtugħa, manutenzjoni tat-toroq u manutenzjoni tas-soft areas.

Kunsill Lokali Gudja — ilmenti u suġġerimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali tal-Gudja matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li rċieva madwar 270 ilment u suġġeriment matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti l-iktar relevanti kien hemm fuq ġbir ta' skart, knis, problema tal-ħmieġ tal-ħamiem selvaġġ, il-magna tal-BCRS, problema ta' parkeġġ fil-lokalità u sinjali tat-traffiku. Suġġerimenti relevanti kienu dwar communal reserved parking fi Triq Bir Miftuħ, aktar aċċessibiltà fil-binja tal-Kunsill u bdil tal-fanali ornamentali fit-toroq tal-Gudja.

Wirt storiku taħt l-art — Xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jara illi waqt xogħlijiet infrastrutturali, f'toroq fejn hemm dokumentazzjoni u kif ukoll indikazzjoni ta’ kull tip ta' wirt storiku taħt l-art, ix-xogħol jiġi ppjanat biex tiġi evitata ħsara kaġun ta' tħaffir ta’ trinek jew mgħoddija ta' servizzi, u kif ukoll jingħata aċċess permezz ta' kaptelli li jiġu mmarkati b'tabelli li jindikaw it-tip ta' wirt storiku li hemm taħt l-art, biex f'każijiet ta' xogħlijiet ta' emerġenza jkun hemm avviż ta' x'hemm f'dik it-triq u ma ssirx ħsara minn entitajiet oħra jew terzi persuni lil dawn is-siti storiċi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha sistema ta’ GIS li tindika l-iskoperti magħrufa fil-post eżatt tagħhom. Barra minn hekk il-mapserver tal-Awtorità tal-Ippjanar ukoll jindika is-siti skedati, inkluż ukoll Buffer Zones. Għaldaqstant mhux meħtieġ li kull skoperta tkun indikata b’xi tip ta’ sinjal, u f’dan ir-rigward is-sinjalar ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tas-Sovrintendenza. Abbażi tal-iskoperta (li tista’ tvarja minn tixrid ta’ fuħħar, strutturi mibnija jew tqattigħ fil-blat), is-Sovrintendenza tiddeċiedi jekk aċċess jistax jiġi pprovdut.

Ħal Qormi — Triq tal-Bajjada - Water culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru water culverts fi Triq tal-Bajjada, f’Ħal Qormi, u l-madwar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li qatt ma nħasset il-ħtieġa li jsiru water culverts fi Triq tal-Bajjada u l-madwar.

Ħal Qormi — Triq Dun Ġorġ Fenech - Water culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru water culverts fi Triq Dun Ġorġ Fenech, f’Ħal Qormi, u l-madwar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li qatt ma nħasset il-ħtieġa li jsiru water culverts fi Triq Dun Ġorġ Fenech u l-madwar.

Ħal Qormi — Triq Karmenu Camilleri - Water culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru water culverts fi Triq Karmenu Camilleri, f’Ħal Qormi, u l-madwar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li qatt ma nħasset il-ħtieġa li jsiru water culverts fi Triq Karmenu Camilleri u l-madwar.

Mellieħa — Ġonna u parks – Ċertifikazzjonijiet dwar saħħa u sigurtà

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17404, u peress li d-dokumenti relatati maċ-ċertifikazzjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-parks u l-ġonna fil-Mellieħa mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra kienu biss dawk sas-sena 2020, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti oħra dwar ċertifikazzjonijiet simili li suppost saru bejn l-2020 u Marzu 2024 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li minħabba li ma ġiex konkluż l-akkwist ta’ dawn is-servizzi kif pjanat mill-Kunsill Reġjonali ma kinux disponibbli r-rapporti għas-snin imsemmija. Għall-2024, il-Kunsill qed jaħdem biex tinħareġ sejħa għall-offerti separata.

Mellieħa — Ġonna u parks – Ċertifikazzjonijiet dwar saħħa u sigurtà

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17404, u peress li fid-dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra relatati maċ-ċertifikazzjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-parks u l-ġonna fil-Mellieħa deher ċar li kienu rrappurtati nuqqasijiet kbar u ta’ periklu f’numru ta’ ġonna/parks, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti li juru r-rimedji li ttieħdu mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għan-nuqqasijiet u l-perikli li kienu rrappurtati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lookali tal-Mellieħa li l-manutenzjoni u tiswija ta’ parki u ġonna ssir kontinwament mill-ħaddiema assenjati mal-Kunsill, skond il-ħtieġa, kemm mill-osservazzjonijiet li jsiru minn naħa tal-Kunsill, kif ukoll mill-feedback li jkun hemm mill-pubbliku. Mill-2020 saret manutenzjoni fuq il-bankijiet kollha fil-Park tal-Familja u fi Ġnien iż-Żerniq fil-Manikata. Attwalment, permezz tal-istess ħaddiema qed jinbidel l-injam immermer fil-play equipment li jinsab fi Ġnien Ħidmet il-Volontarjat. Fl-istess perjodu kien hemm il-ħtieġa ta’ interventi estensivi li jinvolvu l-ħruġ ta’ sejħiet għall-offerti sabiex jinbidel l-outdoor gym equipment fil-Park tal-Familja u l-bdil tad-dwal kollha fuq l-arbli fi Ġnien iż-Żerniq. Fl-istess perjodu nbidel ir-rubber flooring tal-Playing Field ta’ Triq l-Erwieħ, filwaqt li saret ordni għal bandla ġdida għall-persuni b’di¿abilità, minflok dik li kien hemm qabel. Qed isiru tentattivi sabiex titwettaq manutenzjoni fuq il-multi-purpose court li jinsab fil-Park tal-Familja, i¿da minkejja li saru tliet sejħiet għall-offerti, ma setax jingħata kuntratt sabiex jitra¿¿an l-ilma tax-xita li jidħol fid-dressing rooms, li hemm taħt l-istess court. Aktar tard fl-2024, huwa ppjanat li ssir sejħa għall-offerti sabiex jinbidel il-rubber flooring fi Ġnien il-Kenn Soċjali, Ġnien Ħidmet il-Volontarjat, Ġnien iż-Żerniq, u Ġnien il-Qigħan.

Mellieħa u ta’ San Pawl il-Baħar – Ħlasijiet mill-Kunsilli Lokali marbuta ma’ tindif tat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti relatati ma’ ħlasijiet (f’ammonti) li saru mill-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa u ta’ San Pawl il-Baħar bejn Jannar 2014 u Marzu 2024 (xahar b'xahar) fuq kuntratti/servizzi marbuta ma’ tindif tat-toroq li saru kemm mill-kuntratturi privati kif ukoll minn entitajiet governattivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li daħlet sad-deadline intern li ġie impost relattiv għat-tweġiba ta' din id-domanda.

Malta Biennale – Artisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu l-artisti għall-Malta Biennale? Jista’ l-Ministru jgħid min huma u minn liema pajjiżi ġejjin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat minn Heritage Malta li x-xogħolijiet ġew magħżula minn fost 2,500 applikazzjoni wara sejħa internazzjonali u ġew magħżula għal kollox mit-team kuratorjali skont kriterji artistiċi, il-portfolio tal-artist, il-wirjiet preċedenti tal-artist u r-relazzjoni tax-xogħol artistiku mat-tema tal-Biennale fost oħrajn. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-gwida uffiċċjali tal-Malta Biennale fejn hemm l-informazzjoni kollha mitluba.

Malta Biennale – Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu dawk il-persuni li ntgħażlu fuq il-bord tal-għażla tax-xogħlijiet artistiċi għal Malta Biennale u x'kienu l-kriterji biex intgħażlu? Jista’ jagħti l-ordni (ir-ranking) ta' klassifikazzjoni ta' dawk kollha li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-għażla tax-xogħlijiet artistiċi saret minn team kuratorjali. Dawn huma: Sofia Baldi Pighi bħala direttur artistiku u magħha Elisa Carollo u Emma Mattei. Kien hemm id-deċiżjoni mit-tmexxija tal-Malta Biennale li għal din l-ewwel edizzjoni tal-Malta Biennale ma ssirx sejħa imma ssir tfittxija għal Direttur Artistiku. Dan sar wara li ġew avviċinati diversi persuni kemm lokali u kemm barranin.

Malta Biennale – Artisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-artisti li ħadu sehem jew qed jieħdu sehem fil-Malta Biennale kienu/huma Maltin u minn liema Ministeru, entità, jew awtorità ġejjin? Jista’ jgħid ukoll x’kien il-proġett tagħhom, kemm ġie jiswa u kemm fondi ħadu għall-proġett tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-artisti li qed jieħdu sehem fil-Malta Biennale m’humiex magħżula fuq bażi ta’ Ministeru. Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika iktar il-mistoqsija tagħha. Nirreferi għall-publikazzjoni li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mal-mistoqsija parlamentari 18274.

Malta Biennale – Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ kemm ħadu fondi għal proġetti li ppreżentaw l-artisti kollha li pparteċipaw waqt il-Malta Biennale u jaqsam din l-informazzjoni artist, artist?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-kundizzjonijiet kollha inklużi finanzjarji għall-artisti nħarġu pubblikament f’sejħa internazzjonali fil-bidu tat-tħejjijiet għal Malta Biennale. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kundizzjonijiet kif maħruġa u kif dehru fis-sejħa internazzjonali għax-xogħlijiet fis-sit elettroniku tal-Malta Biennale art.

Malta Biennale – Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġetti li ġew esebiti waqt il-Malta Biennale humiex ser jinżammu f’pajjiżna u jekk iva, fejn ser ikunu esebiti jew jekk humiex ser ikunu għal bejgħ? Jista’ jgħid ukoll liema huma u jagħti l-prezzijiet tagħhom separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda rabta li x-xogħolijiet esebiti jinżammu Malta. Iżda hemm il-possibiltà li jsir dan. Kemm il-darba dan iseħħ il-biċċa/bċejjeċ ta’ l-arti jidħlu fil-kollezzjoni Nazzjonali tal-Arti kontemporanja bħalma jsir dejjem meta l-Istat jakkwista bċejjeċ ta’ l-arti.