Legislature:
Category:
Reset
Active:

Hirschsprung's disease – Għajnuniet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema benefiċċji soċjali, sussidji eċċ jistgħu jibbenefikaw minnhom dawk il-persuni li għandhom il-kundizzjoni magħrufa bħala Hirschsprung's disease?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Parti II tal-Iskeda Ħamsa tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali tipprovdi eliġibilità tal-Għajnuna Medika bla Ħlas lill-persuni li għandhom il-kundizzjoni magħrufa bħala Hirschprung’s Disease.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2023?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari W191.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal- Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2023?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W154.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W154.

Baġit 2024 – Ħlas tal-COLA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun l-ewwel ħlas tal-COLA lill-eks. membri tas-servizz li għadhom taħt l-età pensjonabbli imma mhux f'impjieg, skont dak li ġie mħabbar fil-Baġit 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ewwel ħlas lil eks membri tas-servizz li għadhom taħt l-età tal-pensjoni imma mhux f’impjieg mistenni li jsir fl-aħħar ta’ Ġunju 2024.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Kuntratti ma’ kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal m’għandux kuntratti mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat.

Malta Drydocks u Malta Shipbuilding — Kumpens

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li kienu impjegati mal-Malta Drydocks u mal-Malta Shipbuilding li ġew redundant wara li f’Novembru 2003 iż-żewġ kumpaniji pubbliċi ġew ristrutturati fil-Malta Shipyards u li ser jirċievu xi forma ta’ kumpens fil-ġejjieni qarib? Jista’ jgħid ukoll fuq liema kriterji (eż. numru ta’ snin, grad, eċċ.) qed jinħadem dan il-kumpens u x’inhi l-proċedura biex tali ħaddiem japplika għal dan il-kumpens?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa stmat li madwar 500 eks ħaddiema tal-Malta Drydocks u tal-Malta Shipbuilding ser ikunu intitolati għal kumpens skont skema mnedija fil-bidu ta’ Mejju. L-iskema tgħodd għal dawk il-persuni li kienu impjegati mal-kumpaniji msemmija u li f’Novembru tal-2003 kienu ġew trasferiti mal-Indsustrial Projects and Services Ltd (IPSL), illum magħrufa bħala Resource and Services Ltd. L-iskema hija miftuħa wkoll għall-eredi ta’ persuni li ġew nieqsa. Il-kumpens ser jieħu forma ta’ għotja li titħallas fuq numru ta’ snin b’sejħiet separati għall-applikazzjonijiet minn żmien għal żmien. Kull sejħa tkun kull darba suġġetta għall-proċess ta’ verifika. Iż-żmien biex persuna tapplika ser jagħlaq fl-aħħar ta’ Lulju 2024. L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-posta lid-Dipartment tas-Sigurtà Soċjali, f’38, Triq l-Ordinanza, il-Belt Valletta, VLT 1021, jew bil-posta elettronika fuq kuntattdss@gov.mt.

Assistenza għal diżabilità severa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19191 u jgħid kemm-il persuna kienet qiegħda tingħata assistenza finanzjarja għal diżabilità severa sal-aħħar tas-sena 2023? Kemm-il persuna qiegħda tingħata assistenza għal diżabilità severa preżentament? Kemm-il persuna ġiet infurmata li mhux ser tibqa' tingħata l-assistenza għal diżabilità severa matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna applikat għal assistenza għal diżabilità severa matul din is-sena u minn dawn kemm-il persuna ġiet infurmata li hi intitolata għal din l-assistenza u kemm-il persuna ġiet infurmata li mhix intitolata għal din l-assistenza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Servizzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat qatt ma tqabddet biex tagħti servizzi jew xogħol minn xi Dipartimenti u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

Reviżjoni tal-Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il anzjan jew anzjana kellhom assessjar (reviżjoni) tal-pensjoni tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawk li kellhom dan l-assessjar, fil-fatt instab li qed jieħdu dak li huma ntitolati għalih, u li allura mhux ser ikollhom żieda fil-pensjoni tagħhom? Kemm minn dawn il-persuni twieldu qabel is-sena 1962?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Assistenza għal diżabilità severa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna kienet qiegħda tingħata assistenza finanzjarja għal diżabilità severa sal-aħħar tas-sena 2023? Kemm-il persuna qiegħda tingħata assistenza għal diżabilità severa preżentament? Kemm-il persuna ġiet infurmata li mhux ser tibqa' tingħata l-assistenza għal diżabilità severa matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna applikat għal assistenza għal diżabilità severa matul din is-sena u minn dawn kemm-il persuna ġiet infurmata li hi intitolata għal din l-assistenza u kemm-il persuna ġiet infurmata li mhix intitolata għal din l-assistenza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Reklami fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Benefiċċju ta’ Diżabilità Severa — Applikanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet li saru minn applikanti Għawdxin u li minnhom ġew milqugħa mill-Bord Mediku għall-Benefiċċju ta’ Diżabilità Severa bejn l-2013 u l-2024 maqsuma sena b'sena, kif ukoll ir-raħal jew belt skont fejn huma rreġistrati l-applikanti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Dar Papa Franġisku — Ikliet offruti b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11395 u jgħid kemm-il ikla b’xejn offriet Dar Papa Franġisku matul is-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni kienu Maltin u kemm kienu barranin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12036 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Rata tal-fertilità – Inċentivi finanzjarji lill-familji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17779 u jgħid hux ser jinċentiva lill-familji b'mod finanzjarju biex ikollhom iktar tfal biex b'hekk iżid ir-rata tal-fertilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18944.

Diżabilità Severa — Benefiċċju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18012 u jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet li saru u li minnhom ġew milqugħa mill-Bord Mediku għal Benefiċċju ta’ Diżabilità Severa maqsuma għal kull sena bejn l-2013 u l-2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Inċentiv għal koppji biex ikollhom it-tfal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7182 u jgħid jekk hemmx ħsieb li l-Gvern jinċentiva l-koppji biex ikollhom iktar tfal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwistjoni tar-rata tal-fertilità tmur ferm lil hinn minn kwalunkwe għajnuna finanzjarja li tingħata u tmiss ma’ diversi oqsma inter-settorjali. Dan m’huwiex biss fenomenu f’Malta iżda fl-Ewropa kollha u f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, speċjalment fil-pajjiżi żviluppati. Matul l-2023, f’benefiċċji soċjali biss f’Malta ngħataw aktar minn €107m lil familji bit-tfal jew 8.2% tal-investiment soċjali kollu li jsir f’pensjonijiet u benefiċċji soċjali. Dan minbarra ovvjament benefiċċji u servizzi oħra li jingħataw fl-oqsma tal-edukazzjoni, saħħa u ħarsien soċjali fost oħrajn. Matul dis-sena komplew jiddaħħlu aktar miżuri favur il-familja bħaż-żieda ta’ €250 kull wild fic-Children Allowance u €50 oħra għal kull wild fl-In-Work benefit, il-ħlas ta’ €500 għal twelid jew adozzjoni tal-ewwwel wild u €1,000 għat-tieni wild jew aktar, l-għotja ta’ €500 għal 3 snin wara xulxin lill-ġenituri li uliedhom ikomplu jistudjaw wara l-edukazzjoni sekondarja, u t-titjib sostanzjali li għamilna fil-Benefiċċju Addizzjonali għall-Ogħli tal-Ħajja li jvarja fost oħrajn skont kemm tkun kbira l-familja. Inżid ninforma lill-Onor. Interpellant li barra minn hekk il-Ministeru qed ifassal Pjan Soċjali għall-Familji u bħal issa għaddej bil-preparamenti meħtieġa sabiex titnieda l-konsultazzjoni pubblika. Ir-rata tal-fertilità hija waħda mit-temi ewlenin li se jkun qed jindirizza dan il-pjan. Dan il-Pjan se jkompli jwettaq il-Viżjoni Socjali 2035 u jibni ukoll fuq il-Qafas ta’ Politika għat-Tfal 2024-2030, fejn il-familja hija waħda mill-prioritajiet ewlenin identifikati f’dan il-Qafas. L-inċentivi finanzjari pprovduti lil familji minn dan il-Ministeru jiffurmaw parti minn din id-direzzjoni strateġika sabiex nkomplu nappoġġjaw dejjem aktar lill-familji.