Legislature:
Category:
Reset
Active:

Utenti tas-servizzi bankarji — Ilmenti dwar ħlasijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24491 fejn il-Ministru talab biex niċċara l-mistoqsija, jista’ l-Ministru jgħid jekk jekk fil-konfront ta’ xi istituzzjonijiet finanzjarji regolati jew mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) jew mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, sarux xi ilmenti dwar charges – irrespettivament mill-mod kif deskritti – għax dawn setgħu kienu eċċessivi jew inġusti fil-konfront tal-utenti tas-servizzi finanzjarji? F’kull istanza fejn sar xi ilment ta’ din ix-xorta, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-natura tal-ilment u x’kien l-eżitu finali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

FIAU — Bord tal-Gvernaturi - Policies

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24324, jista’ l-Ministru jispjega għalfejn il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) tqis il-policies u/jew proċeduri li permezz tagħhom l-FIAU tesegwixxi r-responsabilitajiet varji tagħha, inkluż dawk relatati mal-infurzar, naxxenti mil-liġi, huma kollha ta’ natura kunfidenzjali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kunfidenzjalita’ tad-dokumenti rikwesti tirriżulta mill-Arikolu 34 tal-Kap 373 tal-Liġijiet ta’ Malta, fejn kemm il-Korp, kif ukoll l-uffiċjali, l-impjegati u l-aġenti tiegħu, huma marbuta li jittrattaw kull informazzjoni u dokumenti tal-Korp bħala kunfidenzjali. Madanakollu, hekk kif provdut permezz tal-istess Artikolu hawn fuq riferut, b'mod eċċezzjonali il-liġi tippermetti li f'ċertu istanzi, jiġu preżentati proċeduri li jimplementa l-korp biex jezegwixxi l- funzjoni ta’ infurzar amministrattiv. Dawn tal-aħħar jinkludu wkoll proċeduri kostituzzjonali. In oltre, nixtieq niċċara illi akkont l-istrateġija tal-Korp, l-istess Korp qiegħed jaħdem bl-għan li l-informazzjoni, hekk kif ġa fornuta permezz tar-rapport annwali u sezzjonijiet ta’ tgħarif mgħotija rigward il-proċessi u proċeduri tiegħu, isiru aktar aċċessibli u trasparenti għall-pubbliku in ġenerali.

Komputazzjoni tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif tinħadem il-komputazzjoni tat-taxxa għal persuna li taħdem full-time self-employed u part-time f’impjieg fis-settur pubbliku? Jista’ jgħid ukoll jekk il-persuna tibbenefikax minn rati ta’ taxxa mraħħsa fuq il-part time?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’kull kaz fejn persuna tkun taħdem prinċipalment (full-time) bħala self-employed, u jkollha wkoll impjieg part-time, id-dħul mill-part-time jizdied mad-dħul totali u jiġi ntaxxat bir-rati normali tat-taxxa. Dan japplika kemm meta l-persuna taħdem part-time f’impjieg mas-settur pubbliku kif ukoll meta l-part-time isir fis-settur privat. Ir-rata mnaqqsa fuq xogħol part-time tapplika fejn persuna jkollha impjieg full-time jew tkun pensjonanta jew qed tistudja full-time. Dawn il-kundizzjonijiet, fost oħrajn, ilhom fil-liġi sa mid-dħul tad-dispozizzjonijiet dwar xogħol part-time fl-1996.

Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru inċidenti tat-traffiku f’pajjiżna matul is-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent, d-data disponibbli hi minn Jannar sa Settembru (Q1-Q3) 2024. L-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku f’pajjiżna f’dan il-perjodu kien ta’ 12,642. L-informazzjoni għas-sena 2024 sħiħa tkun ppubblikata iktar tard.

Ħal Qormi — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru inċidenti tat-traffiku f’Ħal Qormi matul is-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-prezent, d-data disponibbli hi minn Jannar sa Settembru (Q1-Q3) 2024. L-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku f’Ħal Qormi f’dan il-perjodu kien ta’ 751. L-informazzjoni għas-sena 2024 sħiħa tkun ppubblikata iktar tard.

Rata annwali tal-inflazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji, sena b'sena, tar-rata annwali tal-inflazzjoni f'pajjiżna mis-sena 2013 sas-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pensjoni privata — Tax credits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li bħalissa qed jinvestu f’pensjoni privata abbażi tat-tax credits li jingħataw?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena bażi 2023 kien hemm 26,983 persuna li kienu eliġibbli għal tax credits għax investew fi skema personali tal-irtirar jew skema ta’ pensjoni okkupazzjonali volontarja.

FIAU – Appelli ta’ deċiżjonijiet dwar multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu s-subject persons immultati mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li appellaw id-deċiżjoni, u li l-Qorti tal-Appell (inferjuri) tat sentenza fuqhom? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet il-multa oriġinali imposta mill-FIAU u kemm saret il-multa skont is-sentenza rispettiva tal-Qrati Maltin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi — Vjaġġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: (a) kemm-il vjaġġ għamel barra mill-pajjiż minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fejn kienet id-destinazjoni? (b) X'kienet ir-raġuni għal kull vjaġġ u kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljetti tal-ajru, lodging, trasport, ikel, xorb, allowances per diem għal kull persuna li kienet tifforma parti mill-kontinġent u spejjeż oħra, separatament? (c) Min għand liema aġent tal-ivjaġġar inxtraw il-biljetti tal-ajru u jekk hux b'direct order jew tender, x’tip ta' biljetti tal-ajru inqatgħu (jekk hux economy, business club jew class club) u ma' liema kumpanija tal-ajru? (d) Kemm kien it-tul ta' żmien għal kull vjaġġ? (e) Minn min kien iffurmat il-kontinġent tal-Ministru għal kull vjaġġ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella hawn taħt. Ninfurmah illi l-iskop għal safar uffiċjali ikun marbut ma' laqgħat ma' Mexxejja ta' Gvernijiet oħrajn, laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u laqgħat oħra li għalihom ikun hemm stediniet uffiċjali bħala Ministru tal-Gvern. L-arranġamenti ta' vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, per diem allowances huma rregolati skont il-Manual on Transport and Travel Policies li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward tat-tul ta' zmien għal kull vjaġġ, naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan ikun jiddependi mill-aġenda taż-żjara barra l-pajjiż. SenaNru ta’ Vjaġġi uffiċjali 202210 202311 202414

Ministeru għall-Finanzi — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24390 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24481.

Ministeru għall-Finanzi — ħaddiema reġistrati b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24614.

Ministeru għall-Finanzi – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li huwa awtorizza matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tiegħi. Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Kosulenzi — Pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24320 u jindika t-total ta’ kemm tħallas s’issa f’konsulenzi u spejjeż oħra mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-istess Ministeru lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u kumpaniji relatati, kif ukoll lid-diretturi tagħha u nies assoċjati magħha mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2020 sad-data tal-lum, tħallsu l-ammonti ta’ Eur 4,653,238 mill-Air Malta, u Eur 2,518,664 mill-KM Malta Airlines, lill-kumpanija msemmija fil-mistoqsija. Din il-kumpanija ġiet ingaġġata mill-Air Malta sabiex tipprovdi appoġġ lill-management u lix-shareholder sabiex jizviluppaw Business Plan għal 5 Snin għall-ħolqien ta’ linja tal-ajru ġdida li jaqbad is-suppo¿izzjonijiet tekniċi tan-negozju, bidliet strutturali u inizjattivi ta’ trasformazzjoni u mudell finanzjarju integrat li jappoġġja l-Pjan. L-appoġġ ipprovdut minn din il-kumpanija kien jinkludi revizjoni u sorveljanza tal-prattiki, proċeduri, kuntratti u proċessi kollha tal-kumpanija l-qadima u l-benchmarking ta’ dawn bl-aħjar prattiċi tal-industrija. Din il-kumpanija provdiet ħolqien ta’ network strategy għall-kumpanija l-ġdida kif ukoll il-ħolqien ta’ business class biex turi diskontinwità ekonomika bejn il-kumpanija l-ġdida u l-Air Malta, kif ukoll tagħti pariri dwar it-trasferiment ta' assi operazzjonalment kritiċi inkluzi liċenzji, slots u ajruplani. Is-suppozizzjonijiet fil-Business Plan ta' 5 Snin ġew riveduti u vvalidati b'mod indipendenti minn Deloitte UK qabel ma l-Business Plan ġie sottomess lill-Kummissjoni Ewropea. Il-kuntratt ta’ din il-kumpanija mal-Air Malta intemm fil-31 ta’ Diċembru 2023. Minn naħa l-oħra il-kumpanija ġiet ingaġġata minn KM Malta Airlines Ltd. f’Jannar tal-2024 sabiex imexxu l-uffiċċju ta’ project management responsabbli għall-implimentazzjoni fil-ħin tal-Business Plan ta’ 5 snin kif ukoll sabiex jittrasferixxu din il-kapaċità lil-linja tal-ajru l-ġdida. L-appoġġ ipprovdut minn din il-kumpanija fost l-oħrajn inklu¿ it-tnedija bla xkiel ta’ operazzjonijiet tat-titjiriet mill-KMMA fil-31 ta’ Marzu 2024, appoġġ fit-trasferiment effettiv tal-assi bejn l-Air Malta u l-KMMA, ir-revi¿joni, l-għa¿la u l-implimentazzjoni ta’ Enterprise Resource Planning ('ERP') System ġdida, zvilupp ta' qafas ta' reporting framework sabiex titqabbel il-prestazzjoni tal-KMMA mal-business plan approvat, appoġġ lill-KMMA fil-finalizzazzjoni ta' politiki u proċeduri inkluzi izda mhux limitati għall-mitigazzjoni ta’ riskju finanzjarju u propjetà tal-ajruplani, kif ukoll appoġġ lill-funzjoni finanzjarja tal-linja tal-ajru l-ġdida sakemm ġiet stabbilita l-funzjoni finanzjarja l-ġdida. L-ingaġġ ta’ din il-kumpanija ma’ KMMA intemm fil-31 ta’ Diċembru 2024 u mhux ser jerġa jiġġedded.

MFSA — Executive Committee - Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lagħat tal-Executive Committee tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) kien hemm preżenti membri tal-pubbliku mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema laqgħat ta' liema dati, kien hemm preżenti persuni oħra minbarra dawk li jiffurmaw parti mill-Executive Committee, min kienu u kif għamlu t-talba biex ikunu preżenti? Jista' jgħid ukoll jekk dawn setgħux jitkellmu waqt il-laqgħat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumitat E\ekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), huwa kumitat intern li jiltaqa’ b’mod regolari biex jiddiskuti u jieħu d-deċizjonijiet finali fuq affarijiet relatati mal-funzjonament tal-Awtorità, kif stabbilit fil-liġi. F’kull laqgħa tal-Kumitat Ezekuttiv, jattendu membri addizzjonali mill-Awtorità, fejn u kif ikun meħtieġ. Dawn jiġu mistiedna biex jipprovdu prezentazzjonijiet, aġġornamenti jew kontribuzzjonijiet fuq suġġetti speċifiċi, skont il-ħtiġijiet tal-Kumitat.

Ministeru għall-Finanzi – Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni (traffic fine) weħel il-Ministeru tiegħu minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x'pożizzjoni għandu fil-Ministeru tiegħu, kemm ammontaw fi flus u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures. Dan il-manwal jagħti linji gwida dwar kif għandhom jiġu trattati iċ-ċitazzjonijiet tat-traffiku relatati ma' karozzi tal-Gvern, inkluz il-ħlas taċ-ċitazzjoni.

ETC u Jobsplus– Kapijiet eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-ETC jew Jobsplus mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Airmalta u KM Malta – Kapijiet eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-Airmalta jew KM Malta mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi rigward l-informazzjoni tal-Airmalta, l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward KM Malta Airlines Ltd., din twaqqfet fl-1 ta’ Novembru 2023 u għandha Chairman Ezekuttiv.

MFSA — Gradi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-gradi kollha li hemm fl-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) u x’inhuma l-pagi u l-perkaċċi assoċjati ma’ kull grad skont il-każ

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

FIAU — Gradi

Question

Jista’ l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-gradi kollha li hemm fil-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) u x’inhuma l-pagi u l-perkaċċi assoċjati ma’ kull grad skont il-każ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.