Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' fabbriki fl-oqsma kollha industrjali, kemm minnhom qed joperaw u kemm hu n-numru ta' ħaddiema li qed iħaddmu?
Response (FENECH, TONIO)
In-numru ta’ fabbriki fl-oqsma industrijali amministrati mill- Malta Industrial Parks Ltd huwa ta’ 774, li minnhom 678 joperaw.
Għall-parti l-oħra tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 1802 u 1391u jgħid meta se ssir ir-riforma fid-dazju tal-karozzi second hand li jiġu mportati? Id-dazju minn fuq l-importazzjoni tal-karozzi se jonqos jew le? Jekk se jonqos, hemm il-ħsieb li jsiru xi tip ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet oħra li jaffettwaw il-prezz tax-xiri tal-vetturi?
Ftuħ ta' negozji ġodda — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jirispondi l-mistoqsija parlamentari 1908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?
Jista' l-Ministru jgħid li skond ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea kull ħanut irid ikollu l-ispecifications ta' fuq il-prodotti bl-Ingliż? Din tgħodd għall-ħwienet kollha ta' Malta? Hemm xi stabilimenti li jużaw il-lingwa Taljana?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-regolamenti ma jispeċifikawx il-lingwa li jrid ikollu ħanut imma l-lingwa li biha trid tingħata informazzjoni. Din l-informazzjoni s-soltu tingħata permezz tat-tikketta li tkun imwaħħla fuq il-prodott. Ir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea jħallu f’idejn l-Istat Membru biex jagħżel b’liema lingwa l-informazzjoni għanda tingħata. F’Malta il-maġġoranza tal-prodotti għandhom ikollhom l-informazzjoni bil-Malti jew bl-Ingliż. Pero’ hemm xi prodotti, bħal pestiċidi, li t-tikketta trid tkun kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Apparti minn hekk, il-prodotti tal-ikel, ħlief dawk li huma maħsuba għat-trabi, u prodotti bħal deterġenti jistgħu jkollhom l-informazzjoni jew bil-Malti, jew bl-Ingliż, jew bit-Taljan.
Żoni Industrijali — Vot Kapital - flus allokat għal upgrading
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-vot kapitali (vote VI Capital) allokat għal din is-sena għal upgrading f'Żoni Industrijali? Fejn sar dan ix-xogħol u kemm intnefqu f'kull każ?
Ta' Qali — Vot Kapitali - flus allokat għall-Crafts Village
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-vot kapitali (vote VI Capital) allokat għall-Crafts Village f'Ta' Qali? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm intnefaq f'kull każ?
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus issa mill-vot rikorrenti 41 bħala inċentivi għall-industrija tal-films? Kif ġew minfuqa dawn il-fondi, lil min u kemm f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lil-Hon. Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija tiegħu u jgħid għal liema perijodu qed jirreferi.
Malta Enterprise u MIP — Fondi Strutturali allokati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7173? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Fadal xi fondi li għadhom ma ġewx allokati?
Malta Enterprise u l-MIP — Fondi Struttuali allokati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7211? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Kif huwa maħsub li jintnefqu l-kumplament tal-fondi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji li jimpjegaw aktar minn 250 ħaddiem? Liema huma dawn il-kumpanniji? Kemm jimpjegaw ħaddiema fil-preżent u kemm kienu jimpjegaw ħaddiema sena ilu separatament?
Jista' l-Ministru jgħid xi statistika aġġornata għandu l-Gvern Malti minn kemm ilna li dħalna fl-Unjoni Ewropea sal-lum fejn jidħol il-waste, apparti mill-waste depożitat fil-bring-in site?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifri ta-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l- Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2302 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jinfurmani jekk għadhomx jiġu mportati mufflers- cioe' dak l-apparat li jitwaħħal mal-mutur biex jagħmel iktar ħoss fis-sewqan? Jekk le, kemm ilha li twaqqfet l-importazzjoni tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm ġew importati minnhom din is-sena u jekk humiex aċċettati għall-fini ta' ambjent minħabba n-noise pollution? X'kontrolli hemm fuqhom? Kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq kontravvenzjoni ta' ħoss eċċessiv minn dawn il-muturi bil-mufflers?
Response (FENECH, TONIO)
Cust 45/08/26
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont in-nomenklatura statistika tat-Tariffa Komuni tad-Dwana ta’ l-Unjoni Ewropea l-
mufflers
għall-muturi jaqgħu taħt CN code 87141900 u huma aggregati ma’ diversi
spare parts
u aċċessorji oħra ta’ muturi, roti u karreġġi għal persuni b’diżabilita’.
L-importazzjoni matul din is-sena ta’ dan is-CN code 87141900 laħħqet valur ta’ EUR 31591, b’total ta’ 3257
spare parts
u aċċessorji differenti. Għalhekk mhux possibbli li d-Dwana tkun taf kemm minn dawn kienu
mufflers
għall-muturi.
Rigward l-aħħar mistoqsijiet nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministri konċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ emigranti minn Għawdex u kemm emigranti ġew lura Għawdex fl-2006 u fl-2007 rispettivament, maqsumin f’nisa u rġiel?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1098, jista' l-Ministru jgħid kif intefqu l-fondi li ssemmew fl-aħħar parti tat-tweġiba?
Response (FENECH, TONIO)
Fondi li rċiviet Malta mill-EU mill- 2000 sa 2008
(Euro)
Programmi ta' qabel is-sħubija 2000-2003
28,506,127.35
Programmi ta' Faċilita' Tranżizzitorji (2004-2006)
11,580,185.40
Spejjeż ta' safar ta' delegazzjonijiet b'konnessjoni ma' l-EU
2,611,327.68
Somma globali u Kumpens għall-Budget
261,391,374.78
Programmi għal Fondi Strutturali 2004-2006(ERDF, ESF, FIFG, EAGGF, EQUAL, Coezjoni, Interreg, PRINCE)
57,919,394.64
Total
362,008,409.85
Taxxi fuq Capital gains final with holding provisional
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul ta' l-Gvern minn taxxi fuq il-qliegħ Capital gains final with holding provisional matul l-2007 sa Settembru 2008 xahar b'xahar? Kemm kien id-dħul tal-Gvern mit-taxxi tal-boll fuq kuntratt xahar b'xahar minn l-1 ta' Jannar sa 30 ta' Settembru 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 3013 papers laid.xlsPQ 3013 papers laid 2.xls
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Parental Leave - Irġiel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2746 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-settur li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Jista l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ min u kemm irċevew flus individwalment soċjetajiet, għaqdiet, individwi jew persuni mill-fond għall-kawżi ġusti mis-sena 2000 sal-31 ta’ Marzu 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant illi il-Fond Għall-Kaw¿i Ġusti beda jopera mill-2005.
Rendikont dettaljat, għal kull sena, sa l-2007 diġa tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba Parlamentari Numru PQ 283 li fiha d-dettalji ta‘ dawk l-organi¿¿azzjonijiet li bbenefikaw mill-Fond mil-l-1 ta’ Jannar, 2007 sa 31 ta’ Marzu l-2008.
Dwana ta' Malta — Attivita' Illegali fil-Portijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-impenn tad-dwana ta' Malta kontra kull attivita' illegali fil-portijiet (inkluż il-Port Ħieles) fil-yatch marinas u fl-ajruport? F'kull każ, x'kien ir-riżultat ta' dan l-impenn mill-2005 'l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dwana ta’ Malta fit-twettieq tal-ħidma tagħha tfittex li tħares l-għanijiet ewlenin komuni għall-Istati membri tal- EU. Dawn għandhom firxa wiesgħa u jinkludu:
· Il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunita’ u l-Istati Membri.
· Il-protezzjoni tal-Komunita’ minn kummerċ illegali u inġust filwaqt li tiffaċilita l-attivitajiet kummerċjali legittimi.
· Il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-Komunita’ u r-residenti tagħha u l-protezzjoni ta’ l-ambjent b’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet oħra.
· Bilanċ meqjus bejn kontrolli doganali u faċilitazzjoni tal-kummerċ leġittimu.
Id-Dwana ta’ Malta hija kontinwament impenjata f’attivitajiet ta’ kontroll u infurzar fit-territorju Malti kollu speċjalment fl-ajruport u l-portijiet.
Mill-2005 ‘l hawn, bħal snin oħra, twettqu ammont sostanzjali ta’ tfittxijiet u kontrolli fuq persuni, bagalji,
containers
, merkanzija,
yachts
etc.
Din il-ħidma tat diversi rizultati:
Ajruport – L-iktar notevoli huma diversi każi ta’ qbid ta’ droga, sigaretti u xorb, armi u munizzjon, għasafar u speċi oħra protetti, prodotti kontrafatti u flus kontanti.
Portijiet inkluż
yacht marinas
– Hawnhekk ukoll id-dwana kellha diversi riżultati mhux biss fil-ġlieda kontra d-dħul ta’ droga imma wkoll sigaretti u xorb alkoħoliku, prodotti kontrafatti, għasafar u speċi oħra protetti, vetturi u
fuel
.
Ta' min isemmi, li l-impenn tad-Dwana, jiġi eżerċitat ukoll għan-nom u in rappreżentanza ta' diversi Dipartimenti/entitajiet oħra.
Huwa diffiċli li wieħed jikkwantifka fid-dettal imma ta’ min isemmi li minn l-2005 l-hawn ġew konfiskati xejn inqas minn:
- 20,9 kg kokaina
- 26,8 kg eroina
- 75,715 pillola ristretti / kontrollati
- iktar minn 140 miljun sigarett li minnhom 73 miljun instabu li huma kontrafatti
- 142
container
bi prodotti kontrafatti li jvarjaw minn żraben, ħwejjeġ, aċċessorji tal-karozzi, prodotti elettroniċi, kożmetici u
toothpaste
sa
ball pens
.
Huwa ukoll fatt li l-preżenza tad-Dwana tirriżulta ta' deterrent għal min ikun qed jikkontempla li jwettaq xi reat ta' kuntrabandu, iżda jerġa' jdawwar fehmtu minħabba din il-preżenza.
Jista' l-Ministru jagħti xi dettalji dwar x'xogħol huwa maħsub li jsir mill-Malta Industrial Parks minn fondi ta' l-EU Structural Funds? Hemm proġetti oħra li għadhom li ma ġewx approvati u li l-Malta Industrial Parks applikat għal fondi ta' l-Unjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, fiex jikkonsistu dawn il-proġetti? X'inhi r-raġuni li dawn ma ġewx aċċettati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Industrial Parks ipproniet proġetti mill-fondi l-ġodda ta’ l-Unjoni Ewropea għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013.
Il-proġetti jikkonsistu fit-tisbieħ u titjib ta’ ħames żoni industrjali li huma indikati hawn taħt:
Ħal Far – Jitkompla l-proġett ta’ tisbiħ u titjib taż-żoni industrijali permezz ta’ żewġ fażi oħra li jinkludu xogħol ta’ titjib fl-infrastruttura (toroq, ġbir ta’ l-ilma tax-xita, dranaġġ,
fire hydrant system
, eċċ.) u tiżdied il-
landscaped area
Bulebel – Jiġi implimentat it-tieni fażi ta’ titjib u tisbiħ taż-żona industrjali u b’hekk ix-xogħol f’dan l-
estate
ikun tlesta. In-natura tax-xogħolijiet huma simili għal dawk ta’ Ħal Far
Kordin – Jinbeda il-proċess ta’
upgrading
f’din iż-żona permezz ta’ l-ewwel fażi li jinkludi xogħol ta’ titjib fl-infrastruttura tat-toroq prinċipali u l-bini ta’
administration block
li jiġi mħares mit-
tenants
u li fih ser ikollu
child day-care centre
Xewkija – Isir
upgrading
komplet f’dan l-
estate
permezz ta’ titjib fl-infrastruttura, il-
landscaping
u l-bini ta’
administration block
li jiġi mħares mit-
tenants
u li fih ser ikollu
child day-care centre
Mosta – Jinbena sular ieħor fl-
administration block
preżenti sabiex ikun jista’ jitwaqqaf
child-care centre
.
L-għan ta’ dawn il-proġetti huwa biex Malta tkun aktar kompetittiva permezz ta’ żoni industrijali ta’ livell internazzjonali u anke biex jitjiebu il-faċilitajiet u l-ambjent għall-impjegati f’dan is-settur.
Dawn il-proġetti ġew approvati mill-
Project Selection Committee
fi ħdan l-OPM u bħalissa għaddejjin it-tħejjijet neċessarji sabiex jitlestu t-
tenders
. Il-proġetti ser jiswew ma l-20 Miljun Ewro.