B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14063, jista’ l-Ministru jagħti break down għal kull sena mill-2017 ‘l quddiem biex juri għalxiex intuża kull direct order u mingħand min sar ix-xiri?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġiba parlamentari 14063.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il accountant u/jew awditur huma impjegai mal-Korp tal-Pulizija u f’liema taqsima jaħdmu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi mal-Korp tal-Pulizija hemm żewġ uffiċjali li għandhom il-kwalifiki ta’ ‘accountancy’. Dawn jaħdmu fid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali Finanzjarji. Il-Korp tal-Pulizija hu impenjat li jkompli jżid il-persuni espert f’dan is-settur anka b’sejħiet għal persuni ċivili.
Djar Residenzjali għall-persuni b’diżabilità – servizz ta’ respite
Question
Jista’ l-Ministru jindika dawk id-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità li qed joffru s-servizz ta’ respite f’pajjiżna? X’għandhom jagħmlu l-ġenituri ta’ dawn il-persuni b’diżabilità biex jagħmlu użu mir-respite u għal kemm żmien jingħata dan is-servizz?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Aġenzija Identità Malta – karti tal-identità bl-ittra B
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il karta tal-identità ġdida nħarġet mill-Aġenzija Identità Malta u li n-numru tagħha jispiċċa bl-ittra B?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mgħoddija lili, Identity Malta ma ħarġet l-ebda karta tal-identità li tispiċċa bl-ittra B fil-perjodu msemmi.
Aġenzija Identità Malta – karti tal-identità bl-ittra G
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il karta tal-identità ġdida nħarġet mill-Aġenzija Identità Malta u li n-numru tagħha jispiċċa bl-ittra G?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li skont l-informazzjoni miġbura u li ngħatat lili, it-tabella t'hawn taħt turi n-numru ta' karti tal-identità ġodda li jispiċċaw bl-ittra G u li ħarġu lil detenturi ġodda fil-perjodu msemmi. L-Aġenzija Identity Malta bdiet toħroġ Karti tal-Identità minn nhar it-12 ta’ Frar tal-2014. Qabel dik id-data dawn kienu responsabbiltà ta’ uffiċċju ieħor.
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020*
Karti tal-identità ġodda li jispiċċaw bl-ittra G
0
257
90
63
65
66
53
4
*Sal-11 ta’ Mejju 2020
Aġenzija Identità Malta – karti tal-identità bl-ittra H
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il karta tal-identità ġdida nħarġet mill-Aġenzija Identità Malta u li n-numru tagħha jispiċċa bl-ittra H?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li skont l-informazzjoni miġbura u li ngħatat lili, it-tabella t'hawn taħt turi n-numru ta' karti tal-identità ġodda li jispiċċaw bl-ittra H u li ħarġu lil detenturi ġodda fil-perjodu msemmi. L-Aġenzija Identity Malta bdiet toħroġ Karti tal-Identità min-nhar it-12 ta’ Frar tal-2014. Qabel dik id-data dawn kienu responsabbiltà ta’ uffiċċju ieħor.
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020*
Karti tal-identità ġodda li jispiċċaw bl-ittra H
0
127
288
261
277
322
239
21
*Sal-11 ta’ Mejju 2020
Aġenzija Identità Malta – karti tal-identità bl-ittra L
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il karta tal-identità ġdida nħarġet mill-Aġenzija Identità Malta u li n-numru tagħha jispiċċa bl-ittra L?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li skont l-informazzjoni miġbura u li ngħatat lili, it-tabella t'hawn taħt turi n-numru ta' karti tal-identità ġodda li jispiċċaw bl-ittra L u li ħarġu lil detenturi ġodda fil-perjodu msemmi. L-Aġenzija Identity Malta bdiet toħroġ Karti tal-Identità min-nhar it-12 ta’ Frar tal-2014. Qabel dik id-data dawn kienu responsabbiltà ta’ uffiċċju ieħor.
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020*
Karti tal-identità ġodda li jispiċċaw bl-ittra L
0
1714
4184
4049
4977
5317
5078
712
*Sal-11 ta’ Mejju 2020
Aġenzija Identità Malta – karti tal-identità bl-ittra M
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il karta tal-identità ġdida nħarġet mill-Aġenzija Identità Malta u li n-numru tagħha jispiċċa bl-ittra M?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li skont l-informazzjoni miġbura u li ngħatat lili, t-tabella t'hawn taħt turi n-numru ta' karti tal-identità ġodda li jispiċċaw bl-ittra M u li ħarġu lil detenturi ġodda fil-perjodu msemmi. L-Aġenzija Identity Malta bdiet toħroġ Karti tal-Identità min-nhar it-12 ta’ Frar tal-2014. Qabel dik id-data dawn kienu responsabbiltà ta’ uffiċċju ieħor.
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020*
Karti tal-identità ġodda li jispiċċaw bl-ittra M
0
3064
1267
465
315
282
209
29*
*Sal-11 ta’ Mejju 2020
Aġenzija Identità Malta – karti tal-identità bl-ittra P
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il karta tal-identità ġdida nħarġet mill-Aġenzija Identità Malta u li n-numru tagħha jispiċċa bl-ittra P?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li skont l-informazzjoni miġbura u li ngħatat lili, it-tabella t'hawn taħt turi n-numru ta' karti tal-identità ġodda li jispiċċaw bl-ittra P u li ħarġu lil detenturi ġodda fil-perjodu msemmi. L-Aġenzija Identity Malta bdiet toħroġ Karti tal-Identità min-nhar it-12 ta’ Frar tal-2014. Qabel dik id-data dawn kienu responsabbiltà ta’ uffiċċju ieħor.
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020*
Karti tal-identità ġodda li jispiċċaw bl-ittra P
0
3
1
6
78
41
29
7
*Sal-11 ta’ Mejju 2020
Faċilità Korrettiva ta' Kordin – rekluta – proċeduri interni
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li f’dawn l-aħħar ġimgħat ġiet imkeċċija jew għaddejjin proċeduri interni jew simili kontra mara li kienet rekluta bħala uffiċċjal korrettiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jekk iva, jista’ jgħid x'sustanzi nstabu fuqha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ir-reklutaġġ mas-Servizzi Korrettivi jservi mhux biss biex jgħallem lin-nies li ġejjin minn barra dan l-ambjent id-dixxiplina tax-xogħol delikat tal-ħabs, iżda jservi wkoll biex jiġu magħżula l-aħjar elementi biex iservu lil pajjiżna ġewwa istituzzjoni li tirrikjedi serjetà assoluta. Ir-reklutaġġ hu parti mill-proċess tal-għażla u hija prassi normali li xi rekluti ma jwasslux sal-aħħar tal-kors u dan iseħħ fl-aħjar interess tas-servizz.
Fl-aħħar reklutaġġ li ntemm fit-22 ta’ April kien hemm żewġ rekluti li ma waslux sal-aħħar ta’ dan iż-żmien ta’ prova u b’hekk ġie tterminat il-kors tagħhom meta kienu għadhom ma ħadux il-ġurament bħala Uffiċjali Korrettivi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13801 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna weħlet il-ħabs mill-2017 'l hawn għax ma żammitx mal-obbligazzjonijiet tagħha li tħallas il-manteniment?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2017 'l hawn kien hemm 47 persuna li weħlet il-ħabs għax ma żammitx mal-obbligazzjonijiet tagħha li tħallas il-manteniment, u li dawn kienu mqassmin kif ġej:
2017 20
2018 18
2019 8
2020 1
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' rapporti ta' reati kriminali kien hemm f'Ħ'Attard u l-Mosta, bejn Jannar 2017 u Diċembru 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi t-tipi ta' rapporti ta' reati kriminali li kien hemm f'Ħ'Attard u l-Mosta, bejn Jannar 2017 u Diċembru 2019 kienu identiċi u kif deskritti fit-tabella t’hawn taħt. Barra minn dan ġo Ħ’Attard kien hemm ukoll każ ta’ infantiċidju filwaqt li l-Mosta kien hemm ukoll każi ta’ pornografija.
Kategorija
Ħruq
Attentat ta’ offiżi
Feriti fuq persuni
Użu ħażin tal-computer
Ħsarat
Vjolenza Domestika
Drogi
Falsifikazzjoni
Frodi
Omiċidju
Ħasil ta’ flus
Pretenzjoni ta’ drittijiet
Offiżi sesswali
Serq
Theddid u vjolenza privata
Vjolenza kontra uffiċjal pubbliku
Filmati li qed jintwerew fuq il-media soċjali tas-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswew il-filmati li qed jintwerew fuq il-media soċjali tas-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet? Jista’ jgħid min hi l-Production House li qiegħda tipproduċihom? Kemm qed jiswew dawn il-filmati? Dawn huma mħallsa minn fondi pubbliċi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Is-Segretarju Parlamentari huwa impenjat li fl-użu tal-midja soċjali jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapport li sar mill-Kummissarju għall-Istandards ippubblikati fl-aħħar jiem.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra
Peress li diversi rapporti tal-media qed jgħidu li dawk il-bastimenti li qegħdin jintużaw għall-immigranti, se jitħallsu mill-EU, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan huwiex fatt? Jekk le, allura jista’ jgħid kif ġiet allokata din il-kumpanija speċifika? Jista’ jgħid liema tenders inħarġu? Jekk s’issa il-gvern se jħallas, jista’ jgħid kemm?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal tweġibiet 14193 u 14203. Inżid li Malta temmen li m’għandiex titħalla waħedha mill-Unjoni Ewropea inkluż f’din iċ-ċirkostanza u għalhekk hemm proċess biex jintużaw fondi tal-Unjoni Ewropea għal dan il-għan.
Uffiċjali tal-Ħabs – taħriġ speċjalizzat fuq suġġetti relatati ma’ riabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk l-Uffiċjali tal-Ħabs irċevewx taħriġ speċjalizzat fuq suġġetti relatati ma’ riabilitazzjoni tal-priġunieri matul dawn l-aħħar tliet snin u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk iva, fiex kien jikkonsisti dan it-taħriġ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Biex tieħu ħsieb l-aspetti ta’ riabilitazzjoni l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi għandha impjegati magħha tliet Psychologists, erba’ Psychologist Assistants, sitt Care Plan Coordinators u tliet Social Workers li bħala nies akkademiċi huma kwalifikati f’tali suġġett u jkunu huma li jaħdmu direttament mal-priġunieri fuq dan is-suġġett
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm separazzjonijiet pendenti f’dawn l-aħħar tliet snin u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm minn dawn il-każijiet ilhom aktar minn tliet snin pendenti? Kemm minnhom ilhom aktar minn sitt snin pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Marsaskala: Residenti Maltin imressqa fuq reati kriminali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14448 u jindika n-numru ta’ residenti Maltin u li joqogħdu Marsaskala li tressqu l-Qorti fuq reati kriminali matul l-2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi mid-dettalji miġbura mill-Pulizija n-numru ta’ residenti Maltin u li joqogħdu Marsaskala li tressqu l-Qorti fuq reati kriminali matul is-sena 2019 kien ta’ mija u tmienja u ħamsin (158).
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha li jaqgħu jew li kienu jaqgħu taħtu u l-individwu li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatment min-nhar is-17 ta' Jannar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġi impoġġi kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Aġenzija Identità Malta – karti tal-identità bl-ittra A
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il karta tal-identità ġdida nħarġet mill-Aġenzija Identità Malta u li n-numru tagħha jispiċċa bl-ittra A?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li skont id-dispo¿izzjonijiet f’KAP. 258 tal-ATT DWAR IL-KARTA TAL-IDENTITÀ U DOKUMENTI OĦRA TAL-IDENTITÀ, Identity Malta toħroġ biss karta tal-identità liċ-ċittadini Maltin u din ma tispiċċax bl-ittra “A”.