Legislature:
Category:
Reset
Active:

postijiet b'sussidju lill-koppji miżżewġin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet tal-Gvern b'sussidju lill-koppji miżżewġin matul is-snin 2006, 2007 u 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-snin 2006, 2007 u 2008 ġew allokati 139 post lill-koppji miżżewġin, li minnhom ġew aċċetati 70.

postijiet li se jitqassmu sal-aħħar tas-sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet li huma lesti u li se jitqassmu sal-aħħar tas-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa l-aħħar ta’ din is-sena ser ikunu qed jitlestew 96 appartamenti li imbagħad ser jitqassmu matul is-sena id-dieħla.

Mediċina Aclasta

Question

Peress li l-mediċina Aclasta għal osteoporosis tingħata b'xejn lil pazjenti b'Paget's Disease, jista' l-Ministru jara jekk tistax tingħata b'xejn ukoll lil pazjenti b'Coeliac Disease?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-mediċina Aclasta li fiha ingredjent attiv Zoledronic Acid tingħata bħalha infużjoni intravenuża ġewwa l-isptar. Din il-mediċina tingħata lill-pazjenti b'Paget's Disease skond il-prorokol approvat. Skond rekords eżistenti, id-Dipartiment tas-Saħħa m'għandu l-ebda talba għal trattament ta' pazjenti b'Coeliac Disease.

Proprjetà għall-użu ta' day centre fil-Belt

Question

Peress li l-Gvern għandu ħafna proprjetà reġistrata f'ismu ġewwa l-Belt Kapitali, jista' l-Ministru jara tistax tiġi identifikati proprjetà adatta għall-użu ta' day centre peress li l-persentaġġ ta' anzjani ġol-Belt huwa sew ogħla mill-medja?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Trasport għal pazjenti u persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid mindu nbidlu l-proċeduri għal użu ta' trasport għal pazjenti u persuni b'diżabilità: i) Kemm ġew iffrankati flus ii) Kemm naqsu l-pazjenti li jattendu l-outpatients il-Mater Dei, Boffa u Zammit Clapp iii)Kemm naqset il-parteċipazzjoni ta' persuni neqsin mid-dawl f'sessjonijiet fiċ-ċentri tagħhom iv)Kemm naqas l-occupational therapy fost l-outpatients tal-Isptar Mount Carmel?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li na nbidlu l-ebda proċeduri għall-użu ta’ transport għal pazjenti u persuni b’diżabilità. Inbidlu biss il-kriterji li wieħed jikkwalifika biex jibbenefika mill-użu tat-trasport b’xejn. Qabel kien hemm tliet kategoriji ta’ persuni li setgħu jibbenefika minn dan is-servizz. Dawn kienu: § Stretcher Cases § Wheelchair Cases § Walking Cases Informat ukoll li wara li saru diskussjonijiet bejn it-Taqsima tat-Trasport u l-Management ta’ Mater Dei, il-kategorija ‘ Walking Cases ’ ġiet eliminata u minflok iddaħħlet kategorija ġdida ‘ Frail Cases ’. Dan għaliex it-trasport kien qiegħed jiġi użat minn kulħadd, anke minn pazjenti jew qraba tagħhom li setgħu jużaw it-trasport pubbliku. Dan kollu sar biex jiġi żgurat li s-servizz jiġi provdut lil min verament għandu bżonnu. Illum, il-kategoriji li jikkwalifikaw biex jiġu provduti bi trasport tal-Gvern huma hekk: § Stretcher cases, § Wheelchair cases, § Frail cases. Ma hux possibbli li tinġabar l-informazzjoni dwar kemm ġew iffrankati flus għaliex fl-istess żmien li nbidlu dawn il-proceduri, id-Dipartiment tal-Out Patients tal-Isptar Mater Dei beda joffri servizz ta’ out patients anke wara nofs in-nhar. Dan kellu impatt fuq is-servizz ta’ trasport, li beda jiġi provdut ukoll f’dan il-ħin tal-ġurnata. Dawn l-arrangementi ġodda ma kellhom l-ebda impatt fuq in-numru ta’ pazjenti li jattendu il-klinici fid-diversi sptarijiet.
Leg 11 PQ #10913 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Postijiet tax-Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Uffiċjali tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol? Fejn saru dawn? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-ispezzjonijiet u x'passi ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma l-Onor Interpellant biex jispecifika l-perijodu li dwaru qed isaqsi. Biex jieħu idea tan-numru ta' spezzjonijiet li torganizza l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-Onor Interpellant hu mistieden iżur il-website tal-Awotorità u jara r-rapporti ta' ħidma tal-istess Awtorità tul dawn l-aħħar snin, liema rapporti jgħatu nformazzjoni dwar dawk is-setturi u l-oqsma ndustrijali u ekonomici li fihom ikun saru spezzjonijiet, kif ukoll informazzjoni ġenerali dwar l-iskop tal-ispezzjoni u xi nstab. Dawn ir-rapporti jitpoġġew ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra u jitressqu għad diskussjoni.
Leg 11 PQ #10915 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Waiting list għall-operazzjonijiet

Question

Jistà l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies fil-waiting list għal xi operazzjoni fl-aħħar tal-2008 u fl-aħħar tal-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm minn dawn kienu mis-snin ta' qabel u kemm kienu ġodda (jiġifieri li żdiedu dik is-sena)? Kif inhuma maqsuma? Fiex waslu l-isforzi tal-Gvern u ta' dawk konċernati biex il-waiting list titnaqqas?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ pazjenti li qegħdin jistennew biex isirilhom intervent kirurġiku fid-diversi oqsma klinici fl-Isptar Mater Dei ġew evalwati fl-aħħar ta’ Jannar/bidu ta’ Frar 2009 kif ukoll fl-aħħar ta’ Ġunju/bidu ta’ Lulju 2009. Mill-informazzjoni disponnibbli għall- Clinical Performance Unit ta’ l-Isptar Mater Dei, mhuwiex possibbli li joħorġu dettalji dwar kemm minn dawk li qegħdin fuq il- waiting list kienu mis-snin ta’ qabel u kemm huma ġodda, jiġiefieri li żdiedu din is-sena. Informat ukoll li peress li bħalissa għaddej eżercizzju sabiex il waiting lists jiġu ċentralizzati, jista’ jkun hemm xi varjazzjoni fil-figuri ikkwotati. Id-dettalji dwar in-numru ta’ pazjenti fuq il- waiting lists huma hekk: Speciality Operazzjonijiet Inklu ż i Total fl-aħħar ta’ Ġunju/bidu ta’ Lulju 09 Total fl-aħħar ta’ Jannar/bidu ta’ Frar ‘09 Oftalmoloġija Cataracts, Vitrectomy, Squint, Pteryigum, Silicone oil removal, Dacrocystorhinostomy 5847 6157 Ortopedija, Knee & Hip replacements & revisions, Scopes knees & Ankles, Anterior cruciate ligament repairs, Hand, Wrist, shoulder & Foot Surgery, removal of metal works, high tibial osteotomy, spondylolisthesis 10660 (+1559 list of retired ortopaedic consultant) 10196 (+1559 list of retired ortopaedic consultant) Kirurġija Plastika Major, Intermediate, Minor surgery 142 127 Newrokiruġija Major, Intermediate, Minor surgery 82 33 Uroloġija Major, Intermediate, Minor surgery 176 197 ENT Major, Intermediate, Minor surgery 678 557 Kirurġija Ġenerali Major, Intermediate, Minor surgery (inclds: gastro, breast, thyroid, gall bladder etc) 2138 2629 Ġinekoloġija Major, Intermediate, Minor surgery 94 109 Interventi Kardiologici Angiograms, Percutaneous Coronary Interventions, Pacemaker insertions etc) 2282 2261 Interventi li jsiru mill-Konsulenti tal-Medicina Includes Endoscopy interventions 312 245 Pain relief 210 215
Leg 11 PQ #10916 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru tad-djar tal-anzjani llum? Fejn qegħdin dawn id-djar? Kemm hu n-numru ta' anzjani f'kull dar? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal kull dar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11051 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Klawsola fil-kuntratt tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Gvern qiegħed jonora l-klawsola fil-kuntratti li tgħid li l-ebda kuntrattur ma jista' jħaddem nies bla ktieb jew f'kundizzjonijiet inferjuri minn dawk stabbiliti mil-liġi? Qed isiru spezzjonijiet speċjalment fejn qed jaħdmu immigranti illegali?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li uffiċjali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg jagħmlu spezzjonijiet fuq l-antijiet tax-xogħol f’kull tip ta’ settur industrijali fuq bażi regolar u għandhom l-għan li jiġu mħarsa r-regolamenti dwar kundizzjonijiet tal-impieg.. Isiru diversi spezzjonijiet oħra sabiex ikunu nvestigati rapporti ta’ allegat ksur ta’ regolamenti li jiġu għall-attenzjoni tad-Dipartiment jew li dwarhom id-Dipartiment ikun irċieva xi lment. Minn żmiem għal żmien isiru anke spezzjonijiet apposta f’postijiet tax-xogħol li jħaddmu persuni barranin, inkluż immigranti rregolari, sabiex jiġu ċċekkjati li l-kundizzjonijiet tal-impieg huma konformi mal-liġi. F’dawn l-ispezzjonijiet, fost affarijiet oħra, ikunu ntervistati kemm l-imgħallem kif ukoll il-ħaddiema ħalli jkun żgurat li l-kundizzjonijiet minimi stabbiliti bil-liġi jkunu qed jiġu osservati.

Informazzjoni fuq immigranti irregolari

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920, jista' l-Ministru jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u t-taxxa u jaħdmu bi qligħ? F'liema settur jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Acupuncture — Sessjonijiet lill-pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sessjoni ta' acupuncture issir kuljum? Kemm hu n-numru ta' pazjenti li qed jistennew l-ewwel appuntament għal dan is-servizz? Kemm hu numru ta' pazjenti li qegħdin jiġu followed up? Dawn tal-aħħar, kemm ilhom jingħataw dan is-servizz bħala medja?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11160 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Belt Valletta u l-Furjana — akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm units disponibbli fil-Belt Valletta u l-Furjana għall-akkomodazzjoni soċjali? Jista' jagħti l-lista bil-units disponibbli fil-Belt Valletta u l-Furjana bl-indirizz ta' kull wieħed minnhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent m’hemmx units disponibbli fil-belt Valletta u l-Furjana li jistgħu jingħataw għal-akkomodazzjoni soċjali.

kera tal-kirjiet tal-appartamenti tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid, fil-kirjiet tal-appartamenti tal-Gvern, kemm hi l-kera fis-sena bħalissa u kemm kienet qabel ma ġiet riveduta l-aħħar a) fl-income groups kollha u b) fil-kirjiet sew dawk li bdew qabel 1987 kif ukoll ta' wara?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kirjiet ta’ l-appartamenti tal-Gvern ġew riveduti biex jirriflettu ir-realtajiet tal-lum. Il-kriterji fuq xiex ġew riveduti jiddependi minn numru ta’ kmamar tas-sodda u s-sena li inbniet id-dar kif ukoll il-lokal. Għalhekk wieħed ma jistax jagħti tabella għax kull post għandu il-kalkolu tiegħu. Wieħed irid isemmi wkoll li waqt li sar dan l-eżerċizzju, sar ukoll tibdil fis-sussidju li wieħed jingħata. Dan is-sussidju jingħata skond id-dħul tal-familja però fir-realtà dan is-sussidju b’mod ġenerali żdid b’tali mod li min qiegħed jgħix fuq il-benefiċċji soċjali biss, il-kirja ma ġietx taqbeż iktar minn Euro 186 fis-sena..
Leg 11 PQ #11280 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Waiting lists għall-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting list sew fin-numru ta' pazjenti kif ukoll bħala data ta' l-operazzjonijiet għal: a) strument fil-marrara? b) strument fl-irkoppa? ċ) kataretti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11349 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater dei — dipartiment tal-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li marru fid-dipartiment tal-emerġenza kull xahar kemm ilu li fetaħ l-Isptar Mater Dei? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-kampanja li kienet saret biex fl-emerġenza jattendu biss dawk li verament ikollhom bżonn kellhiex suċċess?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11351 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Koperattivi — kategorija ta' xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' koperattivi li għandna reġistrati bħalissa f'Malta? F'liema kategorija ta' xogħol jaħdmu dawn il-koperattivi? Kemm ilhom imwaqqfa dawn il-koperattivi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11374 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8622 u jagħti dettalji dwar x'tip ta' pilloli kienu dikjarati out of stock mill-ispiżeriji tal-gvern f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jekk hemm, liema minn dawn għadhom out of stock?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11375 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8626 u jgħid fl-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena, kemm kienu l-korsijiet li ġew organizzati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għal persuni b'diżabilità? Kemm minn dawk li attendew xi wieħed mill-korsijiet instabilhom impjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li matul l-aħħar ħames snin l-ETC kellha Ftehim ta’ Koperazzjoni mal-Fondazzjoni Eden u mal-Fondazzjoni Richmond sabiex jipprovdu taħrig speċifikament għall- persuni b’diżabilita. F’Novembru 2008 ingħata wkoll taħriġ speċifiku b’kollaborazzjoni mar-Razzett tal-Ħbiberija għall persuni b’diżabilitajiet fiżiċi. Sena b’sena in-numru ta’ persuni li attendew tali taħriġ kien hekk : 2003/04 - 42 persuna, 2004/05 - 54 persuna, 2005/06 - 40 persuna, 2006/07 - 48, 2007/08 - 100. Minn dan it-total ta’284 persuni li rċevew taħrig speċifiku għall persuni b’diżabilità, 173 instabilhom impieg, fejn sal-lum (25/05/09), 66 minnhom għadhom jaħdmu.
Leg 11 PQ #11376 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — persuni li jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8627 u jgħid jekk huwiex minnu li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ infurmat li minn qed jirreġistra għax-xogħol u li ilhom jagħmlu dan għal aktar minn tnax-il xahar li ma jistgħux jirrifjutaw impjieg anke jekk ikun ta' preferenza li ma jkunux jirreġistra għaliha? Jekk dan ikun il-każ, dan japplika ukoll fejn għandek persuna li meta bdiet tirreġistra, kienet mitluba tniżżel żewġ preferenzi biss jew dan il-prinċipju ser ikun japplika fejn għandek lil dawk li kienu mitluba jniżżlu ħames preferenzi għalilex il-proċedura kienet ġiet aġġornata?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l- Korporazzjoni tħeġġeġ lil min qed ifittex ix-xogħol sabiex jagħżel kemm jista jkun preferenzi ta’ xogħol skond il- ħiliet u l- kwalifiki tiegħu sabiex b’hekk ikollu iktar possibilitajiet ta’ xogħol. Biss, il- Korporazzjoni, kull meta tibgħat għal dawk li qed ifittxu għax- xogħol fuq l-ewwel parti tar- reġistru tinfurmhom ukoll li ħadd minn dawk li qed ifittxu x-xogħol ma jista jkollu inqass minn żewġ preferenzi. Din hija l- prattika tal-Korporazzjoni għal dawn l- aħħar ħames snin. Informat ukoll li mis-sena l-oħra (2008) persuni li jkunu ilhom jirreġistraw għax-xogħol qed jiġi mgħarfa li jistgħu jiġu mitluba jattendu xogħol jew taħriġ f’oqsma differenti minn dak li wieħed jkun qed jirreġistra. Eżempju ta’ dan huwa meta l-Korporazzjoni kellha numru ta’ talbiet minn għand min iħaddem għall Room Attendants u ġew imħarrġa persuni li kienu qed jirreġistraw bħala cleaners .
Leg 11 PQ #11411 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju tal-Mosta

Question

Jista' l-Ministru jagħti ordni sabiex f'Ċimiterju tal-Mosta jsir xogħol ta' manutenzjoni li hija meħtieġa ladarba hemm passaġġi tal-konkos fuq in-naħa ta' wara ta' dan iċ-ċimiterju li qed jisfrundaw u l-ilma li jkun fil-passaġġi jidher li qed jidħol fl-oqbra? Jista' jagħti ukoll struzzjonijiet sabiex ikun verifikat jekk is-siġar fuq in-naħa ta' wara taċ-Ċimiterju humiex qed jagħmlu ħsara fl-oqbra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.