Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew imħarrka / inqabdu jpejpu l-kannabis waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ St Patrick’s Day ġewwa San Ġiljan u Paceville fis-17 ta’ Marzu 2025? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux spezzjonijiet ta’ xorb eċċessiv fuq min kien qed isuq vettura?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bejn is-17 u t-18 ta’ Marzu saru 27 road check - f’San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Gżira - li matulhom inħarġu 27 taħrika, dan filwaqt li tnejn irriżultaw fil-pożittiv wara testijiet li saru bil-breathalysers. Infurmat li taħrikiet marbuta mal-kannabis kienu fin-negattiv. Illum il-Pulizija tagħmel road checks frekwenti, bl-għan ta’ preżenza akbar fit-toroq u l-komunitajiet, ikkumplimentat minn riżorsi msaħħa.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26082, u għal numru ta’ karavans li diġà jinsabu matul il-kosta ta’ Baħar iċ-Ċagħaq fin-Naxxar, jista’ l–Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet biex jaraw li dawn is-sidien għandhom il-permessi meħtieġa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jkun tajjeb jirreferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 26082, li huwa stess irrefera għaliha fil-mistoqsija.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Chief Executive Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-Chief Executive Officers tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista’ jgħid wkoll:
(a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(ċ) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-Chief Executive Officers?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-Kapijiet Eżekuttivi (Chief Executive Officers) kurrenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti lill-Pulizija minn residenti ta’ Ħ'Attard fl-2024 u jelenka dawn ir-rapporti suġġett suġġett?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti ta’ reati rreġistrati mal-Pulizija li seħħew Ħ'Attard fis-sena 2024, elenkati skont it-tip ta’ reat, kienu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti lill-Pulizija minn residenti tal-Mosta fl-2024 u jelenka dawn ir-rapporti suġġett suġġett?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati rreġistrati mal-Pulizija li seħħew fil-Mosta fis sena 2024, elenkati skont it-tip ta’ reat, kienu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Żgħażagħ b’correctional order
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin b’correctional order f’dawn l-aħħar għaxar snin? Jista’ jgħid ukoll x’età kellhom meta kienu fil-Faċilità Korrettiva u f’liema diviżjoni kienu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm erba’ żgħażagħ b’correctional order. Tlieta kellhom 16-il sena waqt li l-ieħor kellu 14-il sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ bejn is-16 u t-30 sena li qed jaħdmu kemm b’mod full-time kif ukoll part-time u x’inhi l-età tagħhom? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għal dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni hi kif jidher f’din it-tabella riprodotta hawn taħt. L-aħħar ċifri ppubblikati huma t’ Ottubru 2024.
Età
16-30
Diċembru 2015
Full Time
51288
Part Time
11199
Diċembru 2016
Full Time
54144
Part Time
11239
Diċembru 2017
Full Time
57381
Part Time
10982
Diċembru 2018
Full Time
61507
Part Time
10548
Diċembru 2019
Full Time
64562
Part Time
10351
Diċembru 2020
Full Time
61337
Part Time
9187
Diċembru 2021
Full Time
62378
Part Time
9791
Diċembru 2022
Full Time
69026
Part Time
9813
Diċembru 2023
Full Time
74257
Part Time
10085
Ottubru 2024
Full Time
73484
Part Time
10701
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija assenjati lill-Community Police fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn u jekk huwiex indikat li jiżdiedu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li f’Wied il-Għajn għandna topera għassa ġdida, kif ukoll il-pulizija tal-Komunità. Ninsab infurmat li fit-tim tal-Pulizija tal-komunità hemm surġent u erba’ kuntistabbli, li jingħaqad ma’ 16 uffiċjal ieħor tad-distrett. Fil-lokalità ssir ħidma wkoll minn taqsimiet oħra tal-korp tal-pulizija.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2025?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu li nħatar il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Priġunieri? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport annwali maħruġ mill-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Priġunieri?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li r-rapport għas-sena 2024 qed ikun finalizzat u ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fi żmien qasir.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a) Kemm hu l-baġit għall-ikel fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
b) Kif jiġi ppreparat l-ikel fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
ċ) Kif jiġi assigurat l-ammont u l-kwalità tal-ikel fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-baġit fuq ikel fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin matul is-sena huwa ta’ madwar €3.25 miljun li jkopri mhux biss l-ispiża tal-kuntrattur li jipprovdi l-ikliet ewlenin ta’ kuljum, iżda wkoll xiri ta’ affarijiet oħra bħal frott. Wieħed irid iżomm f’moħħu wkoll li n-numru ta’ priġunieri jinbidel kontinwament.
Ninsab infurmat li l-ikel jasal nofs sajran mingħand il-kuntrattur u jitkompla jissajjar ġewwa l-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin u dan biex ikun żgurat li l-ikel jiġi servut frisk. Minbarra numru ta’ għażliet fuq il-menu, tittieħed kunsiderazzjoni ta’ restrizzjonijiet jew gwida medika dwar l-ikel servut lill-persuni ġewwa l-faċilità waqt li jitqassam ukoll frott frisk tlett darbiet fil-ġimgħa. Qabel jiġi servut, kampjuni tal-ikel jingħaddu għand id-direttur sabiex ikunu jistgħu jiġu spezzjonati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm atti kriminali f’kull lokalità għal dawn l-aħħar ħames snin u jispeċifika x’kienu dawn l-atti kriminali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iktar rapport riċenti dwar ir-rata ta’ rapporti kriminali, li jagħti stampa dettaljata mhux biss tal-aħħar sena iżda tal-iżviluppi li kien hemm tul is-snin.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ inizjali jirċievu s-suldati? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm ta’ taħriġ u l-lista tal-istudy units?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li dan huwa skont it-tabella li tikkonsisti fis-suġġetti ta' taħriġ inizjali li jirċievu s-suldati meta jiġu ingaġġati mal-Forzi Armati ta’ Malta.
Subjects
Physical Training
Skill at Arms
Ceremonial Drill
Field Craft
Military Knowledge
Military Ethos
First Aid
Voice Procedure
Map Reading
Internal Security
Swimming Certification
Personal Attributes
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ inizjali jirċievu l-wardens? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm ta’ taħriġ u l-lista tal-istudy units?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li li dawk li jaħdmu bħala uffiċjali tal-komunità wara li l-persuni jkunu ntgħażlu fi proċess ta’ reklutaġġ, isir ukoll kors ta’ diversi modules fejn isiru lezzjonijiet ta’ teorija u prattika fejn ikunu mgħallma diversi suġġetti fosthom il-liġijiet li jridu jaħdmu bihom, il-qrati u t-tribunali lokali, kwistjonijiet marbuta mat-traffiku u l-ambjent, lezzjonijiet dwar l-attitudni personali, l-apparat li jaħdmu bih, sessjonijiet prattiċi u suġġetti supplimentari oħra. Wieħed irid jgħaddi mill-proċess kollu biex imbagħad eventwalment jibda jaħdem bħala uffiċjal tal-komunità.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ inizjali jirċievu l-Uffiċjali Korrettivi? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm ta’ taħriġ u l-lista tal-istudy units?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-taħriġ tal-Uffiċjali Korrettivi huwa mqassam fuq sittax-il ġimgħa. It-tabella t’hawn taħt tinkludi s-suġġetti kemm akkademiċi kif ukoll dawk prattiċi.
The Evolution of Prisons: Purpose and Historical Perspectives.
A Journey Through Malta's Prison System: Past and Present
Inside the CSA: Structure, Functions, and Key Departments
The Essential Role of Correctional Officers: Duties and Challenges
Understanding Malta’s Criminal Justice System: Structure and Process
The Prison Act ( Chapter 260 of the laws of Malta)
The prison rules
Legal rights of persons in prison: Safeguarding dignity and Justice.
Introduction to Criminology and Victimology: Foundational Concepts (Part 1)
The First Seven Days: Navigating the Admission Process at CSA
Cultural Sensitivity and Inclusion: Building Respect in the Prison Environment
Introduction to Criminology and Victimology: Theories and Applications (Part 2)
Monitoring and Surveillance Techniques: Ensuring Safety and Security in Prisons
Incident Reporting and Documentation: Best Practices and Procedures
Giving Evidence - Unit 3H
Verbal and Non-Verbal Communication: Building Effective Interactions in Correctional Settings
Active Listening and De-escalation Techniques: Enhancing Conflict Resolution in Prisons
Gender in Prison: Understanding and Addressing Gender-Related Issues
Professional Conduct and Accountability in Prisons: Upholding Standards and Ethics
The Commissioner for Welfare and Development of Prisoners: Roles and Responsibilities
Introduction to Departments: CREU (Care, Reintegration, and Education Unit) and the Department of Inmate Services"
Introduction to Basic Psychology: Foundations for Correctional Officers
Behavioural and Emotional Dynamics of Incarceration
Mental Health Challenges in Correctional Settings
Understanding Aggression and Violence: Dynamics and Management in Prisons
De-escalation Tactics: Managing Conflicts in Correctional Settings
Substance Use and Abuse: Understanding Challenges in Correctional Settings
Addiction and Treatment Theories: Pathways to Recovery
Understanding Boundaries in Correctional Work: Professional and Personal Lines
Effective Teamwork in Correctional Facilities
Introduction to Communication Protocols in Prisons
Principles of Rehabilitation: Promoting Change and Reintegration
Theories of Behaviour Change: Foundations for Rehabilitation
Programmes for Education and Skill-Building: Pathways to Reintegration
Reintegration into Society: Theory and Challenges
Support Systems and Aftercare: Sustaining Rehabilitation and Reintegration
Management of Property and Finances for Persons in Prison: Policies and Procedures
SOPs, Memos, and Standing Orders: Guidelines for Operational Consistency
Discipline and Justice for Persons in Prison: Procedures and Processes
Court Procedures and Testimony: Preparing for the Witness Stand
Meeting Departments: Stores, Procurement, Kitchen and Bakery, Inmate Accounts, and Prison Market
Overview of Health Issues in Prisons: Challenges and Care
Preventing and Managing Communicable Diseases in Prisons
Mental Health Resources and Support in Prisons
Spiritual Health in Prison: Supporting Inner Well-Being
Understanding Risk Factors for Self-Harm and Suicide in Prisons
Suicide Prevention Models: Strategies for Correctional Settings
Building Supportive Environments in Correctional Facilities
European Prison Regulations and the CPT
Normalisation and Vulnerable Groups in Prison: Promoting Equity and Support
Stress and Burnout in Corrections: Recognising and Managing Challenges
Understanding Trauma and Secondary Trauma in Correctional Settings
Self-Care Strategies: Maintaining Well-Being in Correctional Work
The Physical Environment of Prisons: Promoting Sustainability and Well-Being
Temporary Release from Prison: Processes and Pathways to Reintegration
Meeting Departments: The Records Department
The Offender Management System (OMS): Purpose and Functionality
Practical Use of the Offender Management System (OMS): Hands-On Application
Escort Duties: Ensuring Secure and Efficient Movement of Persons in Prison
Meeting Departments: Security and Intelligence Unit, Special Operations Group (SOG), and the K9 Unit
Understanding Racism: Origins, Impacts, and Addressing Prejudice in Correctional Environments
Pathways to Radicalisation: Understanding Causes, Identifying Signs, and Mitigating Risks
Strategies for Prevention and Intervention: Addressing Racism and Countering Radicalisation
In-Prison Industries: Opportunities, Roles, and Workforce Dynamics
Health and Safety in Correctional Environments
Understanding the Needs of Young People in Prison: Psychological and Social Perspectives
Building Effective Engagement with Young Offenders: Communication and Rehabilitation Approaches
The Forensic Unit in Corrections: Assessment, Treatment, and Rehabilitation
Understanding Gang Psychology and Group Dynamics in Correctional Settings
Spirituality in Prison: Faith, Purpose, and Inner Growth
Engaging with Families: Cultural Sensitivity and Respect in Correctional Settings
Education in Prison: Formal, Informal, and Non-Formal Learning Opportunities
Boards and Committees in Prisons: Governance, Discipline, and Representation
The Role of NGOs in Prisons: Partnerships for Rehabilitation and Reintegration
The Role of Correctional Officers in Rehabilitation: Beyond Security
Addressing Misconduct: Disciplinary Actions for Prisoners and Correctional Officers
Basic Incident Scene Management: Ensuring Safety and Control
The Last Seven Days in Prison: Final Preparations for Re-Entry to Society
Is Prison the Solution? Exploring Alternatives and Impacts
Why Do Some Come Back? Understanding Relapse and Recidivism
Control & Restraint
Taser
Riot
Foot Drill
Searches
Fire Fighting
First Aid
Food Handling
Pepper Spray
Physical Training
Scenario Based Training
Blood Donation activity
Court visit
FU/ CoRRS visit
On the Job Training
Korp tal-Pulizija — Nuqqasijiet min-naħa tal-membri tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fi ħdan il-Korp tal-Pulizija li jinvestigaw nuqqasijiet min-naħa tal-membri tal-korp tal-pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li uffiċjali mill-Professional Standards Office tal-Korp, flimkien ma’ uffiċjali minn distretti u taqsimiet oħra, huma responsabbli mill-investigazzjonijiet dwar nuqqasijiet ta’ dixxiplina minn membri tal-korp, sakemm l-uffiċjali investigattivi jkunu ta’ rank ogħla minn dak tal-uffiċjal investigat.
Madanakollu, il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jordna lill-kwalunkwe uffiċjal fil-Korp li jinvestiga dawn il-każi. Każijiet ta’ nuqqasijiet kriminali minn membri tal-Korp jiġu nvestigati bi prattika normali, minn kull uffiċjal, skont in-natura tal-każ. Dan barra mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija li wkoll għandu jkollu l-funzjonijiet li jinvestiga materja li tirrigwarda l-aġir tal-Korp jew xi membru tiegħu, skont il-provedimenti tal-artiklu 36 tal-Kap 164 tal-Ligijiet ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ pulizija investigati quddiem l-Internal Affairs tal-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2024 kien hemm mija u tnax (112)-il każ ta’ pulizija li ġew investigati mit-taqsima tal-Professional Standards tal-Korp, li minnhom 44 ma rriżultax li kien hemm ksur ta' kondotta min-naħa tal-uffiċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fejn kien hemm aggressjoni fiżika lejn il-pulizija mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma għal kull sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija kif indikat fit-tabella. Bejn l-2024 u l-2016, il-figuri jinkludu kull kategorija ta’ uffiċjali pubbliċi. Irrid nirrimarka wkoll li dan il-Gvern propona emendi legali li ġew approvati minn dan il-Parlament li ħarrxu l-pieni fuq min jattakka uffiċjali pubbliċi. L-emendi legali huma sinjal ieħor ċar favur il-ħidma tal-forzi tal-ordni, favur id-dixxiplina. Dawn il-figuri jikkonfermaw ukoll l-impatt pożittiv tal-introduzzjoni tal-bodycams.
Każijiet ta’ vjolenza kontra uffiċjali tal-Pulizija mis-sena 2017 sa 17 ta’ Marzu 2025
Reat
Kategorija
2017
2018
2019
2020
2021
2022
2023
2024
2025 (*)
Vjolenza kontra uffiċjali tal-Pulizija
Reżistenza
30
29
27
17
28
14
20
19
1
Tgħajjir u theddid
1
3
4
34
43
45
41
58
5
Vilifikazzjoni
30
20
22
18
19
16
14
9
0
Vjolenza kontra uffiċjal
110
94
66
48
31
36
36
28
1
(*) sa 17/03/2025