Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23148 u 22218 li oriġinarjament saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid għal liema ġnien f’Pembroke kien qed jirreferi l-Ministru Tonio Fenech fid-diskors tal-budget tiegħu meta qal li se jitkompla x-xogħol fuq il-ġnien f’Pembroke? Jista’ jelenka x-xogħol li sar s’issa fuq dan il-proġett u x’qed jippjana l-ministeru meta jgħid li se jitkompla x-xogħol?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23088 u jara li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tieħu l-passi meħtieġa biex twaqqaf l-isfreġju ambjentali li qed isir f'Selmun biex tinbena faċilità marbuta mal-industrija tat-trobbija tal-ħut?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tressqu nies mis-sena 2003 sal-lum fuq reati konnessi mal-identity cards, jiġifieri fuq ħruġ ta’ identity cards foloz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa fejn jirrigwardja lill-Uffiċċju Elettorali, dan l-Uffiċċju, fil-perijodu indikat, ma ressaqx il-Qorti lil ebda persuni fuq reati konnessi ma' ħruġ ta' identity cards foloz.
Madankollu mhux eskluż li l-pulizija jista jkun resqu xi persuni b’ dawn l-akkużi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li rrappurtaw li ntilfet l-identity card mis-sena 2003 sal-lum u kemm inħarġu rispettivament, kif ukoll kemm ġew rifjutati milli jinħarġu identity cards f’dan ir-rigward?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-parti tas-sistema li tassigura li fl-ebda ħin ma tista’ tinħareġ identity card duplikata jew falza, jiġifieri ritratt ta’ individwu b’informazzjoni ta’ ħaddieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li s-sistema, għal ħrug ta' identity card ġdida, fil-format kif inhi llum, lil persuna li tirrapporta li tilfet jew insterqitilha l-identity card tagħha oriġinali, hi li l-persuna tiġi mitluba tagħmel rapport għand uffiċjal tal-pulizija. Dik il-persuna, imbagħad, tmur fl-Uffiċċju Elettorali, tgħaddi għand l-uffiċjal tal-pulizija li hu stazzjonat fl-istess Uffiċċju, tagħmel affidavit, u wara li jiġu pproċessati d-dokumenti relevanti, dik l-istess persuna tgħaddi mill-proċess normali ta' ritratt u formalitajiet oħra għal ħrug ta' identity card ġdida bl-informazzjoni imqabbla u kkonfermata mal-common database fl-Uffiċċju tar-Registru Pubbliku. F'kull stadju hemm il-faċilita' li l-persuna titqabbel mar-ritratt ta' qabel fis-sistemi tal-kompjuter biex b'hekk iċ-ċans ta' ingann ikun remot ħafna. Sadattant, fir-rekords tal-Uffiċċju Elettorali tidħol nota li lil dik il-persuna nħarġitilha identity card duplikata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għand liema kumpanija l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qiegħda tagħmel l-iscanning ta' pjanti u dokumenti oħra? X'inhi r-rata li qiegħda titħallas għal dan is-servizz? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-kumpanija li tipprovdi dan is-servizz?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tesiġix li jsir screening madwar solar water panels li jitpoġġew fuq il-bjut peress li dawn joħolqu impatt viżwali negattiv b'mod partikolari meta jitpoġġew fuq is-saqaf ta' xi washroom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpeallnt illi solar water heaters flimkien ma’ servizzi oħra li jitqegħdu fuq il-washroom, għandhom ikunu screened skond Policy 13,5 – Services on Roof Structures (Policy and Design Guidance 2007). Kopja ta’ din il-policy qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22893 u 22696 u jagħti informazzjoni dwar kemm hemm u liema huma l-kunsilli lokali li daħħlu magħhom fis-sena 2009, 2010 u 2011 impjegati direttament minn barra s-sistema fejn l-ewwel jintalbu persuni mill-kunsilli lokali stess, imbagħad mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Jista' jgħid x' kienu r-raġunijiet biex sar dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, mill-informazzjoni li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali ġabar mingħand il-Kunsilli Lokali, hemm ħames (5) Kunsilli Lokali li mis-sena 2009 sal-lum impjegaw magħhom persuni minn barra s-sistema li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant. Dan peress li dawn il-Kunsilli Lokali, wara li nedew il-proċess għall-ingaġġ skont il-proċedura stabbilita, jew ma sabux persuni addattati jew inkella ma rċievewx interess għall-vakazni li kellhom. Qed inpoġġi l-bqija tad-dettalji fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom food entitlement? Jista’ jgħid kemm hu l-budget allokat kull sena u kemm kienet in-nefqa f'dawn l-aħħar tliet snin?
Skemi għal proġetti minn Entrapriżi Privati għal Turiżmu Sostenibbli
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22878 u jgħid kemm entrapriżi privati Maltin u Għawdxin separatament gawdew mill-Iskema għal Proġetti minn Entrapriżi Privati għal Turiżmu Sostenibbli 2007-2013 ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea taħt kull waħda mit-tliet sejħiet li ħarġu s’issa? X’inhuma l-proġetti li twettqu/għandhom jitwettqu f’Malta u f’Għawdex separatament taħt kull sejħa? X’inhu l-valur totali taħt kull sejħa ta’ dawn il-proġetti li twettqu f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar din l-iskema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-iskema hija maqsuma fi tlett sejħiet li minnhom gawdew Inrapriżi taħt l-ewwel żewġ sejħiet. L-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet li daħlu wara t-tielet sejħa, li għalqet f’ 14 ta’ Jannar 2011, se tibda fi Frar.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant jiġifieri dettalji dwar il-proġetti li ntgħażlu għall-ko- finanzjament.
Template tal-grant agreement qed titpoġġa wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-implementation u d-disbbursement schedule ivarja skond kull applikant. Taħt l-ewwel sejħa proġetti għandhom jitlestew sal-2011 u taħt it-tieni sejħa proġetti għandhom jitlestew sal 2012
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22877, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhija l-pubbliċità li saret u x’sejħiet għall-offerti bl-appalt ħarġu taħt il-Proġett ESF 4.94 – Closer to Europe? Liema offerti ngħataw x’issa u lil min? X’inhu l-valur ta’ kull offerta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li , is-suġġett trattat fil-Mistoqsija Parlamentari li qiegħed jirreferi għalija l-Onor.Interpellant mhix konessa mal-Proġett Closer to Europe.
Il-publiċita’li saret għall- offerti li ħarġu taħt il-Proġett ESP 4.94 Closer to Europe kienet fuq
Il-Gazzetta tal-Gvern u Gazzetti Lokali ta’ nhar ta’Ħadd; The Sunday Times, The Malta Indipendent, Malta Today, Illum, Il-Kulħadd, il-Mument u it-Torċa.
Fil-kas tal-Kampanja ta’ għarfien u kommunikazzjoni pubbliċita’ saret ukoll fuq il-Ġurnali Ewropew.
Qed inpoġġi nfuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar l-offerti mogħtija u l-valur tagħhom.
Tender document għas-servizzi tal-gwardjani lokali
Question
B’riferenza ghal klawsola numru 12 tat-tender document għal provizzjoni ta’ servizzi ta’ gwardjani lokali, jaħseb il-Prim Ministru li din il-klawsola tmur kontra l-ispirtu ta’ kompetizzjoni ġusta u din il-klawsola inkluża tat is-sub-titlu AWARD, tgħid li biex kumpanija tapplika trid ikollha ħames snin esperjenza fis-servizz tal-gwardjani lokali? Kemm hawn kumpaniji li għandhom aktar minn ħames snin esperjenza? Min huma dawn il-kumpaniji? Liema minnhom applikaw biex joffru s-servizz u lil liema reġjun? Kif jista’ xi darba jkun hemm kumpaniji oħra li jaspiraw li jidħlu f’dan is-settur meta dawn qatt m’huma se jkollhom ċans li jkollhom ħames snin esperjenza kif qed ikun rikjest?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li t-tender document għal provvista ta’ servizzi ta’ gwardjani lokali li kien ippubblikat dan l-aħħar, inkluż il-klawsola li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant, qabel ma kien iffinalizzat u rilaxxjat lill-Kumitati Reġjonali għall-pubblikazzjoni, kien ġie ivvettjat bir-reqqa mir-rappreżentanti tad-Dipartiment tal-Kuntratti, segwit b’konsultazzjoni sħiħa mar-rappreżentanti tal-ħames Reġjuni.
Partikularment ir-rekwiżiti stipulati fil-klawżola msemmija, jieħdu in kunsiderazzjoni ta’ dawn il-fatti: is-servizzi mitluba fit-tender huma fuq skala reġjonali u mhux lokali (għalhekk, l-iscope of supply tar-riżorsi ser ikun ferm iktar estensiv minn dak preżenti), is-sistema tal-infurzar lokali ilha titħaddem iktar min għaxar snin.
F’dan l-istadju tal-aġġudikazzjoni għadu mhux opportun biex ikun stabbilit mill-Adjudication Committees min huma dawk il-bidders (kumpaniji) li jissoddisfaw jew li ma jissodisfawx l-aspettattivi u l-kriterji kollha mniżżla fil-klawsola msemmija. Huma dawn il-kumitati li jiddeċiedu f’kull każ minn huma dawk il-kumpaniji li għandhom il-faċilitajiet, l-esperjenza u l-kompetenzi biex jikkwalifikaw jew le sabiex ikunu jistgħu jipprovdu s-servizz
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23161 u jgħid jekk hemmx impjegati fl-Amministrazzjoni Pubblika li jitħallsu minn żewġ ministeri/entitatjiet? Jekk iva, kemm hemm? X'inhi d-designation tagħhom? Kemm ilhom jitħallsu b'dan il-mod?
In vista tal-kritika qawwija u ħarxa minn kulmin hu involut fil-qasam artistiku Malti u Għawdxi li l-proposta tal-Prim Ministru irċeviet għall-bini ta' teatru bla saqaf fis-sit tal-ex Teatru Rjal, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm aġġustament fil-pożizzjoni tal-Gvern fis-sens li t-teatru jiġi roofed u mibni kif xieraq biex ikollna Teatru Nazzjonali kif jixraq lil pajjiż bħal tagħna li pproduċa mużiċisti ta' klassi mondjali? Jekk le, x'inhi r-raġuni li l-Prim Ministru qed jibqa' għaddej fi triq li qed tiġi radikalment ikkritikata minn kulmin jifhem fis-settur artistiku, inkluż l-aqwa kantanti liriċi Maltin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mhux ir-rwol tal-Gvern li jindaħal fid-deċiżjonijiet artistiċi u arkitettoniċi tal-Perit Renzo Pianio.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-pjani ta' Sir Cameron dwar it-titjib ta' parti minn Dar il-Mediterran?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li wara li l-Gvern irċieva l-proposti mressqa minn Sir Cameron Mackintosh beda l-proċess ta’ diskussjonijiet ma’ diversi persuni kkonċernati. Sal-lum għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar dan il-proġett biss il-Gvern permezz tal-Bord ta’ tmexxija ta’ Dar il-Mediterran qiegħed jaħdem sabiex jakkwista l-proprjetajiet li hemm kontigwi ma’ Dar il-Mediterran u li jistgħu jiffurmaw parti minn dan il-proġett ieħor fuq binarji simili fil-futur.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni għal talbiet minn għadd ta' Għawdxin għal ħolqien ta' link permanenti bejn Malta u Għawdex? X'inhi l-fehma uffiċjali dwar dan is-suġġett li fl-aħħar jiem kien fil-ġurnal The Times? Is-suġġerimenti ta' l-Onor. Said jirrispekkjaw il-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern huwa kommess li aċċessibiltà bejn Malta u Għawdex tkun l-aħjar waħda possibli.L-istudju li ser issir dwar l-aħħar proposta għandhu jgħin biex il-gvern jieħu pożizzjoni dwarha.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm qattgħu bednights turisti ġewwa Għawdex fis-snin 2009 u 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jippubblika ċ-ċifri ta’ l-iljieli li qattgħu turisti ġewwa Collective Accommodation u għalhekk ma tinkludix iljieli ġewwa farmhouses, djar u appartamenti li jintużaw għall-kiri.
Il-
collective accommodation
f’Għawdex ikopri 50% tas-sodod li jintużaw għall-kiri li hemm f’Għawdex. Fl-2009, turisti qattgħu 163,673 ljieli ġewwa
collective accommodation
. L-istatistika għal-2010 tkopri biss il-perjodu Jannar sa Novembru. F’dan il-perjodu turisti qattgħu 162,828 lejl f’Għawdex. Fl-istess perjodu tas-sena ta’ qabel it-turisti qattgħu 160,154 lejl. Dan ifisser li għas-sena 2010 kien hemm żieda ta’ l’fuq minn 2000 lejl f’
collective accommodation
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Dicembru 2010? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati;
Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi;
Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati;
Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u
Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata, jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2010, il-Bord tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
· Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u
· Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?