Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23552 Sitting 540 2022-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

L-Għasri — Triq tal-Lanterna - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwiegeb il-mistoqsija Parlamentari 22527 u jgħid meta bdew ix-xogħlijiet (xahar u sena) fi Triq tal-Lanterna, limiti tal-Għasri, meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm se jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jelenka x-xogħlijiet li twettqu jew li għad iridu jitwettqu f’din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn ix-xogħlijiet se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #23560 Sitting 540 2022-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex u Kemmuna — Life Guards fil-bajjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema bajjiet u kemm kien hemm is-servizz tal-Life Guards f’Għawdex u Kemmuna matul is-sajf 2020 u s-sajf 2021? Jista’ jgħid lil min ġie offrut dan is-servizz, kif intgħażel u kemm tħallas? Jista’ jgħid ukoll f'liema xhur jiġi offrut dan is-servizz u l-ħinijiet li jiġi offrut dan is-servizz?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #23438 Sitting 539 2022-01-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — proġett artistiku

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar is-sejħa li ħarġet f'Awwissu li għadda u li għalqet f'Settembru li għadda mill-Ministeru għal Għawdex biex persuni jissottomettu proġett artistiku u li ta' min jintgħażel ikun installat fi Triq id-Donaturi tad-Demm, id-daħla prinċipali li twassal għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jgħid kemm kien hemm sottomissjonijiet, u minn min hu kompost il-bord (isem u kunjom) li se jevalwa s-sottomissjonijiet u kemm hi stmata li se tkun l-ispiża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ aġġudikazzjoni għadu għaddej.
Leg 13 PQ #23439 Sitting 539 2022-01-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet ta' afforestazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti u xogħlijiet ta' afforestazzjoni saru u ġew żviluppati f’Għawdex imqassim sena b'sena mill-2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti rendikont tax-xogħol, min għamlu, jekk sarx b' tender jew b’direct order u kemm sewa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni miġbura għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23525 Sitting 539 2022-01-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Aġġornament fuq tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar it-tender MGOZ/MPU T 3/2019 'TENDER FOR REGENERATION WORKS AT THE WATER PUMPING STATION AT ŻEWWIEQA IN MGARR HARBOUR, GOZO'? Jista’ jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li hemm mitlub minn din l-imsemmija tender u x'sar sa issa u x' fadal isir u meta hu ppjanat li jitlesta u għal liema skop ħa jintuża dan il-bini? Jista’ jgħid kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża finali fuq dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan it-tender ġie kkanċellat.
Leg 13 PQ #24083 Sitting 539 2022-01-26 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — organogramma

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-ka¿ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fis-Segretarjat li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 15-il persuna, waqt li hemm żewġ persuni bħala Persons of Trust. Wieħed minn dawn tal-aħħar hu fuq bażi part-time.
Leg 13 PQ #23431 Sitting 538 2022-01-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – persuni impjegati ma’ kuntratturi privati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17156, 21028 u 22341 u jgħid kemm kien hemm persuni impjegati ma' kuntratturi privati u li kienu qed jagħmlu xogħol ta' Security Guards għall-Ministeru għal Għawdex jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jagħti l-postijiet ġewwa Għawdex fejn kien qed jingħata dan is-servizz u f'kull post kemm kien hemm Security Guards u l-ħinijiet li kienu qed jagħtu dan is-servizz sena b'sena mis-sena 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża fuq dan is-servizz, jekk ingħatawx permezz ta' Tender jew Direct Order kif ukoll l-isem tal-kumpaniji li taw dan is-servizz sena b' sena mis-sena 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għawdex

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex jixtri s-siegħat li hemm bżonn li jiġu koperti minn Security Guard u għaldaqstant il-kuntratturi privati jiffornixxu n-numru ta’ individwi li hemm bżonn biex jiġu koperti t-tali siegħat.
Leg 13 PQ #23432 Sitting 538 2022-01-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Farm Roads

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22368 u jgħid kemm, f'liema lokalitajiet ġewwa Għawdex, jagħti l-isem tat-triq/area u kemm kien it-tul u l-wisa’ fejn saru 'Farm Roads' bil-konkos mill-ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2021 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari biex jitjieb l-aċċess għall-bdiewa u għan-nies li jiffrekwentaw dawn it-toroq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23434 Sitting 538 2022-01-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Eco Gozo Directorate

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus sena b'sena li kienu vvutati għal 'Eco Gozo Directorate' taħt il-Vot Kapitali għas-sena 2018, 2019 u 2020 tal-Ministeru għal Għawdex? Jista' jelenka l-inizjattivi u l-ammont ta’ finanzi li ntefqu fuq kull proġett u inizjattiva?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23437 Sitting 538 2022-01-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — widien

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm widien f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm hemm widien li għandhom ilqugħ għall-ilma fihom? Jista’ jgħid kemm hu l-volum tal-ilma li kapaċi jilqa’ u jaħżen kull wied li għandu l-ilqugħ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma jiġborx t-tali informazzjoni.
Leg 13 PQ #24165 Sitting 538 2022-01-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

MV Nikolaos – brokerage fees

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma l-ammont ta’ brokerage fees li qed jitħallsu kuljum fl-eluf ta’ ewro għal MV Nikolaos? Jista’ igħid kemm qed jitħallsu kuljum lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Gozo Channel (Operations) Ltd u ta’ xiex qed jitħallsu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #24248 Sitting 538 2022-01-25 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Heavy Plant Driver (Group 4)

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24114, jista' l-Ministru jgħid il-grad ta' min ikkwalifika għall-għażla u d-dipartiment li qegħdin fihom fil-preżent?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal din is-sejħa kkwalifikaw 21-il individwu, fejn għaxra minnhom jaħdmu mal-Ministeru għal Għawdex, u l-bqija jaħdmu fis-settur pubbliku. Il-kandidati li kkwalifikaw għal din is-sejħa, kollha kemm huma kellhom ir-rekwiżiti neċessarji skont kif kien mitlub fis-sejħa.
Leg 13 PQ #23330 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23132 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23424 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Skemi ta’ xogħol – persuni ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ingaġġati bl-iskemi u ngħataw xogħol ta' skrivana f'diversi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jikkonferma li dawn iddaħħlu bl-iskema bla ebda eżami pubbliku? Jista’ jgħid jekk il-persuni ingaġġati fuq skema u qed jagħmlu xogħol klerikali humiex kollha jagħmlu xogħol temporanju? Jista’ jgħid kemm hemm minnhom qed jagħmlu xogħol klerikali li hu permanenti? Jista’ jgħid jekk fil-futur qarib hemmx ippjanati li jiġu ingaġġati iktar persuni bl-iskema li jagħmlu xogħol klerikali ġewwa l-Ministeru għal Għawdex jew entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23425 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – talba biex jiġu esproprjati artijiet

Question

Jista' l-Ministru: a. jgħid kemm artijiet ġew jew qegħdin fil-proċess li jiġu esproprjati fuq talba mill-Ministeru għal Għawdex, mill-1 ta' Jannar 2021 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija; b. jgħid f'liema lokalitajiet f’Għawdex jinsabu l-artijiet esproprjati; c. ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Site Plan immarkata għal kull biċċa art u post fejn il-Ministeru għal Għawdex talab lill-Awtorità tal-Artijiet biex jiġu esproprjati artijiet f' Għawdex fil-perjodu indikat; u d. jgħid l-użu li sar jew ser isir minn kull waħda minn dawn l-artijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23426 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħa terġa’ tiġi ppubblikata t-tender 'Concession For The Running Of Cafeteria Outlets At Gozo Channel (Operations) Limited Mġarr And Ċirkewwa Terminals' peress li f'Ġunju 2021 din it-tender kienet ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid min f'dawn l-aħħar xhur kien qed jipprovdi dan is-servizz u kemm kien qed iħallas miżata kull xahar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent l-kumpanija tal-Gozo Channel stess qiegħda tipprovdi dan is-servizz. Fir-rigward tat-tender, il-ħsieb huwa li tinħareġ għal meta s-sitwazzjoni tal-Covid tiġi għan-normal.
Leg 13 PQ #23427 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – spazji rikreattivi għall-familji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22416 u 20760 u jgħid x'xogħol sar fuq spazji rikreattivi għall-familji sena b'sena f'dawn l-aħħar tliet snin f'Għawdex mill-Ministeru tiegħu u jgħid x'hemm ippjanat li jsir bħala xogħol matul din is-sena u s-sena d-dieħla?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jifferi għar-risposta tal-mistoqija parlamentari 23419. Apparti dan, nixtieq nirrimarka wkoll li l-Ministeru għal Għawdex jieħu ħsieb ukoll il-Villa Rundle, Dawwara Nursery, il-Ġnien tat-Three Hills f’Marsalforn, u l-Ġnien ta` Isopu ġewwa n-Nadur. Dawn imsemmija huma kollha spażji rikreattivi miżmuma u aċċessibbli għall-pubbliku.
Leg 13 PQ #23429 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala t-tender li għalqet fil-5 ta' Ottubru 2021 'for the Design and Build and Maintenance of an adjustable pool floor at the Gozo Aquatic Centre' SPD3/2021/053 f'dawn l-aħħar ġranet ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid kemm kienet stmata din it-tender? Jista’ jgħid x'se jiġri issa u jekk din l-imsemmija tender hux ser tiġi ippubblikata mill-ġdid?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #24121 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati mediċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23418 u 22553 u jispjega fejn qed jaħdmu l-impjegati mediċi (Allied Health Practitioner, Senior ECG technician, Enrolled Nurse, Nursing Aide, Health Assistant eċċ) li hemm fuq il-kotba tal-Ministeru?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 24102.
Leg 13 PQ #23419 Sitting 536 2022-01-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – lista ta’ parks — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ parks ġewwa Għawdex fejn bħalissa l-Ministeru għal Għawdex qed jagħmel interventi fihom biex ikunu jistgħu jitgawdew aħjar mill-pubbliku? Jista’ jispeċifika x’tip ta’ xogħol qed isir u kemm hu stmat li ħa jiġi jiswa? Intern

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti xogħlijiet ta’ manutenzjoni bħal ma huwa żbir u tisqija ta’ siġar, hemm ukoll xogħlijiet oħra li għaddejjin u li qegħdin isiru mill-ħaddiema tal-Gvern biex isir fencing madwar il-perimetru tal-Ulysses Grove. Bħala parks miftuħa għall-pubbliku hemm: Ulysees Groove, Ġnien tad-Dawwara, Ġnien ta’ Kerċem, kif ukoll il-Qala Dog Park li ġie inawgurat uffiċjalment ftit tal-ġimgħat ilu. Apparti minn hekk, daqt jitlesta ukoll il-park tal-Qortin.