Ħaddiema taċ-Ċivil — skema biex jiġu assenjati ma' assoċjazzjonijiet/klabbs sportivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema sabiex ħaddiema taċ-ċivil ikunu assenjati mal-assoċjazzjonijiet jew klabbs sportivi għadhiex miftuħa, u jekk fl-affermattiv, x'għandha tagħmel assoċjazzjoni jew klabb biex jibbenefika minnha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Għawdex — Skola Sekondarja tar-Rabat - għalliema tal-Malti
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-Iskola Sekondarja tar-Rabat, Għawdex (Gozo College) hemm klassijiet li ma għandhomx għalliem tal-Malti u issa ilhom ġimgħat bla lezzjonijiet tal-Malti? Jista' jgħid x'qed isir biex dan in-nuqqas jiġi indirizzat u dawn l-istudenti jibda jkollhom lezzjonijiet tal-Malti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fil-bidu tas-sena skolastika kull klassi tal-Malti fl-iskola Sekondarja tar-Rabat, Għawdex (Gozo College) kellha għalliem tal-Malti. Minkejja li skont il-Ftehim Settorali li ġie ffirmat fil-21 ta’ Diċembru 2017, l-għalliema jistgħu jkollhom 24 lezzjoni u oħra magħhom, b’direttiva individwali mill-Union for Professional Educators fi ħdan il-UĦM, erba’ għalliema qegħdin jirrifjutaw li jżommu l-24 lezzjoni bir-riżultat li għandna 4 (erba’) klassijiet mingħajr lezzjonijiet tal-Malti.
Infurmat li għandha ssir laqgħa ta’ konċiljazzjoni dwar dan il-każ din il-ġimgħa.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Liġi għall-Kummerċjalizzazzjoni tal-Isport tapplikax għad-dixxiplini sportivi kollha, u li mhix limitata biss għal uħud mid-dixxiplini sportivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi hija miftuħa għall-assoċjazzjonijiet/federazzjonijiet nazzjonali, kif ukoll għal klabbs tal-futbol u tal-isport akwatiku. Dawn iridu jkunu kollha reġistrati skont l-Att dwar l-Isports ma’ SportMalta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-policy dwar healthy eating li tiġi osservata f’kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-bażi għat-twaqqif ta’ Policy biex jiġi regolat u jittejjeb l-istil ta’ ħajja fl-iskejjel beda bid-dokument Healthy Eating Lifestyle Plan (HELP). Dan id-dokument ġie rivedut wara li nħass il-bżonn ta’ Policy Nazzjonali li ġiet imnedija fl-2015 f’dokument li jġib l-isem ta’ A Whole School Approach to a Healthy Lifestyle: Healthy Eating & Physical Activity.
L-għan ewlieni ta’ din il-
policy
hu li kull skola tagħti prijorità lill-ikel nutrittiv u l-edukazzjoni fiżika billi tippromovi għarfien, ħiliet u kompetenzi li jwasslu biex il-komunità skolastika ssegwi stil ta’ ħajja sana. Għan prinċipali hu li kull skola ssegwi l-parametri stabbiliti fejn jidħol il-konsum ta’ ikel mgħobbi b’xaħmijiet, melħ u zokkor. Il-
policy
tinkludi wkoll kurrikulu li jipprovdi firxa ta’ esperjenzi ta’ tagħlim wiesa’, inklużi dawk prattiċi, fuq it-tema ta’ Saħħa, Ikel u Nutriment.
Din il-policy ġiet imsaħħa b’qafas legali aktar kmieni din is-sena permezz ta’
Avvi
ż
Legali numru: 266 tal-2018,
li jorbot kull skola li tħares il
-Policy
Nazzjonali. Il-
policy
tinkludi tagħrif dettaljat fuq it-tip ta’ ikel li jista’ jittiekel u dak li hu projbit.
Għajnuna lil ġenituri biex isegwu t-tagħlim tal-għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jelenka suġġerimenti lill-ġenituri sabiex ikunu jistgħu jgħinu lil uliedhom isegwu t-tagħlim li jsir mill-għalliema fl-iskola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-ġenituri jagħmlu sew li jsegwu t-tagħlim li jsir fl-iskejjel. Il-ġenituri għandhom ikunu komplimentari flimkien mal-iskola fit-tagħlim ta’ wliedhom u għandhom jattendu kull laqgħa li tiġi organizzata fl-iskola sabiex jiġi spjegat lilhom kif qiegħed isir it-tagħlim. Dan isir f’numru ta’ suġġetti bħal ma huwa l-PSCD u l-Matematika. Dan l-aħħar saru laqgħat fil-kulleġġi kollha dwar it-tibdil fl-assessjar u l-programmi ġodda tat-tagħlim. Fid-djar, il-ġenituri għandhom jiddiskutu ma’ wliedhom kif kien l-andament tal-ġurnata fl-iskola, u jistaqsu dwar it-tagħlim li jkun sar. Għandhom jgħinu lil uliedhom sabiex jestendu t-tagħlim li sar fil-klassi, 'l barra mill-klassi. Jekk josservaw xi ħaġa li mhix sejra sew fit-tagħlim, għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-għalliema, tal-Kap tal-Iskola jew tal-Prinċipal tal-Kulleġġ. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għandu numru ta’ websites li jgħinu lil ġenituri sabiex isegwu www.education.gov.mt; www.nextyear.edu.mt; www.curriculum.gov.mt; kif ukoll websites oħra li xi skejjel għandhom u li jżommu aġġornati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġenituri li ġew akkużati li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola fis-sena skolastika 2016 – 2017? Kemm minn dawn l-istudenti kien għadhom f’età bikrija? Kemm hawn ġenituri li mhux qed jibagħtu lil uliedhom l-iskola u mhux qed jikkolaboraw mal-iskola f’dan il-perjodu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li l-ġenituri tagħhom ittellgħu t-Tribunali rispettivi tagħhom minħabba assenteiżmu mill-iskola matul is-sena skolastika 2016-17 kien ta’ 1,759. Dawn il-ġenituri jkunu ġew irreferuti lis-sistema legali minħabba li ma jkunux taw raġuni valida lill-amministrazzjoni tal-iskejjel rispettivi meta t-tfal tagħhom fallew mill-iskola għal aktar minn 3 ijiem konsekuttivi. Mit-total t’hawn fuq, 619 kienu jattendu skejjel primarji.
Jista' l-Ministru jgħid, issa li bdiet is-sena skolastika, kemm hemm studenti jsegwu korsijiet fl-Iskola Medika ta' Barts f'Għawdex? Liema korsijiet qegħdin isegwu dawn l-istudenti u kemm hemm studenti f'kull kors? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma dawn l-istudenti u kemm minnhom qed isegwu l-kors bi scholarship?
Jista' l-Ministru jara kif lift ġewwa l-Liċeo Villambrosa l-Ħamrun li ilu żmien bil-ħsara, jiġi rranġat mill-aktar fis, minħabba li qed jaqdi wkoll persuna b'diżabilità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada evalwat il-problema teknika f'lift fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca (magħruf bħala 'Il-Liċeo'), fil-Ħamrun. Infurmat li hemm bżonn li tinbidel part minn dan il-lift. Il-Fondazzjoni qiegħda ġġib kwotazzjonijiet sabiex tinbidel din il-part. Hu mistenni li x-xogħol jitwettaq mill-aktar fis possibli.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-persuna li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Direttorat Strateġija u Sapport u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament ma kellu ebda impjieg jew servizzi ta' konsulenza u ma sarlu l-ebda pagament mis-sena 2013 sal-lum.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Malta University Holdings Company? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Contracts of Service u Letter of Appointment tal-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Malta University Holding Company li hi l-id kummerċjali tal-Università ta' Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta University Holding Company Limited huwa l-persuna li isimha qiegħed jingħata separatament lill-Onor. Interpellant.
Ix-xogħol tiegħu huwa regolat minn kuntratt ta' xogħol u l-informazzjoni dwar dan il-kuntratt tax-xogħol hija kummerċjalment sensittiva.
Studenti li għadhom mingħajr it-trasport tal-iskola b’xejn
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li minkejja li l-ġenituri tagħhom applikaw għat-trasport tal-iskola b'xejn, għadhom mingħajr servizz ta' trasport minn u/jew lejn l-iskola tagħhom, fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll mil-liema lokalità huma l-istudenti, l-età tagħhom u f'liema skejjel jattendu? Jista' jagħti data definittiva meta dawn l-istudenti se jingħataw trasport tal-iskola b'xejn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-inizjattiva tas-Servizz ta’ Trasport b’xejn għall-istudenti kollha, il-ġenituri/legal guardians tal-istudenti applikaw direttament mal-operaturi bħas-snin l-imgħoddija. Ġenituri li informaw lill-Ministeru li sal-lum (30/10/2018) għad ma nstabilhomx trasport, jammonta għal 810 student. Dan in-numru jiġi aġġornat kontinwament minħabba r-raġuni spjegata fl-istqarrija maħruġa PR 182235.
L-istudenti li jattendu skejjel tal-Knisja u Indipendenti u li għadhom fuq il-pending list huma minn lokalitajiet varji. Il-Ministeru jibqa’ impenjat sabiex dawn l-istudenti jsibu trasport.
Bormla — Kulleġġ Santa Margerita - Skola sekondarja Verdala - użu ta' trakka
Question
Jista' l-Ministru jara għalfejn fl-iskola sekondarja Verdala tal-Kulleġġ Santa Margerita f'Bormla fil-ħin ta' wara l-iskola fl-użu tat-trakka u l-grawd tal-futbol, filwaqt li jeżistu changing rooms, mhemmx aċċessibilità għal toilets?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn SportMalta li fl-iskola msemmija mill-Onor. Interpellant hemm provduti żewġ mobile toilets għal min juża l-faċilitajiet sportivi wara l-ħin tal-iskola.
Skejjel tal-Istat – health professionals speċjalizzati fis-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm health professionals speċjalizzati fis-saħħa mentali fl-Iskejjel tal-Istat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-professjonisti li huma ingaġġati mas-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel, li jipprovdu s-sapport u servizz dovut lill-istudenti, jaħdmu f’kollaborazzjoni sħiħa ma’ professjonisti oħra barra mill-MEDE li jaħdmu fil-kamp tas-saħħa mentali, dejjem skont in-natura tal-każ.
In-numru ta’ professjonisti huwa:
· Team ta’: 1 Managing Psychologist, 10 Psikologi, 15-il Psychology Assistant
· Team ta’: 5 Psikoterapisti (2 bir-
reduced
)
· Team ta’: 1 Education Officer, 15-il Principal Counsellor, 3 Senior Counsellors u 14-il Counselling Trainee
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – sponsorships u donazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-benefiċjarji minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, mill-bidu tas-sena 2014 sal-lum? Kemm ingħata lil kull benefikant u għal-liema skop? Kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li dwar Ministeru/Direttorati għad jonqos tinġabar xi informazzjoni mid-Dipartiment Strateġija u Sapport. Dan it-tagħrif ikun jista' jingħata bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tinġabar l-informazzjoni kollha.
Għotjiet taħt skemi uffiċjali mhumiex inklużi.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 2482 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 165 tal-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018)
Attachments:PQ 6969 - MEDE - sponsorships u donazzjonijiet.pdf02482.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tal-ewwel u tat-tieni sena fil-G.F. Abela Junior College, għas-sena skolastika 2018/2019?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' studenti tal-ewwel u tat-tieni sena fil-G.F. Abela Junior College fis-sena akkademika 2018/2019 huwa kif ġej:
Studenti tal-ewwel sena - 958.
Studenti tat-tieni sena - 785.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni żgħażagħ jirreġistraw għax-xogħol, xahar b'xahar, minn Jannar 2012 sa Settembru 2018?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ persuni żgħażagħ li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru xahar b’xahar minn Jannar 2012 sa Settembru 2018 hu kif muri fit-tabella hawn taħt:
2012
2013
2014
2015
2016
2017
2018
Jannar
1,282
1,230
1,289
889
487
337
228
Frar
1,278
1,252
1,270
800
454
351
210
Marzu
1,269
1,248
1,221
721
388
341
211
April
1,191
1,198
1,083
663
353
322
176
Mejju
1,178
1,153
1,032
660
317
310
164
Ġunju
1,125
1,119
930
602
308
289
166
Lulju
1,148
1,175
1,013
604
339
285
191
Awwissu
1,189
1,245
965
572
326
291
188
Settembru
1,230
1,295
936
579
318
294
210
Ottubru
1,346
1,261
891
566
372
258
Novembru
1,324
1,383
902
491
360
226
Diċembru
1,147
1,174
809
431
340
219
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 4376 - Entitajiet fi ħdan il-MEDE - Nefqa f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol.pdf
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Iskola Primarja Ġdida tar-Rabat Għawdex li issa ilha mwiegħda ħames snin tilqa' fiha l-ewwel studenti? Jista' jgħid fejn se tinbena din l-iskola? Jista' jgħid jekk ix-xogħol ta' kostruzzjoni bediex u meta se jispiċċa? Jista' jgħid kemm se tkun tista' tilqa' studenti din l-iskola? Kemm hija mistennija li tkun l-ispiża tagħha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq l-iskola primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex, hu mistenni li jibda kif jingħataw il-permessi mill-Awtorità għall-Ippjanar. L-iskola se tiftaħ meta l-proġett ta' kostruzzjoni jitlesta, bid-data finali tkun stabbilita meta l-permessi tal-iżvilupp jinħarġu. L-iskola se tinbena biswit il-middle school eżistenti, u s-site map diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentaru 5013. L-iskola se takkomoda madwar 400 tifel u tifla. L-istima tax-xogħol għad trid tkun ikkalkulata.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-University Residence imwiegħda mill-Gvern fil-Baġit għas-sena 2017 se tkun lesta u tilqa' fiha l-ewwel student? Jista' jgħid jekk l-istudenti Għawdxin hux se jkunu preferuti biex jingħataw akkomodazzjoni f'din ir-residenza? Jista' jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' kostruzzjoni fuq dan il-proġett u kemm huwa mistenni li jiswa? Kif se jiġi ffinanzjat dan il-proġett?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li f'Ottubru tas-sena 2015, l-Università ta' Malta ħarġet sejħa għal proposti fuq bażi ta' Public-Private Partnership, għall-bini u l-immaniġġar ta' University Community Complex, liema proġett jinkludi University Residence. Wara evalwazzjoni mill-Kunsill tal-Università, f'Awwissu 2016 kien iffirmat il-ftehim mal-entità privata li ser tibni u timmaniġġa dan il-kumpless. L-applikazzjoni għall-permess tal-bini tal-University Residence kienet sottomessa f'Ottubru 2016. Din l-applikazzjoni għadha pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjannar. Huwa previst li r-Residenza tilqa' l-ewwel residenti fi żmien tliet snin minn meta jinħareġ il-permess tal-bini. Il-University Residence il-ġdida ser tkun qed tipprovdi madwar 800 akkomodazzjoni (ferm aktar minn dak provdut illum mir-residenza f'Ħal Lija). Din iż-żieda hija intiża sabiex tilqa' għaż-żieda fin-numru ta' studenti barranin kif ukoll sabiex taqdi l-esiġenzi tal-istudenti Għawdxin. L-ispiża kapitali tal-proġett ser tkun iffinanzjata mill-privat, waqt li l-Università ser tipprovdi l-art.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-community car park tal-Università mwiegħed mill-Gvern fil-Baġit għas-sena 2017 se jkun lest u jilqa' fih l-ewwel karozzi? Jista' jgħid kemm se jkun jesa' karozzi dan il-car park? Jista' jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' kostruzzjoni fuq dan il-proġett u kemm huwa mistenni li jiswa? Kif se jiġi ffinanzjat dan il-proġett?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Community Car Park jifforma parti mill-University Community Complex. Għaldaqstant, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 6960.