Housing Authority – sussidju fuq il-Kera – foster parents
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-ħlasijiet supplimentari li jitħallsu foster parents, jiġux meqjusa bħala dħul meta jsir il-means testing biex tiġi kkalkulata l-kategorija ta' sussidju ta' kera mill-Housing Authority? Jekk iva, ma jaħsibx li huwa inġust li ħlas li qed jingħata biex jintefaq fuq it-tfal, qed jiġi meqjus bħala dħul għal dawn il-foster parents, li wara kollox qegħdin jipprovdu servizz lill-Istat?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar tikkonferma li l-ħlas supplimentari li jingħata lill-foster parents jiġi magħdud mad-dħul meta jiġi kkalkulat il-benefiċċju tal-kera li għalih ikunu intitolati l-applikanti. Il-benefiċċju jinħadem skont in-numru ta’ membri tal-familja; għalhekk dawn il-familji jkunu intitolati għal benefiċċju ogħla peress li tfal fostered huma inklużi bħala membri. Barra minn hekk, familji bi tfal fostered jingħataw ukoll għotja supplimentari ta’ €300 fis-sena.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 331 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (GALDES, RODERICK)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li diġà ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 331.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — infiq f’reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu indikat tħallsu €2,258 lil Media.link b’rabta ma’ reklamar.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-Awtorità tad-Djar qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tal-HME u tal-SPM, l-informazzjoni mitluba hija skont kif ġej:
HME:
Chairman – B.Ed (Hons)
CEO – A Level Qualification
SPM:
Chairman - Adv. Dip in Children’s, care learning and Development (inc. Child PSYCH); Dip. in Leadership and Management for Health and Social Care and Children and Young people’s Services; and Currently in last year of Masters in Business Administration (MBA) with the university of Cumbria.
CEO - B.Sc(Hons) Comm Tk, PG DIP GER, MSC HSM.
Sussidju fuq il-Kera ta’ residenti privati — applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid sal-lum kemm daħlu applikazzjonijiet għal sussidju fuq il-kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995 u li huma milquta minn żieda fil-kera stipulata minn sentenza tal-Qorti? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew ipproċessati diġà u kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet għadhom pendenti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li s’issa daħlu 370 applikazzjoni għal sussidju fuq il-kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995 li huma milquta minn żieda fil-kera stipulata minn sentenza tal-Qorti.
343 applikazzjoni ġiet ipproċessata diġà. Minn dawn 314 kienu validi u approvati waqt li 29 oħra instabu invalidi. Bħalissa l-Awtorità tad-Djar għandha 27 applikazzjoni pendenti li jinsabu fi stat inizjali jew pendenti minħabba xi dokumenti nieqsa li ma ġewx sottomessi mal-applikazzjoni.
Awtorità tad-Djar – Skema ta’ Sussidju fuq il-Kera
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' sussidju li ngħata mill-1 ta' Ġunju 2021 sa issa mill-Awtorità tad-Djar fl-iskema ta' Sussidju fuq il-Kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995, u li huma milquta minn żieda fil-kera stipulata minn sentenza tal-Qorti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-ispiża totali tan-nefqa fuq sussidju fuq il-kera f’residenzi privati mikrija qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 u li huma milquta minn żieda fil-kera stipulata minn sentenza tal-Qorti kienet ta’ €805,589.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-applikazzjonijiet għal sussidju fuq il-kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995 li ġew ippreżentati sa issa, ġejjin minn persuni li għandhom aktar minn 65 sena u kemm minnhom ġejjin minn persuni li għandhom anqas minn 65 sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-370 applikant li applikaw għal sussidju fuq il-kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995 kellhom età kif jidher hawn taħt:-
Aktar minn 65 sena
286
Anqas minn 65 sena
84
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm applikazzjonijiet għal sussidju fuq il-kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995 li minkejja li kellhom żieda fil-kera minn sentenza tal-Qorti u minkejja li l-kerrejja jissodisfaw il-kriterji tad-dħul u tal-kapital tat-test tal-mezzi skont ir-Regolamenti dwar it-Tkomplija tal-Kirja (Kriterji ta' test tal-mezzi) u l-Artikolu 4A tal-Ordinanza li Tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini, Kap. 69, ma ġewx approvati? Jekk iva, jista' jgħid kemm kienu dawn l-applikazzjonijiet u jgħid ukoll għaliex dawn l-applikazzjonijiet ma ġewx approvati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità tad-Djar kellha 29 applikanti li applikaw għal sussidju fuq il-kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995 li ma ġewx approvati.
Dawn ma ġewx approvati għaliex għadhom jaħdmu u l-kera awmentata hija anqas minn 25% tad-dħul annwu globali tagħhom. Din hija waħda mill-kundizzjonijiet tal-iskema ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta’ Awwissu 2021 (klawżola 10[a]).
Awtorità tad-Djar – skemi ta’ rranġar ta’ residenzi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema skemi ta’ rranġar ta’ residenzi huma miftuħin preżentement? Liema minn dawn l-iskemi huma applikabbli għall-proprjetà li fiha qed joqogħdu s-sidien u liema huma applikabbli għall-proprjetà mikrija? Liema minn dawn l-iskemi huma applikabbli għall-proprjetajiet privati u liema huma applikabbli għall-proprjetajiet tal-Gvern?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa l-Awtorità tad-Djar għandha żewġ skemi ta’ rranġar u titjib li huma s-segwenti:-
· Skema għal Sussidju fuq Xogħlijiet ta' Irranġar u Titjib f'Residenzi Okkupati minn Sidien jew Inkwilini; u
· Skema għal Sussidju fuq xogħlijiet relatati ma’ strutturi Perikoluzi fi proprjetà privata li hija okkupata minn qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 minn inkwilini jew Ċenswalisti.
L-Iskema għal Sussidju fuq Xogħlijiet ta' Irranġar u Titjib f'Residenzi Okkupati minn Sidien jew Inkwilini hija mmirata għal dawk is-sidien u inkwilini sabiex jagħmlu xogħol ta’ rranġar u titjib fir-residenzi fejn huma jirrisjedu, kif ukoll għal sidien biss, biex jagħmlu xogħlijiet relatati ma’ struttura perikoluża. Din l-iskema hija wkoll applikabbli għal postijiet mikrija mill-Gvern sabiex jagħmlu xogħol biss ta’ rranġar u titjib.
L-iskema għal Sussidju fuq xogħlijiet relatati ma’ strutturi Perikolużi fi proprjetà privata li hija okkupata minn qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 minn inkwilini jew Ċenswalisti hija mmirata għal inkwilini fi proprjetà privata mikrija qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 sabiex jagħmlu xogħlijiet relatati ma’ struttura perikoluża.
Santa Luċija – liftijiet tal-appartamenti tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta x-xogħlijiet fuq il-liftijiet tal-appartamenti kollha tal-Gvern f’Santa Luċija se jitlestew?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-liftijiet li jaqgħu taħt il-proġett ERDF iridu jitlestew sa Settembru 2023, filwaqt li dawk l-applikazzjonijiet li huma taħt l-iskema LFT jinsabu fi stadji differenti hekk kif muri fit-tabella t’hawn taħt.
PROĠETT / SKEMA
BLOKK
TRIQ
LOKALITÀ
STADJU ATTWALI
LFT
Blokk B, Bieb B
Triq Tursin Il-Bir
Santa Luċija
Dan huwa każ fejn lift għal tliet passiġġieri ma jidħolx fl-ispazju eżistenti. Qed issir aktar riċerka għal possibbiltajiet oħra.
LFT
Binja Tal-Faqqani, Entratura D
Trejqet Il-Ġirasol
Santa Luċija
Ittieħed il-kejl tal-partijiet komuni u ninsabu fl-istadju li ntellgħu l-pjanti meħtieġa għall-Awtorità tal-Ippjanar.
ERDF
Blokk P
Triq Helen Buħagiar
Santa Luċija
Għandu jitlesta sa Settembru 2023.
LFT
Blokk Q
Triq L-Anzalor
Santa Luċija
Trid tiġi mħejjija l-offerta għall-kostruzzjoni tax-xaft tal-lift.
LFT
Blokk U, Bieb A
Triq Iċ-Ċinerarja
Santa Luċija
Il-kostruzzjoni lesta u l-offerta biex jintgħażel l-kuntrattur li ħa jinstalla l-lift ħarġet.
LFT
Blokk V
Triq Fuxa
Santa Luċija
Ittieħed il-kejl tal-partijiet komuni u ninsabu fl-istadju li ntellgħu l-pjanti meħtieġa.
Awtorità tad-Djar — kiri ta' appartamenti/djar għall-użu residenzjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2082 u jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ appartamenti/djar li huma mikrija mill-Awtorità tad-Djar għall-użu residenzjali? Kemm minn dawn il-proprjetajiet huma tal-Gvern u kemm huma tal-privat? F’liema lokalità jinsabu dawn il-postijiet, u jagħti n-numru ta’ appartamenti/djar għal kull lokalità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ residenzi mikrija għal akkomodazzjoni soċjali huwa kif ġej :
Lokalità
Gvern
Privat
Total
Attard
31
17
48
Birgu
229
0
229
Birkirkara
251
57
308
Birzebbuġa
72
24
96
Bormla
731
8
739
Dingli
10
1
11
Fgura
122
26
148
Furjana
125
0
125
Għargħur
3
0
3
Għaxaq
36
13
49
Gżira
30
12
42
Gudja
53
1
54
Ħamrun
135
22
157
Isla
187
5
192
Kalkara
97
1
98
Kirkop
72
0
72
Lija
24
0
24
Luqa
31
5
36
Marsa
144
4
148
Marsaxlokk
16
1
17
Mellieħa
31
14
45
Mġarr
30
1
31
Mosta
112
2
114
Mqabba
20
2
22
Msida
65
92
157
Mtarfa
38
1
39
Naxxar
28
3
31
Pembroke
181
0
181
Pieta'
64
1
65
Qormi
152
74
226
Qrendi
9
4
13
Rabat
98
8
106
Raħal Ġdid
197
35
232
Safi
8
0
8
San Ġiljan
125
2
127
San Ġwann
320
11
331
San Pawl il-Bahar
19
202
221
Santa Luċija
339
0
339
Santa Venera
62
48
110
Siġġiewi
93
35
128
Sliema
2
2
4
Tarxien
109
24
133
Ta' Xbiex
87
0
87
Valletta
979
0
979
Wied il-Għajn
18
29
47
Xgħajra
0
4
4
Żabbar
150
19
169
Żebbuġ
113
8
121
Żejtun
164
15
179
Żurrieq
78
27
105
Fontana Għawdex
0
3
3
Għajnsielem Għawdex
0
17
17
Għarb Għawdex
0
3
3
Għasri Għawdex
0
1
1
Kerċem Għawdex
0
6
6
Munxar Għawdex
0
13
13
Nadur Għawdex
0
9
9
Qala Għawdex
0
15
15
Rabat Għawdex
93
21
114
San Lawrenz Għawdex
0
9
9
Sannat Għawdex
0
3
3
Xagħra Għawdex
0
27
27
Xewkija Għawdex
0
2
2
Żebbuġ Għawdex
0
35
35
6183
1024
7207
Awtorità tad-Djar — teħid lura ta' ċwievet ta' appartamenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2083 u ċjoè: Billi ġie rrapportat li matul l-aħħar snin kien hemm it-teħid lura ta’ kważi 500 ċavetta, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu tal-privat u kemm kienu tal-Gvern? F’liema lokalitajiet kienu l-appartamenti li fihom saru l-abbużi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi mill-2017 sal-lum l-Awtorità tad-Djar ħadet lura l-pussess ta’ 464 residenza, mqassma kif indikat fit-tabella segwenti:
Tip ta' Pussess
Proprjetajiet
Gvern
408
Privat
48
Rekwizizzjonati
8
Lokalità
Proprjetajiet
Balzan
4
Birgu
19
Birkirkara
14
Birzebbuġa
4
Bormla
64
Fgura
7
Furjana
23
Għaxaq
1
Gżira
8
Ħamrun
18
Isla
11
Kalkara
2
Kirkop
1
Lija
1
Marsa
9
Mellieħa
1
Mġarr
2
Mosta
4
Mqabba
1
Msida
12
Naxxar
1
Pembroke
6
Pieta'
3
Qormi
12
Rabat
3
Rabat Għawdex
2
Rahal Ġdid
29
San Ġiljan
5
San Ġwann
19
San Pawl il-Baħar
25
Santa Luċija
16
Santa Venera
8
Siġġiewi
7
Sliema
1
Ta' Xbiex
1
Tarxien
15
Valletta
86
Wied il-Għajn
2
Żabbar
4
Żebbuġ
4
Żejtun
5
Żurrieq
4
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-entitatijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi ma hemmx CEOs jew Heads li waslu għall-età tal-irtirar ħlief wieħed li diġà għalaq l-età tal-irtirar. Diġà hemm pjan dwar x’se jsir meta huwa jiġi biex jirtira.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – segretarjat privat – kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar — postijiet ta' residenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1861 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 1045, jista’ l-Ministru jindika ż-żewġ indirizzi f’San Pawl il-Baħar (jekk mhux possibbli jingħata l-indirizz kollu, tingħata l-isem tat-triq u possibbilment l-isem tal-blokka) fejn skont it-tweġiba għall-istess domanda ġew akkwistati żewġ appartamenti mibnija mill-privat li ġew allokati għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi ż-żewġ appartamenti inkwistjoni jinsabu fi Triq il-Qalb ta’ Ġesu, San Pawl il-Baħar.
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar — postijiet ta' residenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1862 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1045, jista’ l-Ministru jindika l-indirizz għal kull post ta’ residenza li tqassam mill-2017 sad-data li fiha ġiet imwieġba l-istess domanda parlamentari u dan sena sena b’mod separat għal kull sena u kull lokalità tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar (li tinkludi żoni bħal Buġibba, il-Qawra u x-Xemxija) (jekk mhux possibbli jingħata l-indirizz kollu, tingħata l-isem tat-triq u possibbilment l-isem tal-blokka)?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – regolamenti u protokolli għal kunflitti ta’ interess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-regolamenti u l-protokolli li l-Ministeru japplika sabiex persuni li jaħdmu direttament fil-Ministeru jiddikjaraw kunflitti ta’ interess li jista’ jkollhom dwar materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-istess Ministeru?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Manwal, li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dawk il-persuni li ġew żgumbrati fit-30 ta’ Awwissu 2022 mill-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatawx għajnuna mill-Awtorità tad-Djar? Jista’ jikkonferma jekk hemmx persuni li ġew żgumbrati li sal-lum għad ma għandhomx post fejn jgħixu u għadhom qed jgħixu barra?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li l-persuni li ġew żgumbrati fit-30 ta’ Awwissu mill-blokka li għaliha qed issir referenza ma talbu l-ebda tip ta’ għajnuna mill-Awtorità tad-Djar. L-Awtorità ma għandha l-ebda informazzjoni li l-persuni li ġew żgumbrati qed jgħixu fit-triq.
Applikazzjonijiet pendenti għall-istallazzjoni ta’ starlift
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet approvati għall-istallazzjoni ta’ stairlift fid-djar ta’ persuni intitolati li sal-lum għadhom pendenti? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ dawn l-applikazzjonijiet approvati u għaliex sa issa għadhom ma ġewx ipproċessati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hija kif skont is-segwenti tabella:-
Raġuni għaliex pendenti
Applikazzjonijiet
Pendenti għall-iffirmar tal-kuntratt tal-għotja
11
Pendenti għal spezzjoni sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-għotja
13
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bijografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.