Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni detenuti li ngħataw forma ta' trankwilizzanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni detenuti b’sentenza, jew li għadhom qed jistennew li jsir il-proċess tagħhom fi ħdan il-Faċilità Korretiva ta’ Kordin, li ngħataw xi forma ta’ trankwilizzanti fis-snin 2021 u 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi kull każ ta’ persuni li ngħataw benzodiazepines huwa individwali. Hemm detenuti illi jingħataw benzodiazepines għal raġuni medika partikolari għal qasir żmien, u oħrajn għal kundizzjonijiet psikjatriċi kroniċi taħt superviżjoni tal-psikjatra. Infurmat illi detenuti ġodda li jkunu diġà ngħataw benzodiazepines fuq ordnijiet tat-tobba fil-komunità jkomplu jiġu segwiti mit-tobba u psikjatri tal-Faċilità. Filwaqt illi jsiru tentattivi sabiex fuq rakkomandazzjonijiet ta’ professjonisti mediċi jitnaqqas l-użu eċċessiv ta’ benzodiazepines, dan ma għandux jitqies bħala l-uniku kejl biex ngħarblu s-suċċess ta’ riabilitazzjoni. Wieħed jinnota illi l-konsum ta’ benzodiazepines mis-sena 2021 sas-sena 2022 tnaqqas b’20% ikkumparat mas-snin ta’ qabel. Infurmat illi fis-sena 2021 kien hemm 194 detenut illi ngħata benzodiazepines filwaqt li fis-sena 2022 kien hemm 180 detenut.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni li qed jiskontaw sentenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li qegħdin jiskontaw sentenza, fil-ġurnata li tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemm 355 persuna li qegħdin jiskontaw sentenza.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni detenuti li qed jistennew li jsir proċess ġudizzjarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni detenuti fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li għadhom qed jistennew li jsir il-proċess ġudizzjarju tagħhom, fil-ġurnata li tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fil-preżent hemm 250 persuna li għadhom qed jistennew li jsir il-proċess ġudizzjarju tagħhom.

Uffiċċju ta' Koordinament ta' Malta fil-Libja — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa lill-Gvern Malti sal-lum l-uffiċċju ta’ koordinament ta’ Malta li nfetaħ ġewwa l-Libja in segwitu għall-Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Libja tat-28 ta Mejju 2020 dwar il-ġlieda tal-immigrazzjoni illegali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-uffiċċju ta’ kordinament li nfetaħ ġewwa l-Libja in segwitu għall-Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Libja fit-28 ta Mejju 2020 ma sewa xejn lill-Gvern Malti għax ġie finanzjat mill-Awtoritajiet Libjani.

Uffiċċju ta' Koordinament ta' Malta fil-Libja — spiża

Question

Jista' l-Ministru jagħti elenku dettaljat ta’ fiex u f’kemm kienu jikkonsistu l-ispejjeż (item b’item) in konnessjoni mal-uffiċċju ta’ kordinament ta’ Malta li nfetaħ ġewwa l-Libja in segwitu għall-Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Libja tat-28 ta Mejju 2020 dwar il-ġlieda tal-immigrazzjoni illegali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 8074.

Kuntratt ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li nħatar kordinatur min-naħa tal-Gvern Malti in segwitu għall-Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Libja tat-28 ta' Mejju 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 4589.

Finanzjament addizzjonali mill-UE għar-rigward tal-operazzjoni ta' koordinament bejn Malta u Libja fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għamilx talba u ngħatax finanzjament addizzjonali mill-Unjoni Ewropea għall-opererazzjoni ta’ kordinamant bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali sussegwenti għall-Memorandum of Understanding tat-28 ta Mejju 2020 iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-inizjattivi ta’ kordinament bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan fuq l-immigrazzjoni irregolari sussegwenti għall-Memorandum of Understanding tat-28 ta’ Mejju 2020 huma ffinanzjati miż-żewġ Gvernijiet rispettivi. Il-Gvern Malti kontinwament jitlob li l-Unjoni Ewropea tagħti aktar għajnuna lill-pajjiżi tal-oriġinu u dawk ta’ tranżitu u dan sabiex il-persuni jkollhom futur aħjar fil-pajjiż tal-oriġinu, filwaqt li pajjiżi ta’ tranżitu jkunu megħjuna jiġġieldu t-traffikanti tal-bnedmin li huma s-sors ta’ mwiet kontinwi fil-baħar Mediterran.

Failed asylum seekers f’Malta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7314, fejn jingħad li n-numru ta' failed asylum seekers li għandhom dokument tal-Pulizija u li għandhom jitolbu estensjoni f'Malta huwa ta' 738 u fejn jingħad ukoll li ż-żmien li ilhom Malta jvarja mis-sena 2004 sas-sena 2022, li jfisser li wħud minnhom ilhom hawn 18-il sena, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawn il-failed asylum seekers ma ġewx ritornati fil-pajjiż oriġinali tagħhom? Xi pjanijiet għandu l-Gvern għal dawn il-failed asylum seekers li jinsabu f'dan il-limbu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-politika tal-Gvern f’dan is-settur hija politika ta' immigrazzjoni ġusta, li tipproteġi lil dawk li jikkwalifikaw għall-ażil f’Malta filwaqt li ma tippremjax lil dawk li jidħlu Malta illegalment u jinstabu li ma jkun ħaqqhom l-ebda protezzjoni. Dan sabiex ukoll ma jintbagħatx il-messaġġ lil hinn minn xtutna illi jħeġġeġ lill-persuni jaqsmu b'mod irregolari u perikoluż, għaliex anke jekk mhux intitolat għall-protezzjoni, ser tkun premjat billi tingħata status ta’ residenza u d-dokumenti relatati miegħu. Proprju għal din l-istess raġuni li fl-2021 twaqqfet Returns Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Intern. Dan il-unit ħadem sabiex żdiedu n-numru ta’ immigranti rregolari rritornati lejn pajjiżhom u bdiet tingħata assistenza individwali lil mijiet ta’ immigranti fuq ir-ritorn. Hemm numru ta’ fatturi li jwasslu sabiex failed asylum seeker idum ma jiġi rritornat lejn il-pajjiż tal-oriġinu tiegħu, partikolarment in-nuqqas ta’ dokumenti tal-identità, nuqqas ta’ koperazzjoni mill-pajjiż tal-oriġinu sabiex tinkiseb id-dokumentazzjoni meħtieġa għar-ritorn u nuqqas ta’ koperazzjoni mill-persuna nnifsu. Hemm failed asylum seekers li rritornaw volontarjament u oħrajn li ġew irritornati b’mod furzat. Il-Gvern jemmen li min ma jkunx ikkopera sabiex jiġi rritornat lejn il-pajjiż tal-oriġinu ma għandux jiġi premjat. Għaldaqstant l-awtoritajiet ser ikomplu jaħdmu sabiex dawn il-każijiet jonqsu, anke bl-għajnuna ta’ aġenziji internazzjonali u Ewropej li joffru għajnuna għall-integrazzjoni mill-ġdid fil-pajjiż tal-oriġinu.

Każijiet ta’ feriti gravi fuq anzjani

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6343, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ feriti ta’ natura gravi fuq anzjani mis-sena 2020 sas-sena l-oħra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2020 sa l-aħħar tas-sena 2022 kien hemm erbgħin każ ta’ feriti ta’ natura gravi fuq persuni ta’ sittin sena jew aktar. Minn dawn il-każi kien hemm tlieta u erbgħin vittma.

Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin — priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mis-sena 2020 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm kien in-numru ta’ priġunieri Maltin u barranin u fuq liema reati ġew ammessi dawn il-priġunieri?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fis-sena 2020 daħlu 1093 priġunier li minnhom kien hemm 417 Maltin u 676 barranin, fis-sena 2021 daħlu 867 li minnhom kien hemm 392 Maltin u 475 barranin, fis-sena 2022 daħlu 616 li minnhom kien hemm 357 Maltin u 259 barranin filwaqt li sal-21 ta’ April 2023 daħlu 245 priġunier li minnhom kien hemm 144 Maltin u 101 barranin fil- Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Ir-reati li dawn il-priġunieri ġew ammessi bihom huma fit-tabella riprodotta hawn taħt: Abduction Accomplice in aggravated theft Accomplice in arson Accomplice in attempted aggravated theft Accomplice in Wilful Homicide Aggravated Theft Aided or assisted any person to land or attempt to land in Malta Aiding and abetting immigrants to leave or land in Malta clandestinely Arson Assault on Public Officers Attempted Violent Indecent Assault Attempted aggravated theft Attempted GBH Attempted Homicide Attempted theft Attempted theft from the elderly Attempted wilful homicide Blackmail Breach conditions of bail Breach of Art 28G(1) of Chapter 9 (Supervision Order) Breach of Art 412C of Chap 9 (Protection order) Breach of bail conditions Breach of probation order Breach of protection order Breach of public good order Breach of suspended sentence Breach of treatment order Causing an elder to suffer under circumstances likely to produce death Chapter 276, Art 14 of the Extradition Act. Compelling and inducing persons of age into prostitution Concealing of a dead body and altering of evidence conspiracy with other persons in committing a crime Conspiracy with other persons in drug trafficking Contravening court order Contraventions against the person - utters, insults or threats Conversion of Ammenda Conversion of multa Conversion of Ref's Fees Correctional Care order Corruption of minor Cruelty to Animals Cultivation of drugs Defilement/Corruption of minors Disobeying Police Orders Domectic Violence - GBH Domestic violence - attempted wilful homicide Domestic Violence - GBH Domestic Violence - Threats Domestic Violence - Arson Domestic Violence - Attempted GBH Domestic Violence - Attempted Homicide Domestic Violence - Attempted Rape Domestic violence - Attempted Slight Injuries Domestic Violence - Femicide Domestic Violence - GBH Domestic Violence - Harassment Domestic Violence - Illegal arrest Domestic Violence - Non Consensual act of a sexual nature Domestic Violence - private violence Domestic Violence - Rape Domestic Violence - Slight injuries Domestic Violence - Spoiled, damaged or caused injury in general Domestic violence - Stalking Domestic Violence - Threats Domestic Violence - Wilful Damages Domestic Violence - Wilful Homicide Domestic violence- GBH Domestic violence- rape Domestic violence- Threats Driving vehicle w/o licence Earned money from prostitution Escape from place of detention Escape from police custody European Arrest Warrant Failed to declare excess currency to the controller of customs Failed to give surety money to her husband Failed to give surety money to his wife Failing to produce passport, and giving information to the P.I.O. False declarations False declarations or information to a public authority False Pretences Falsification and Fraud Falsification of Passport Forgery of private writings Found drunk and incabale of taking care of himself Fraud and missapropriation GBH Harassment Harassment / Subjects a person to any act with sexual connotations Human Trafficking Hunt or attempt to hunt any bird which is protected under L.S. 549.42 Ill Treatment of Children Illegal Arrest Illegal hunting Importation of Drugs Indecent words or gestures or insulting remarks Indicent acts in public Inducing, etc., persons under age to prostitution Instigation, etc, of defilement of minors. Introduction of explosives into malta without licence Involuntary Bodily Harm Involuntary Homicide Landed or was in Malta w/o permit from the P.I.O. Loitering for prostitution Making use of a vehicle without being insured against third-party risks Malicious use of computer and fraud Malicious use of false documents Mandant in Factum Missapropriation Money laundering Non-Consensual Act of a sexual nature Non-consensual taking or disclosure of private sexual photographs and films Non-Consentual acts of a sexual nature Offences of criminal nature specific to electronic communications Operating, promoting, selling or participating in unauthoriesed gaming Organized Crime Participating in sexual activities with minors Perjury Possesion of Drugs with the intent to supply Possession and trafficking of Drugs Possession of Drugs Possession of drugs in CCF Possession of Drugs with the intent to supply Possession of false documents Possession of fire arm Possession of firearms during commission of offence Possession of indecent photos / films of persons under age Possession of Prohibited Knife Possession of prohibited weapon Private Violence Promotes, Constitutes Or Finances An Organisation To Commit Criminal Offences Promotes, Constitutes, Orginises Or Finances An Organisation To Commit Criminal Offences Protection Orders for Minors Public violence / Unlawful assembly Publicly instigated any other person to commit an offence Rape Rape of minors Receiving stolen articles Revocation of bail Revocation of Parole Licence Simulation of offence Slight injuries Spoiled, damaged or caused injury in general Stalking Stowaway Subornment of witness Suspension of Parole Licence Theft Theft from the elderly Theft of vehicle Threats Threats on public officers Traffic in persons to enter or leave Malta illegally Traffic of a person of age for the purpose of exploitation Traffic Offences Transfer of passport Trial by Jury Unlawful Assembly Unlawful exercise of public functions Unlawful presence in restricted zone Use of electronic communications apparatus to make threats Vilification, threats or bodily harm against public officers Violence against Public Officers Violent Indecent Assault Voluntary Damages Wilful Damages Wilful Homicide Withdrawal of bail

Faċilità Korrettiva ta' Kordin – Persuni li ma tawx aċċess għat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin minħabba li ma tawx aċċess għat-tfal?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi ma hemm l-ebda persuna fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fuq akkuża ta’ aċċess għat-tfal.

Paceville – skwadra speċjali tal-Pulizija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7055, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jimplimenta l-wegħda li jkun hemm skwadra speċjali tal-Pulizija għal Paceville?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5546.

Paceville/San Ġiljan – persuni mħarrka

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7057, jista’ l-Ministru jagħti lista separata ta’ kemm persuni ġew imħarrka minn Jannar 2022 sa Diċembru 2022 f’Paceville/San Ġiljan fuq pickpocketing u/jew għaliex għamlu awrina fil-pubbliku?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kien hemm żewġ persuni li ġew imħarrka fuq reati ta’ pickpocketing minn Jannar sa Diċembru 2022 f’Paceville/San Ġiljan.

Identity Malta – work permits għal third country nationals pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal work permits minn third country nationals illi għadhom pendenti quddiem Identity Malta? Jista' jgħid kemm ilhom pendenti u għal liema linja ta' xogħol huma applikati rispettivament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Skont l-informazzjoni mgħoddija lili jirriżulta li hemm 3,677 applikazzjoni pendenti għal Single Work Permits. Il-linji ta’ xogħolijiet li għalihom qegħdin japplikaw huma varji. Infurmat li Applikazzjoni għal single permit iddum medja ta' tmien ġimgħat biex tiġi proċessata, li huwa ferm inqas mill-erba' xhur hekk kif stipulat mid-Direttiva tal-UE 2011/98/UE.

Identity Malta — key employment initiatives pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem Identity Malta għal key employment initiatives u kemm ilhom pendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Mill-informazzjoni mgħoddija lili jirriżulta li hemm ħames applikazzjonijiet pendenti li jaqgħu taħt Key Employee Initiative.

Intern – karozzi kkonfiskati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza ġiet ikkonfiskata mit-toroq ta' Malta f'din l-aħħar sena u kemm hemm vetturi abbandunati fit-toroq Maltin li l-Korp tal-Pulizija m'għandux fejn jaħżinhom bil-konsegwenza li qed jitħallew fit-triq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2022 u Marzu 2023 in-numru ta’ vetturi li ġew ikkonfiskati mit-toroq f’dawn il-gżejjer kien ta’ tletin (30). Vetturi li għadhom ma tneħħewx minn sidhom huwa disa’ u għoxrin (29). Dawn il-figuri jvarjaw minħabba li ħafna mis-sidien li jingħataw perjodu ta’ avviż ta’ tneħħija mal-vetturi tagħhom, jirrispettaw dawn l-ordnijiet u jneħħuhom qabel u mingħajr il-bżonn li jigu mneħħija mill-Pulizija. Waqt li jkomplu isiru arranġamenti biex jitneħħew dawn il-vetturi, infurmat illi bħalissa il-Pulizija qegħda b’taħdidiet mal-awtoritajiet kkonċernati, biex vetturi li jaqgħu taħt il-mandat tagħhom u li bħalissa qegħdin fil-kustodja tal-Pulizija, jiġu mgħoddija lill-istess awtoritajiet biex b’hekk jiżdied li spazju għal vetturi li jinġabru mill-pulizija, meta dawn jaqgħu taħt il-mandat tagħhom.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order saret mid-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin – Persuni li ma ħallsux il-manteniment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin minħabba li ma ħallsux il-manteniment?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fil-preżent hemm sitt (6) priġunieri miżmuma l-ħabs b’akkużi li ma ħallsux il-manteniment.

Sewqan taħt l-effett tal-kannabis – kampjuni miġbura mill-uffiċjali tal-LESA

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7035, jista’ l-Ministru jgħid kif taħdem fil-prattika din il-proċedura fid-dawl li meta persuna titwaqqaf mil-LESA, trid tibqa’ tistenna fil-ġenb tat-triq biex tasal l-awtorizzazzjoni tal-Maġistrat biex jittieħed/jittieħdu kampjun/i għall-analisi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi jekk uffiċjal tal-LESA jwaqqaf persuna u waqt il-qadi ta’ dmirijietu jiġih suspett raġonevoli li din tkun taħt l-effett tad-droga, dawn ma jiġbru l-ebda kampjuni iżda jirrappurtaw u jgħaddu l-każ lill-Pulizija li jkomplu bl-investigazzjonijiet tagħhom skont kif titlob il-liġi. Jekk u meta ikun hemm il-ħtieġa, tkun il-pulizija li titlob awtoriżżazzjoni ta’ Maġistrat għat-teħid ta’ kampjuni għall-analisi.

Sliema – Triq Bisazza – rapporti

Question

Fid-dawl li dan l-aħħar kien hemm rapporti dwar żgħażagħ minuri li jagħmlu ħsara, storbju u ġlied ġewwa Triq Bisazza, Tas-Sliema, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa jew ser jieħu biex joffri sigurtà lir-residenti, persuni oħrajn u lin-negozjanti fl-inħawi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-pulizija ħadet il-passi biex iżżid ir-ronda tagħha f’din iż-żona, biex inċidenti u mġiba ta’ din ix-xorta, kif ukoll ksur ta’ liġijiet oħra jiġu mnaqqsa.