Legislature:
Category:
Reset
Active:

AIMS — Sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28969 u jgħid kemm kien hemm applikanti li tefgħu n-nomina tagħhom għall-kariga ta’ CEO fl-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport f’Malta (AIMS) wara li ħarġet sejħa interna? Jista’ jgħid ukoll il-ġeneru u l-età tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix iżjed xi nżid ma dak li diġa weġibt għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti.

Il-Gudja — AIMS - Kuntratt tal-kiri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28509, 28778 u 28971 u jgħid jekk il-kuntratt tal-kiri tal-uffiċini tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) fil-Gudja wasalx fi tmiemu u għaliex ma kienx hemm tiġdid tal-kuntratt? Jista’ jgħid ukoll jekk inħariġx tender ġdid għall-kiri ta’ uffiċini, meta għalaq dan it-tender, kemm kien hemm offerti, u meta hu ppjanat li jiġi aġġudikat il-kuntratt?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-kuntratt tal-kiri tal-uffiċini tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) ser jiġi estiż għal-ftit xhur oħra sabiex l-Awtorità tibda it-tranżizzjoni għall-uffiċini l-ġodda li ġew magħżula wara sejħa pubblika.

LSEs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22368, 25598 u 28026 u jgħid kemm hawn studenti li qed jiġu pprovduti bis-support ta' LSE? Kemm hemm minnhom fl-iskejjel primarji, sekondarji u kemm fil-livell post sekondarju? Jista’ jgħid ukoll kemm qed jirċievu one to one u kemm shared?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26182.

Il-Mosta – Skola Sekondarja taż-Żokrija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22389, 25600 u 28027 u jgħid jekk hux ser issir estensjoni fl-Iskola taż-Żokrija l-Mosta? Jista’ jgħid kemm ser jiżdiedu klassijiet u kif ser ssir l-estensjoni pereżempju jekk hux ser jinbena sular ieħor? Jekk ser ssir estensjoni, din ser issir matul is-sena skolastika għad-detriment kemm għal saħħet l-istudenti kif ukoll l-edukaturi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

EquestriMalta — Membri tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24754, 25602 u 28029 u jgħid min huma l-membri fuq il-bord ta’ EquestriMalta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament il-bord imsemmi hu kompost minn; Rwol Isem u Kunjom Chairperson Dr. Dean Hili Deputy Chair Dr. Amy Chircop Member Ms. Kirsten Borġ Member Mr. Adrian Fabri Member Ms. Paula Calamatta Member Dr. Philip Scerri Member Mr. Johann Scicluna Secretary Ms. Marisa Marmara Infurmat li s-Segretarja tal-Bord talbet sabiex l-entitajiet l-oħra li jiffurmaw parti mill-bord jinnominaw il-membri tagħhom hekk kif titlob il-liġi tal-EquestriMalta, sabiex jiżdiedu mal-kumplament tal-Bord.

Żgħażagħ li qed jitilqu minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27806 u 28250 u jgħid kif il-gvern qed jindirizza ż-żgħażagħ b’talent li qed jitilqu minn Malta għal opportunitajiet aħjar f’pajjiż ieħor? Jista’ jgħid ukoll hux qed isir xi studju dwar din il-problema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żgħażagħ u l-istudenti tagħna huma mħeġġa jieħdu opportunitajiet ta’ tagħlim u esperjenza barra minn Malta biex iwessgħu l-orizzonti tagħhom ffinanzjati mill-fondi Ewropej fosthom il-programm ERASMUS+. B’hekk student/a tista’ ittejjeb il-ħiliet akkademiċi u vokazzjonali tiegħu/tagħha, imma wkoll il-ħiliet transversali bħal kommunikazzjoni, l-ħsieb kritiku u analitiku, l-kreattività, li huma l-ħiliet tal-futur. Ma’ dawn hemm ukoll opportunitajiet li żgħażagħ Maltin ikomplu l-istudji fuq livelli post-terzjarji f’livelli ta’ Master u Dottorat f’pajjiżi oħra fi programmi akkademiċi speċjalizzati. Infurmat li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet ser ikun qed jagħmel riċerka aktar profonda dwar l-emigrazzjoni ta’ talent Malti. L-iskop huwa li nidentifikaw kemm hi sinifikanti din it-tip ta’ emigrazzjoni, u jekk hiex marbuta ma’ xi settur speċifiku. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet jaħdem fuq mudell ta’ evidence-informed policy-making u għalhekk wieħed ma’ jistax jagħmel spekulazzjonijiet qabel ma jkollna f’idejna riċerka simili. Skont data maħruġa mill-KE, Malta għandha l-akbar tkabbir ekonomiku fl-UE kollha u dan iwassal għal aktar opportunitajiet għall-istudenti tagħna.

Żgħażagħ li telqu mill-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27816 u 28302 u jgħid kemm telqu żgħażagħ minn pajjiżna f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28781.

Iż-Żejtun — Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew l-Iskola Primarja taż-Żejtun fl-aħħar sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex ippjanat li jsiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni ordinarju u straordinarju matul is-sajf?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li manutenzjoni ssir skont il-ħtieġa. Filwaqt li n-numru ta’ studenti fl-iskejjel primarji taż-Żejtun għal din is-sena skolastika kien ta’ 741 student.

Iż-Żejtun — Skola Carlo Diacono

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew l-Iskola Carlo Diacono fiż-Żejtun fl-aħħar sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex ippjanat li jsiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni ordinarju u straordinarju matul is-sajf?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li manutenzjoni ssir skont il-ħtieġa. Filwaqt li n-numru ta’ studenti fl-iskola msemijja għal din is-sena skolastika kien ta’ 985 student.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Credit/Debit cards

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23606 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta’ nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x’kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar u xi nxtara, item item, b’din il-credit/debit card?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 11-il entità taħt id-dekasteru tal- Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni li nħarġitilhom debit/credit card. Il-ħruġ ta’ card issir biss wara li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi u l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħi, skont il-proċedura stabbilita. Inżid ngħid illi kull nefqa ssir skont u fil-parametri stabbilit ta’ kif għandhom jintużaw il-fondi pubbliċi.

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28020 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27412 dwar kemm hemm skejjel li saret manutenzjoni fuqhom, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet din il-manutenzjoni u f’liema skejjel saret f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew l-Iskola Primarja ta’ Bormla fl-aħħar sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex ippjanat li jsiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni ordinarju u straordinarju matul is-sajf?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni ssir skont il-ħtieġa. Filwaqt li n-numru ta’ studenti fl-iskola msemmija għal din is-sena skolastika kien ta’ 154 student.

Il-Gudja — Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew l-Iskola Primarja tal-Gudja fl-aħħar sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex ippjanat li jsiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni ordinarju u straordinarju matul is-sajf?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni ssir skont il-ħtieġa. Filwaqt li n-numru ta’ studenti fl-iskola msemmija għal din is-sena skolastika kien ta’ 142 student.

Wied il-Għajn — Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew l-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn fl-aħħar sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex ippjanat li jsiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni ordinarju u straordinarju matul is-sajf?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni ssir skont il-ħtieġa. Filwaqt li n-numru ta’ studenti fl-iskejjel primarji ta’ Marsaskala għal din is-sena skolastika kien ta’ 1,053 student.

Marsaxlokk — Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew l-Iskola Primarja ta’ Marsaxlokk fl-aħħar sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex ippjanat li jsiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni ordinarju u straordinarju matul is-sajf?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni ssir skont il-ħtieġa. Filwaqt li n-numru ta’ studenti fl-iskola msemija għal din is-sena skolastika kien ta’ 202 student.

Programm Edukattiv GEM16+ — Studenti vulnerabbli

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28468 u jgħid jekk l-istudenti li jattendu l-Programm GEM16+ li huma meqjusa bħala vulnerabbli, hux ser jingħataw għajnuna speċjali? Jista’ jassigura li dawn l-istudenti se jibqgħu jirċievu l-istess sapport u sostenn meħtieġ fil-Higher Secondary?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal kull student ieħor, dawn l-istudenti ser jingħataw l-għajnuna neċessarja.

Programm Edukattiv GEM16+

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28469 u jgħid x’użu ser ikollha l-binja fiċ-Ċentru Edukattiv fil-Gżira li bħalissa qed tintuża għall-Programm GEM16+, fid-dawl tal-fatt li d-deċiżjoni biex il-programm jitlaq minn din il-binja ittieħdet b’mod mgħaġġel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet interni.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Żgħażagħ b’correctional order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal xiex iddaħħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin iż-żgħażagħ (tlieta li kellhom sittax-il sena u wieħed li kellu erbatax-il sena) li kellhom correctional order f’dawn l-aħħar għaxar snin? Jista’ jgħid ukoll f’liema diviżjoni kienu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.