Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Servizz tal-Internet
Question
Tista' l-Ministru tinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-Internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:
Isem
Rata ta’ kull xahar - euro
Internet Service Provider
1
Dr Chrisopher Bezzina (Permanent Secretary)
30.00
GO plc
2
Mr Angelito Sciberras (Head of Secretariat. Parliamentary Secretary)
30.26
Melita plc
3
Mr Leonard Sacco (Director Corporate Services)
20.73
Melita plc
4
Mr Robert Tabone (Acting Dir. Policy Development & Programme Implementation)
13.85
Melita plc
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm strateġija speċifika biex tippromwovi l-eLearning bħala parti minn National IT Strategy? Jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li jsir dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4918.
L-istrateġija għall-eLearning qiegħda f’postha u qed tiġi mplimentata skond id-dati speċifikati.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il kors fl-eLearning għall-adulti ġie organizzat mill-entitajiet tal-Edukazzjoni li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin u entità b'entità? Kemm kienet l-attendenza għal kull kors? Kemm minn dawn li attendew kull kors kienu nisa u kemm irġiel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid xi progress sar mill-Università ta' Malta f'dak li għandu x'jaqsam ma' open u distance learning? Kemm hemm studenti li qed jipparteċipaw f'dan il-proġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università ta' Malta għandha kumitat li qed jiggwida l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġett tal-open u distance learning. Il-membri ta' dan il-kumitat jirrappreżentaw staff akkademiku, amministrattiv u tekniku. Wara xi żmien li l-Università adottat e-learning platform fuq bażi esperimentali, is-sena li għaddiet, wara li sar studju tal-alternattivi li jeżistu u wara li evalwa l-esperjenza tal-użu esperimentali tal-e-learning platform il-kumitat irrakkomanda l-użu ta' e-learning platform PARTIKOLARI għal korsijiet tal-Università. Is-Senat approva formalment l-użu u s-support ta' din l-e-learning platform. Din il-platform diġà qiegħda tintuża f'bosta study-units fil-livell undergraduate u postgraduate. Numru ta' staff akkademiku diġà segwa korsijiet ta' taħriġ biex jitgħallem juża din il-platform mal-istudenti tagħhom. Madwar 5,400 student għamel jew qiegħed jagħmel użu minn din l-e-learning platform.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3857, tista' l-Ministru tgħid ma' liema kulleġġ huwa/hija abbinat/a kull peripatetic Health and Safety teacher fit-tim li jifforma l-Health and Safety Unit minħabba li jidher li hemm ċerta inkonsistenza bejn in-numru ta' peripatetic teachers fil-Health and Safety li qalet li hemm li qegħdin iservu l-kulleġġi, u n-numru ta' peripatetic teachers li tat bħala risposta għal mistoqsija parlamentari 3839? X'qed jagħmlu l-peripatetic teachers żejda fil-Health and Safety Unit li jidher li hemm? Min awtorizza lil dawn il-peripatetic teachers biex minflok ma jmorru fl-iskejjel u jagħtu l-lezzjonijiet bħal sħabhom jibqgħu l-uffiċċju? Hemm xi raġuni għal din l-anomalija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Peripatetic Health and Safety Teachers fit-tim li jifforma l-Health and Safety Unit huma abbinati mal-Kulleġġi kif jidher hawn taħt:
Kulleġġi
Peripatetic Health & Safety Teachers
Santa Margerita, San Benedittu Tnejn
u San Tumas More
San Ġorġ Preca, Sant’Injazju Tnejn
u Santa Klara
Marija Reġina, San Nikola Tnejn
u Santa Tereża
Kulleġġ t’Għawdex Tnejn
Skejjel Speċjali u Ċentri li jinkludu: Tnejn
Skola San Miguel, Pembroke
Skola Guardian Angel, Hamrun
Skola Mater Dei, Msida
Skola Dun Manwel Attard, Wardija
Skola Helen Keller, Qrendi
St. Patrick Craft Centre, Pembroke
Drama Centre, Blata l-Bajda
School of Music, Valletta
Unit Għożża, Floriana
Youth Hostel, Marsaxlokk
Home Economics Seminar Centre, B’Kara
Special Inclusive Network Centre, Hamrun
Iż-żewġ
Peripatetic Health and Safety Teachers
l-oħra, wieħed minħabba li hu l-iktar wieħed li għandu esperjenza, u l-ieħor, minħabba li hu l-iktar kwalifikat fil-
Health and Safety
, ingħataw kompiti oħra, fosthom li jikkonċentraw fuq l-i
School Leavers
li jkunu deħlin fid-dinja tax-xogħol u jippreparawhom f’dak li hu ‘
Basic First Aid
’, ‘
Fire Management
’, u ‘
Occupational Health and Safety Legislation
’. Barra dan, jagħmlu xogħol ieħor ta’ riċerka u organiżżazzjoni.
Il-mod li bih imqassmin il-membri tal-
Unit
jippermetti li l-istudenti jirċievu l-massimu ta’ tagħlim fuq il-prinċipji tal-
Health and Safety
.
Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattivi fl-eLearning ipparteċipat jew qed tipparteċipa fihom l-Università ta' Malta mill-2004 sal-lum, sena b'sena? X'kienu l-outcomes bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tal-Università f'dawn l-inizjattivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università ta' Malta, bħala istituzzjoni, ħadet sehem f'dawn il-proġetti:
- AVICENNA: Dan kien proġett tal-EUMED li kien jinvolvi l-produzzjoni ta' numru ta' korsijiet mgħotija bil-metodu ta' e-Learning. Dan il-proġett, li l-Università ipparteċipat fih mill-2003 sal-2006, serva bħala xprun biex staff akkademiku jibda jkollu esperjenza ta' kif tipproduċi dawn it-tip ta' korsijiet u biex l-Università tistudja x'riżorsi u strutturi hemm bżonn biex dawn it-tip ta' korsijiet jibdew isiru parti aktar integrali mill-firxa ta' korsijiet li toffri. Apparti mill-korsijiet li nħolqu permezz ta' dan il-proġett, għall-ħafna membri tal-Università din kienet l-ewwel opportunità li jaħdmu b'Virtual Learning Environment (VLE) u dawn il-membri issa qed jgħinu l-Università timplimenta u tiżviluppa il-VLE li adottat.
- DTMp: Dan kien proġett Comenius ikkoordinat mill-Università ta' Malta (2004-2007) li nvolva il-produzzjoni ta' korsijiet e-Learning li segwew kemm studenti Maltin u oħrajn minn istituzzjonijiet msieħba fil-proġett, kemm fl-livell ‘Undergraduate’ u ‘Postgraduate’.
- EMEC: Dan kien proġett Erasmus li minnu ħareg “Joint Masters Degree in Early Childhood Education and Care.” L-istudenti segwew dan il-kors online u huma minn universitajiet differenti. Dan il-proġett beda fl-2005 u spiċċa fl-2008.
- Mediterranean Virtual University: Dan hu proġett tal-EUMED li permezz tiegħu qed jiġu żviluppati korsijiet online bi sħab ma' l-Università ta' Strathclyde.
Barra minn dawn il proġetti li l-Università ħadet jew qiegħda tieħu sehem fihom fuq livell istituzzjonali wieħed ma jistax jinsa li hemm bosta akkademiċi li ħadu jew qed jieħdu sehem f'inizjattivi ta' dan it-tip fi sħab ma' universitajiet barranin. Per eżempju, xi membri tal-Università għamlu jew qed jagħmlu Masters jew dottorat li tispeċjaliżża fit-tagħlim online, u għal dan ix-xogħol ikunu qed jipparteċipaw fi proġetti ta' dan it-tip. Ukoll, bil-faċilitajiet li għandna illum, ġieli jsiru attivitajiet bis-sistema ta' video-conferencing u ġieli anki xi membri akkademiċi jieħdu parti f'korsijiet jew konferenzi minn fuq il-komputer tagħhom mill-uffiċċju tagħhom stess. Ċifri eżatti ta' dawn l-attivitajiet mhux faċli li wieħed ikollu.
Anke il-Joint Master’s MSc (Strategic Innovation & Future Creation) hija mgħallma, fil-parti l-kbira, tramite distance learning.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3833 fejn intqal li "ma jirriżultax li seta' kien hemm xi irregolarità f'dan il-kors", tista' l-Ministru tgħid għaliex xi parteċipanti li kienu għamlu l-kors tal-Basic First Aid mar-Red Cross fl-2007 ingħataw ċertifikat filwaqt li r-records tagħhom ma jeżistux għand ir-Red Cross?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din il-Mistoqsija Parlamentari ma tistax tiġi mwieġba mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għax dan ma jistax iwieġeb għall-Malta Red Cross Society.
Persuni ta' 16-il sena — school leaving certificate
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna għalqet is-16-il sena matul is-sena 2008 u baqgħet ma ngħatatx school leaving certificate? Naqas dan in-numru meta mqabbel mas-snin skolastiċi mgħoddija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Public Broadcasting Services — servizz mill-ġdid tat-Teletext
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilu wieqaf is-servizz tat-Teletext li kien jiġi offrut mill-Public Broadcasting Services u x'kienet ir-raġuni li għaliha dan is-servizz kien twaqqaf? Hemm ħsieb li l-Public Broadcasting Services terġa' tibda tagħti s-servizz tat-teletext l-aktar b'informazzjoni ta' interess ġenerali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-servizz tat-teletext waqaf fis-sena 2006 meta ġie terminat il-kuntratt mal-kumpanija li kienet topera dan is-servizz.
Il-Kumpanija qiegħda taħseb biex terġa toffri dan is-servizz u bdiet il-proċess billi għadha kemm ippublikat
tender
għal dan il-għan.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern huwiex sodisfatt bl-akustika fqira ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi? Hemm xi rimedju biex din tilħaq l-istandards internazzjonali Ewropej u ma tibqax suġġetta għall-kritika pubblika - kif digà kienet – ta’ esperti internazzjonali bħat-tenur Joseph Calleja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’postijiet ta’ kultura hemm dejjem x’wiehed itejjeb. Biss ma jirriżultax li l-Bord ta’ tmexxija ta’ Dar il-Mediterran kellu lmenti dwar l-akustika, anzi l-oppost. F’dawn l-aħħar snin kienu diversi l-mużiċisti li telgħu fuq il-palk tal-Mediterranean Conference Centre, bħal Claudio Baglioni, Gianni Morandi, Riccardo Cocciante. Amedeo Minghi u diversi orkestri lokali u internazzjonali li wkoll faħħru s-sala msemmija.
Minkejja dan, il-bord ta’ tmexxija għaddej fi proċess kontinwu sabiex itejjeb fejn possibli lis-Sala Republika u ambjenti oħra tal-istess bini storiku u rappreżentattiv ta’ pajjiżna.
Tista' l-Ministru tgħid liema skejjel tal-Istat qed jintużaw bħala Community Learning Centres? X'attivitajiet qed isiru f'kull skola fejn qed iservu bħala Community Learning Centres? Kull meta jsiru dawn l-attivitajiet f'kull skola waħda, waħda? Kemm qed jipparteċipaw individwi għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid meta tinħareġ sejħa għal periti mad-Direttorati tal-Edukazzjoni issa li dawn il-pożizzjonijet huma battala? X'ser tkun il-job description ta' dawn il-pożizzjonijiet meta toħroġ din is-sejħa? X'ser tkun il-funzjoni tagħhom vis-à-vis l-Foundation for Tomorrow's School?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mhux se toħroġ l-ebda sejħa għall-applikazzjoni għall-periti mad-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni.
Lezzjonijiet tal-Health and Safety fl-iskejjel tal-istat
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm klassijiet tal-Year 4, 5, 6 u 7 f'kull skola ta' l-Istat skola, skola? Kemm hemm studenti f'kull klassi minn dawn f'kull skola? Fid-darbtejn f'sena li jkollhom vista jew lezzjoni tal-Health and Safety, liema topics minn dawk li semmiet fir-risposta parlamentari 3857 għamlet kull klassi f'kull skola matul dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena, klassi klassi u skola skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-topics fil-Health and Safety ingħataw kull wieħed f’lezzjoni ta’ 90 minuta kull klassi.
Tista' l-Ministru tgħid liema oġġettivi mit-13 elenkati fin-National IT Strategy 2004-2006 li kienu intenzjonati biex jippromwovu l-eLearning intlaħqu sal-2008? Saret xi riċerka biex tistabbilixxi l-livell ta' penetrazzjoni fost il-popolazzjoni ta' dawn l-oġġettivi? Jekk din ir-riċerka saret, x'kienu ir-riżultati? Liema oġġettivi ma ntlaħqux, wieħed b'wieħed u għaliex ma ntlaħqux? Min kien inkarigat mill-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dawn it-tlettax ‘l oġġettiv fin-National IT Strategy mhux ristretti għas-settur edukattiv iżda huma għanijiet nazzjonali u l-mistoqsija għandha tiġi indirizzata wkoll lill-Ministeru ta’ l-Investiment u t-Teknoloġija.
Dwar it-tieni oġġettiv li jiffoka fuq l-edukazzjoni,”
Promote and extend holistic ICT education and accessibility to technology
”, l-għalliema kollha qed jiġu mħarrġa b’mod sistematiku skond pjan imfassal fuq sena u li għandu jibqa’ sejjer għal tul ta’ żmien sa kemm jibqgħu jiġu żviluppati u użati teknoloġiji ġodda fil-klassi. Filwaqt li fil-primarji qed ikun hemm grupp żgħir ta’ għalliema li qed jgħinu lill-għalliema tal-klassi jużaw it-teknoloġija. Fis-sekondarja l-għalliema qed ikollhom sagħtejn dedikati għal eLearning fil-Professional Development Sessions. Ma’ dawn hemm numru ta’ korsijiet li l-għalliema jistgħu japplikaw għalihom b’mod volontarju biex ikomplu jwessgħu l-ħiliet teknoloġiċi.
Huwa rilevanti li:
· Fuq firxa ta’ tliet snin saru kważi 7,000 programm ta’ ECDL.
· Saru diversi taħdidiet kemm ma’ studenti kif ukoll ma’ għalliema u ġenituri dwar kif wieħed jieħu l-aħjar mill-Internet filwaqt li jevita l-perikli. Ma’ dawn it-taħdidiet tqassmu diversi kotba u fuljetti ta’ tagħrif.
· L-istudenti ġew offruti software issussidjat.
· Inbidlu l-komjuters kollha fl-iskejjel.
· L-għalliema kollha għandhom laptop.
Riċerka:
Qabel ma inkitbet l-istrateġija
SmartLearning 2008-2010
saret riċerka minn Gavin Dykes u Monish Khoot bħala konsulenti edukattivi bl-għajnuna ta’ Microsoft. Dawn għamlu riċerka estensiva u s-sejbiet tagħhom huma miktubin fil qosor f’paġna 8 ta’
SmartLearning 2008-2010.
Health and Safety Lessons — żjarat mill-peripatetic teachers
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3857, tista' l-Ministru tirrispondi l-ewwel parti tal-mistoqsija u tgħid kemm ingħataw lezzjonijiet fil-Health and Safety matul dawn l-aħħar tliet snin, skola skola u klassi klassi? Tista' tgħid x'inhi r-raġuni jew raġunijiet li l-peripatetic teachers fis-suġġett ma jmorrux aktar ta' spiss fl-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li nghatat għall-Mistoqsija Parlamentari 5436.
Kif intqal fl-aħħar parti tal-Mistoqsija Parlamentari 3857, minbarra dawn il-lezzjonijiet, il-
Health and Safety PeripateticTeachers
jiċċekjaw il-
Fire Extinguishers
, il-kaxxi ta’ l-Ewwel Għajnuna, jagħmlu proċeduri ta’ emerġenza, l-pjan ta’ evakwazzjoni u
risk analysis
ta’ l-iskejjel primarji statali kollha u għalhekk ma jibqgħalhomx ħin imorru aktar ta’ spiss fl-iskejjel.
Tista' l-Ministru tgħid xi programmi ta' taħriġ speċjalizzat fl-ICT għal nies tat-terza età - nisa, familji fil-bżonn, persuni b'diżabilità kif ukoll persuni li qegħdin isegwu programmi korrezzjonali jew ta' riabilitazzjoni - ġew organizzati mill-2004 sal-lum fil-ġlieda kontra id-digital divided fil-livelli kollha tas-soċjetà Maltija biex jiġi abbraċċjat aktar malajr il-konċett tal-eLearning?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tagħha u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'għandha xi tgħid fid-dawl tal-fatt li sar magħruf illi parti sostanzjali mill-karta tal-'A' Level tal-Ingliż (MATSEC) ta' din is-sena kienet preċiżament identika għall-karta li kienet ħarġet ftit tas-snin qabel, jiġifieri fl-2007? Taħseb li dan jagħti lok għal abbuż serju? Kif se tirrimedja għal dan kollu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata f’Seduta oħra meta l-informazzjoni kollha tkun miġbura.
Tenut kont li l-iskola primarja ta' Wied il-Għajn preżentament tifforma parti mill-Kulleġġ St Thomas More u l-iskola u l-Kulleġġ sejrin tajjeb u l-ġenituri tat-tfal huma kuntenti b'dan il-Kulleġġ; Tenut kont ukoll li kien hawn diċerija konsistenti u serja li l-iskola primarja se tiġi tifforma parti mill-Kulleġġ Santa Margerita u l-ġenituri tat-tfal tal-iskola primarja ta' Wied il-Għajn huma assolutament kontra din iċ-ċaqlieqa; Tenut kont ukoll li qatt ma kien hemm tfal minn Wied il-Għajn li attendew fil-Kulleġġ Santa Margerita għajr l-area secondary tal-bniet u allura r-rabta kienet dejjem bejn l-iskola primarja ta' Wied il-Għajn u l-Kulleġġ St Thomas More, tista' l-Ministru sserraħ ras il-ġenituri ta' dawn it-tfal u tikkonferma li din l-iskola se tibqa' tifforma parti mill-Kulleġġ St Thomas More u mhux se tiġi tifforma parti mill-Kulleġġ Santa Margerita?
Response (CRISTINA, DOLORES)
M’hemm l-ebda deċiżjoni li l-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn tkun trasferita mill-Kulleġġ San Tumas More għal Kulleġġ Sta. Margerita.
Nixtieq pero’ niċċara li s-subien kollha mill-iskola primarja meta jimxu għas-sekondarja jmorru fl-iskola tal-Verdala li hija fil-Kulleġġ Sta. Margerita u l-bniet li jmorru f’
Area
Secondary
, jattendu fl-iskola tal-bniet, Bormla, li wkoll tifforma parti mill-Kulleġġ Sta. Margerita. B’hekk s’issa huma l-bniet tal-
Girls Junior Lyceum
biss, li jibqgħu fil-Kulleġġ San Tumas More fl-eta’ ta’ l-iskola sekondarja, il-bqija tat-tfal ta’ Wied il-Għajn jattendu skejjel sekondarji fi ħdan il-Kulleġġ Sta. Margerita.
studenti barranin li jiġu Malta biex jistudjaw l-Ingliż
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’studenti barranin li ġew Malta biex jistudjaw l-Ingliż fl-2008? Kien hemm xi taħdidiet bejn l-awtoritajiet edukattivi u l-Federation of English Language Teaching Organisations Malta dwar in-nuqqas fl-istudenti barranin li huwa previst għal din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istatistika dwar in-numru ta' studenti barranin li gew Malta biex jistudjaw 1-Ingliz fl-2008 ingabret minghand l-iskejjel konċernati mill-English as a Foreign Language (EFL) Monitoring Board. Din 1-informazzjoni giet mghoddija lill-Awtorita' Maltija għall-Istatistika (MSA) fejn qed tiġi proċessata. L-MSA għandha tippublika din 1-istess informazzjoni nhar il-15 ta' Ġunju 2009.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija ma jirriżultax li kien hemm xi taħdidiet bejn 1awtoritajiet edukattivi u
1-Federation of English Language Teaching Organisations Malta
dwar 1-imsemmi nuqqas li qed jirreferi għalih 1-Onor. Interpellant.