Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14365, jista' l-Ministru jindika liema Gazzetti tal-Gvern qed jirreferi għalihom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-paġna tal-Gazzetta tal-Gvern, ippublikata fis-17 t’Ottubru 2023, li turi l-informazzjoni mitluba. Nattira l-attenzjoni wkoll li s-servizzi tal-fotografija u ta’ vidjografija huma parti minn spiża ta’ servizzi oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ngħatat għajnuna lill-gazzetti stampati tul dawn l-aħħar sentejn, liema għajnuna kienet intenzjonata biex tagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz tal-karta fis-suq internazzjonali? Jista’ jgħid ukoll għaliex il-gazzetta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li hija l-eqdem gazzetta f’Malta, (l-ewwel edizzjoni ħarġet f’Settembru tal-1928) li fuq skala nazzjonali għandha udjenza akbar minn uħud mill-gazzetti li ħadu l-għajnuna, qatt ma gawdiet minn dawn l-għotjiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Qrati, Bordijiet u Tribunali Maltin – Kawżi pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża hemm pendenti quddiem il-Qrati, Bordijiet u Tribunali Maltin li ilhom diferiti għas-sentenza għal aktar minn sena? Jista’ jgħid ukoll kif inhuma mqassma bejn qrati, bordijiet u tribunali rispettivi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża illi tinstab diferita għas-sentenza għal aktar minn tliet snin, intalab minn waħda mill-partijiet illi tiġi assenjata quddiem ġudikant ieħor?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-kawżi li bħalissa jinsabu diferiti għas-sentenza ma sarux talbiet sabiex l-istess kawżi jiġu assenjati quddiem ġudikant ieħor.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il bejgħ bis-subbasta sar fil-perjodu bejn l-2020 u l-2023 rispettivament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ bejgħ bis-subbasta bejn l-2020 u l-2023 huwa kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-valur totali tal-bejgħ bis-subbasta illi sar fil-perjodu bejn l-2020 u l-2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-valur totali tal-bejgħ bis-subbasta bejn l-2020 u l-2023 huwa kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Medja tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il mandat kawtelatorju ta’ sekwestru ġie ppreżentat quddiem il-Qrati tagħna fil-perjodu bejn l-2020 u l-2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ mandati ta’ sekwestru kawtelatorju bejn l-2020 u l-2023 huwa kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mandati kawtelatorji ta’ sekwestri – Valur totali tal-krediti pretiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-valur totali tal-krediti pretiżi fil-mandati kawtelatorji tas-sekwestri fil-perjodu bejn l-2020 u l-2023 rispettivament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx statistika tal-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzjar tal-kuntratturi hijiex magħluqa? Jekk iva, meta ser jerġgħu jiġu aċċettati applikazzjonijiet u jekk le, jista’ jikkonferma jekk l-applikazzjonijiet kenux magħluqa għal xi perjodu u liema kien dan il-perjodu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għal-liċenzjar tal-kuntratturi m’humiex magħluqa u qatt ma għalqu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fis-sena 2021? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fis-sena 2020? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' vjolenza domestika fis-sena 2023? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' vjolenza domestika fis-sena 2022? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' vjolenza domestika fis-sena 2021? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' vjolenza domestika fis-sena 2020? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15435.
Fastidju sesswali fuq il-Post tax-xogħol — Persuni mressqa l-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fis-sena 2023? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlametari lill-Ministeru kkonċernat.
Fastidju sesswali fuq il-Post tax-xogħol — Persuni mressqa l-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fis-sena 2022? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlametari lill-Ministeru kkonċernat.
Fastidju sesswali fuq il-Post tax-xogħol — Persuni mressqa l-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fis-sena 2021? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlametari lill-Ministeru kkonċernat.
Fastidju sesswali fuq il-Post tax-xogħol — Persuni mressqa l-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reat marbut ma' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fis-sena 2020? Jista’ jipprovdi l-eżitu ta' dawn il-kawżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlametari lill-Ministeru kkonċernat.