Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Membri ta’ Entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15937 u jagħti lista tal-kumitati, bordijiet, kummissjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar? Għal kull każ, jista' jgħid min hu ċ-Chairperson u min huma l-membri ta' kull entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min kien iċ-Chairperson u l-membri tal-istess entitajiet sa qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2022?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Munxar — Area Ta’ Rinota u Sannat - Triq il-Paranji - Toroq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb biex it-toroq fl-area Ta' Rinota ġewwa l-Munxar u Triq il-Paranji fis-Sannat Għawdex isiru matul is-sena 2025, peress li f'dawn l-aħħar disa' snin sar ħafna bini fihom u dawn it-toroq għadhom qatt ma saru u jaqgħu taħt ir-responsabiltà diretta tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru kontinwament jikkonsulta mal-Kunsilli Lokali dwar il-ħtiġijiet tar-raħal.
Għawdex — Proġetti ta’ parks, spazji miftuħa u afforestazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' proġetti għal parks, spazji miftuħa, afforestazzjoni u oħrajn simili li diġà bdew u mistennija li jkunu lesti sal-aħħar tal-2024 u jinkludi n-natura u deskrizzjoni qasira tal-proġett, meta beda, kemm kien il-baġit oriġinali u kemm hi mistennija li tkun in-nefqa totali wara li jkun lest il-proġett? Jista’ jgħid ukoll xi proġetti ta' parks, spazji miftuħa, afforestazzjoni u oħrajn simili hemm ippjanati li jsiru mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2025 u jinkludi n-natura u deskrizzjoni qasira tal-proġett, meta beda, kemm kien il-baġit oriġinali u kemm hi mistennija li tkun in-nefqa totali wara li jkun lest il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar permezz tad-direttorat EkoGħawdex għadu kif wasal fi ftehim għal-fondi għal xogħlijiet ġewwa Ulysses Grove. Is-sejħa għall-offerti hija lesta u mistennija tintbgħat lid-dipartiment tal-kuntratti fi ftit jiem oħra. Dan ser ikun park bi spazji miftuħa sabiex jitgawda mill-familji Għawdxin u Maltin u li qiegħed fil-periferija tal-belt Victoria.
Barra minn hekk, l-istess Ministeru jinsab ukoll fil-proċess li joħroġ tender għal ġnien dementia friendly fil-periferija tal-Kerċem. Dan il-ġnien se jkun immirat għal nies li jbatu mid-dementia u għalhekk se jkollu numru ta’ karatteristiċi li jgħinu fl-interazzjoni sensorjali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex tittieħed in konsiderazzjoni l-oppożizzjoni tar-residenti ta’ Raħal Ġdid u ta’ Santa Luċija fir-rigward tat-talba biex ikun hemm krematorju fl-istess akkwati? Jista’ jgħid ukoll x’laqgħat saru dwar dan mal-kunsilli rispettivi u l-istess għaqdiet tal-lokal?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-ippjanar jinvolvi konsultazzjoni pubblika miftuħa għal kulħadd. B’hekk min ikun interessat jista jibgħat rapreżentazzjoni lill-Awtorità li tkun tista’ tiġi kkunsidrata bħala parti mill-proċess tal-applikazzjoni. F’dan il-każ il-konsultazzjoni pubblika kienet miftuha bejn it-22 ta’ Lulju 2021 sat-13 ta’ Settembru 2021. Matul il-perjodu msemmi l-Awtorita’ rċeviet sitt rapreżentattjonijiet validi fosthom dik tal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid.
Postijiet żgħar/monumenti storiċi/sqaqien — Skema ta’ restawr
Question
B'referenza għall-iskema ta’ restawr ta’ postijiet żgħar/monumenti storiċi/sqaqien f'Malta għal din is-sena, li ġiet ippubblikata f’Marzu 2024, jista' l-Ministru jgħid:
i. kemm-il darba ħarġet tali skema matul l-aħħar għaxar snin u jindika s-snin meta ħarġet?
ii. kemm kien l-ammont ivvutat għal din l-iskema, maqsuma sena b'sena?
iii. kemm attwalment intefqu flus fi proġetti f'din l-iskema, maqsuma sena b'sena?
Jista jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-iskema ta’ din is-sena, minn min saru l-applikazzjonijiet, għalxiex saru, kemm minnhom ġew aċċettati u kemm minnhom ġew irrifjutati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Binjiet mikrija mingħand il-privat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm binjiet mikrija mingħand il-privat mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid ukoll f'kull każ għal liema skop inkrew dawn il-binjiet, kemm ilhom mikrija u meta tintemm il-kirja?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Bini ta’ toroq jew biex jiġi rranġat l-asfaltar u/jew servizzi — Tenders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mit-tenders li nħarġu u ġew awarded biex toroq jinbnew mill-ġdid jew jiġi rranġat l-asfaltar u/jew is-servizzi tat-triq, minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, f’kemm minn dawn inqabeż id-deadline stipulat sakemm tlestew u ġew iffinalizzati x-xogħlijiet, u f’kull każ jgħid b’kemm inqabeż?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Newtralità tal-karbonju - Tnaqqis fl-emmissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Proġetti ambjentali
Question
B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16489 dwar xi proġetti ambjentali hemm ippjanati li jsiru ġewwa Għawdex mill-Ministeru matul is-sena 2024, fiex jikkonsistu u kemm hi stmata li se tkun l-ispiża fejn kien ġie imwieġeb li ' li min-naħa tad-direttorat EkoGħawdex se jkunu qed jinbnew tliet toroq rurali; Triq Ta’ Spiteri, Triq ta’ Għajn Abdul ma’ Triq ta’ Wied Juno u kif ukoll Triq Klula bi spiża stmata ta’ mhux inqas minn Ewro 1,973,281.64 ko-finanzjati minn fondi Ewropej. Se jinbnew ukoll il-ħitan tas-sejjieħ fi Triq San Niklaw bi spiża stmata ta’ Ewro 196,565.04 ko-finanzjata minn fondi Ewopej', jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-proġetti msemmija nbeda x-xogħol fuqhom, meta nbeda u meta se jitlesta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħiet għall-offerti ġew preparati u qegħdin jiġu ivettjati mis-sezzjoni tax-xiri pubbliku tal-Ministeru. Is-sejħiet mistennija jkunu ppublikati fi ftit ġimgħat oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-playing field fil-Ġnien Tliet Għoljiet f'Marsalforn, Għawdex hijiex tajba sabiex tintuża? Jista' jgħid ukoll jekk sarx awditjar ta' din il-playing field u jekk iva, jista’ r-rapport jiġi ppubblikat?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk baqax toroq f'Għawdex li jridu jsiru mill-ġdid? Jekk iva, kemm baqa' u f’liema raħal jinsabu? Jista’ jagħti l-isem tat-triq, kif ukoll kemm huwa stmat li se jiswew ix-xogħlijet pendenti fuq dawn it-toroq u meta hu maħsub li jsiru u jitlestew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien il-Ministeru jevalwa kemm il-kundizzjoni tat-toroq kif ukoll l-iżvilupp li jkun għaddej fil-lokalijiet. Ix-xogħlijiet isiru skont it-tali esiġenzi.
In-Nadur, Għawdex — Triq ir-Rabat - Retaining wall
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15940, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid meta saret l-aħħar spezzjoni fuq ir-retaining wall tal-konkos li hemm fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur, liema ħajt jidher li jista' jċedi? Jista' jgħid ukoll jekk min għamel din l-ispezzjoni, ikkonfermax li ma hemm l-ebda periklu? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar spezzjoni li saret fuq ir-retaining wall tal-konkos kien fis-sena 2024 minn Perit tal-Gvern u bħalissa qed issir spezzjoni min Perit speċjalizzat fl-istrutturi.
Jista’ l-Ministru jgħid kif tqassmu l-fondi allokati lid-diversi entitajiet u/jew individwi relatati ma’ Christmas in Gozo 2024, kif ukoll jispeċifika l-ammont eżatt mogħti lil kull entità u/jew individwu, kif ukoll fuq liema kriterji ġie deċiż kemm għandhom jingħataw fondi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi għall-attivitajiet kulturali relatati mal-Milied ġew allokati skont il-prattiċi stabbiliti fis-snin preċedenti. Kull organizzatur li kien qed jorganizza l-istess avveniment, bħas-snin ta’ qabel, irċieva l-istess livell ta’ finanzjament. Jekk l-avveniment kien jinkludi aspetti ġodda jew modifikazzjonijiet sinifikanti, l-organizzaturi rċevew żieda fil-fondi biex ikopru l-ispejjeż addizzjonali marbuta ma’ dawn l-innovazzjonijiet.
Biex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, l-avvenimenti ġodda kellhom ikunu innovattivi u jinkludu elementi distinti minn dawk li diġà kienu qegħdin isiru.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Konsulenti u Persons of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ konsulenti u persons of trust fi ħdan il-Ministeru li huwa responsabbli għalih tul dawn l-aħħar ħames snin, bil-pagi u allowances kollha tagħhom, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 20921.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 22669 Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Awtoritajiet u korporazzjonijiet.pdf
Jista' l-Ministru jgħid:
a. kemm hu n-numru ta' ħaddiema li huma impjegati direttament mal-kumpanija Gozo Channel u f'liema grad huma impjegati u kemm ilhom impjegati;
b. kemm hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mal-kumpanija tramite kuntratti/direct orders mogħtija lill-kumpaniji privati biex jipprovdu servizz ta' ħaddiema u f'liema oqsma jaħdmu dawn il-ħaddiema; u
ċ. liema huma l-kumpaniji li għandhom kuntratt/direct order biex joffru s-servizz ta' ħaddiema, kif ingħataw dan il-kuntratt/direct order u kemm tħallset kull kumpanija matul is-sena 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rikjesta.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Proġett ta’ retro fitting
Question
Fid-dawl tal-proġett ta' retro fitting li qed isir fil-bini tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid x' inhi r-raġuni li l-lifts għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll meta se jsiru dawn il-lifts?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li żewġ lifts diġà ġew installati. Sussegwentament beda wkoll il-proċess ta’ ċertifikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li tinbena mill-ġdid Triq tal-Għajn fil-Fontana bejn Pjazza Santu Wistin u l-Knisja Parrokkjali peress li tinsab fi stat ħażin ħafna? Jista' jgħid jekk hemmx pjanijiet li din issir fis-sena 2025? Jekk le, jista' jgħid jekk sarux rapporti dwar l-istat ta' din it-triq? Jekk iva, min għamilhom dawn ir-rapporti u jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista jgħid ukoll jekk it-tender ġietx abbozzata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender qed tiġi abbozzata u mistennija toħroġ fis-sena 2025.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Gozo Channel jew kumpaniji sussidjarji tagħha minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f’liema gradi ġew impjegati dawn il-ħaddiema? Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara sejħa pubblika u f'kull każ jista’ jqiegħed kopja tas-sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ impjegati ġodda mal-kumpanija Gozo Channel – mill-perjodu imsemmi fil-mistoqsija tal-Intepellant - huma kif indikat f’din it-tabella;
Personal Assistant to the Chairman
1
Chief Officer
3
Terminal Co-Ordinator
11
Jista’ l-Ministru jgħid:
a) kemm-il applikazzjoni hemm pendenti għal djar tal-anzjani f'Malta u Għawdex; f'liema lokalitajiet qegħdin; in-numru ta' kull applikazzjoni u fiex wasal il-proċess; meta hu ppjanat li tittieħed deċiżjoni; u kemm-il sodda ser tiġi provduta?
b) kemm-il permess għall-bini ta' djar tal-anzjani nħareġ f'Malta u Għawdex mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b' sena, f'liema lokalitajiet qegħdin, in-numru ta' kull applikazzjoni u kemm-il sodda ser tiġi provduta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazjoni. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fejn id-deskrizzjoni tal-proposta tinkludi l-kliem “old people”, “old persons” jew “elderly”.