Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #23245 Sitting 312 2011-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Għajn — Jerma Hotel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jsir minflok il-Jerma Hotel f'Wied il-Għajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din il-mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba għax il-gvern mhux propjetarju tal-art b’mod li jista' jissometti applikazzjoni għall-iżvilupp.
Leg 11 PQ #23246 Sitting 312 2011-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

south ta' Malta — applikazzjoni għal bini ta' lukandi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni għal bini ta' lukandi fis-south ta' Malta? Jekk iva, fejn ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-awtorità għandha pendenti quddiemha sitt (6) applikazzjonijiet li jikkonċernaw bini jew alterazzjonijiet/estensjonijiet ta' lukandi, aparthotels, guesthouses li jaqgħu taħt il-pjanijiet lokali għan-nofsinhar ta' Malta u l-bajja ta' Marsaxlokk. ħamsa min dawn huma f'Marsascala u waħda qiegħda f'Ħal Luqa. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "hotel", "lukanda/i", "hostel", "guest house", "aparthotel", jew "tourist".
Leg 11 PQ #23247 Sitting 312 2011-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

tisbiħ fis-south ta' Malta — fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew flus mill-Unjoni Ewropea biex isir tisbiħ fis-south ta' Malta? Kemm kien l-ammont u għal liema proġett kienu dawn il-fondi? Kemm kienu jammontaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23304 Sitting 312 2011-02-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom diżabilità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23373 Sitting 312 2011-02-09 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pussess ta' oġġetti ta' valur storiku jew patrimonjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'oġġetti ta' valur storiku jew patrimonjali li jinsabu fil-pussess ta' pajjiżi esteri li però l-Gvern jemmen li għandhom ikunu fil-pussess tagħna ġew uffiċjalment mitluba li jigu ritornati lura f'pajjiżna? Bl-istess mod, hemm xi oġġetti storiċi jew patrimonjali li jinsabu fil-pussess tagħna li ġew mitluba minn xi pajjiżi esteri biex jgħaddu fil-pussess ta' xi pajjiż esteru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li ma jirriżultax li l-Gvern ta’ Malta qatt irċieva xi talba biex ikunu ritornati xi oġġetti storiċi li forsi oriġinaw minnhom u li forsi jinsabu Malta. Jien infurmat li m’hemm l-ebda talba simili min-naħa tal-Gvern ta’ Malta. Wieħed jista’ b’mod ġenerali jesprimi opinjonijiet dwar xi oġġett partikulari li jaħseb li jkun aktar floku li tali oġġett ikun Malta. Iżda deċiżjoni bħal din trid tittieħed abażi ta’ studji storiċi u legali profondi li jieħdu inkonsiderazzjoni l-liġijiet nazzjonali u internazzjonali li jirregolaw tali ċaqliq ta’ oġġetti storiċi.
Leg 11 PQ #23219 Sitting 311 2011-02-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi mill-Unjoni Ewropea — attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li ħadu fondi mill-Unjoni Ewropea fuq l-attivitajiet kulturali għas-sena 2011? Kemm ħadet fondi kull lokalità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ġabar mingħand il-Kunsilli Lokali nfushom, permezz ta’ Memo 10/2011 tal-31 ta’ Jannar 2011, jirriżulta li hemm żewġ Kunsill Lokali li kisbu fondi mil-Unjoni Ewropea għall-attivitajiet kulturali għas-sena 2011. Dawn huma l-Kunsill Lokali tal-Furjana li kiseb €7,907 u l-Kunsill Lokali ta’ Kerċem li kiseb €15,122.
Leg 11 PQ #23240 Sitting 311 2011-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

south ta' Malta — studji fuq it-trab iswed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-istudji fuq it-trab iswed li jaqa' fuq is-south ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23243 Sitting 311 2011-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

south ta' Malta — pjani tal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern biex isaħħaħ it-turizmu fis-south ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-turiżmu f’pajjiżna f’dawn l-aħħar snin għaddej minn bidla importanti fejn qed jonqsu t-turisti li jiġu bħala parti minn tour filwaqt li qed jiżdiedu t-turisti li jagħmlu l-bookings tagħhom b’mod indipendent. Dan qed igħin biex it-turiżmu jinfirex iżjed, hekk kif it-turist hekk imsejjaħ ‘indipendenti’ qed juża aktar karozzi tal-kiri, trasport pubbliku u mezzi oħra bħal open top buses biex jara partijiet ta’ Malta u Għawdex li fil-passat forsi ma kienux jattiraw daqstant turisti. Hemm lokalitajiet fin-nofs in-nhar ta’ Malta li qegħdin jaraw aktar attivita’ ekonomika b’riżultat ta’ din il-bidla. Dan anke minħabba attivitajiet li qed jorganizzaw kunsilli lokali, anke bl-għajnuna tal-Gvern u tal-Awtorita’ tat-Turiżmu biex jattiraw viżitaturi lejn il-lokal. Il-Gvern permess ta’ l-entitajiet u ministeri tiegħu qed jinvesti fi proġetti infrastrutturali sabiex jattira u jkabbar l-attivita’ turistika fin-Nofsinhar ta’ Malta. Fost dawn ta’ min isemmi l-proġett ta’ tisbiħ ta’ Marsaxlokk u tal- Promenade taż-Żurrieq, il-bini taċ-Ċentru tal-Viżitaturi u Tinda ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra, il-proġett ta’ restawr tas-Swar tal-Kottonera. Il-Gvern jara potenzjal kbir għall-iżvilupp ta’ boutique hotels f’lokalitajiet f’Malta u Għawdex. Dan it-tip ta’ lukandi żgħar jistgħu joffru prodott uniku u fl-istess ħin jiġġeneraw xogħol u kummerċ fil-lokalitajiet. L-Awtorita’ ta’ Malta għat-Turiżmu qed tħejji leġislazzjoni biex tirregola dawn it-tip ta’ akkomodazzjoni. Permezz tat- Tourism Grant Scheme, ingħataw fondi, lill-intrapriżi biex jgħinuhom jiftħu lukandi ta’ dan it-tip. Hemm potenzjal kbir f’lokalitajiet bħaż-Żejtun, Żurrieq, u oħrajn għal dan it-tip ta’ żvilupp. F’ l-aġġornament tal-politika nazzjonali għat-turiżmu li qed issir bħalissa ser inkunu qed inħarsu lejn kif nistgħu nkomplu nferrxu t-turiżmu lejn kull lokalita’ fil-gżejjer tagħna.
Leg 11 PQ #23244 Sitting 311 2011-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — żvilupp ġewwa s-south ta' Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma t-talbiet li hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar għal żvilupp ġewwa s-south ta' Malta? Jista' jispeċifika lokalità b'lokalità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorita' għandha pendenti quddiemha elf mitejn u ħamsa u ħamsin (1255) applikazzjoni li jaqgħu taħt il-pjanijiet lokali għan-nofsinhar ta' Malta u l-bajja ta' Marsaxlokk. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bid-dettalji mitluba li taqsam dawn l-applikazzjonijiet bill-Kunsill Lokali li jaqaw fijhom.
Leg 11 PQ #23339 Sitting 311 2011-02-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti u skemi ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22449, 22699 u 23025 u jgħid x’inhuma l-proġetti, l-iskemi, eċċ. għal Għawdex li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013? Jista’ jgħid liema minnhom diġà qed jitwettqu? Meta hu mistenni li jitlestew dawk li diġà qed jitwettqu? Liema minnhom għad iridu jibdew jitwettqu? Meta mistennija jibdew u meta mistennija jkunu lesti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
Leg 11 PQ #23412 Sitting 311 2011-02-08 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — informazzjoni dwar case load

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Dicembru 2006? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati; Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi; Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati; Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata? Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata, jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2006, il-Board tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: · Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u · Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23413 Sitting 311 2011-02-08 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — informazzjoni dwar case load

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Dicembru 2005? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati; Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi; Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati; Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata? Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2005, il-Bord ta l-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: · Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u · Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23414 Sitting 311 2011-02-08 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat tal-EPC A

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-EPC ‘A’ fil-ġimgħa ta' bejn il-31 ta' Jannar u l-4 ta' Frar 2011? Jista' jgħid kemm-il applikazzjoni kellu quddiemu dan l-EPC kull darba li ltaqa'? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu deċiżi u kemm kienu diferiti? Jista' jgħid minn dawk deċiżi, kemm kien hemm approvati u kemm kien hemm rifjutati? Jista' jgħid ukoll il-ħin li fih bdiet u spiċċat kull seduta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23415 Sitting 311 2011-02-08 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

laqgħat tal-EPC B

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-EPC ‘B’ fil-ġimgħa ta' bejn il-31 ta' Jannar u l-4 ta' Frar 2011? Jista' jgħid kemm-il applikazzjoni kellu quddiemu dan l-EPC kull darba li ltaqa'? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu deċiżi u kemm kienu diferiti? Jista' jgħid minn dawk deċiżi kemm kien hemm approvati u kemm kien hemm rifjutati? Jista' jgħid ukoll il-ħin li fih bdiet u spiċċat kull seduta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23416 Sitting 311 2011-02-08 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Żoni tal-bini

Question

Jista' jwieġeb mistoqsija parlamentari 22266 u jaġġorna Tabella Nru 1 li kienet annessa mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3532?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella aġġornata tal-PQ 3532 li hija valida sas-17 ta’ Jannar 2011.
Leg 11 PQ #22633 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

każ tad-Dwejra — assessment

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21786 u ċioe: Billi fil-każ tal-Mistra li kienet Natura 2000 site, kif ukoll fir-rapport tiegħu l-Awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kien stqarr li kien hemm bżonn ta' appropriate assessment, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm assessment simili fil-każ tad-Dwejra? Jekk le, min se jerfa' r-responsabbiltà diretta għal dan in-nuqqas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont id-Direttiva tal-Ambjent Naturali (il-Habitats Directive), hemm bżonn ta’ appropriate assessment biss jekk l-Awtorita kompetenti tistabbilixxi li jkun probabbli li jkun hemm impant sinifikattiv fuq is-sit Natura 2000. Fil-każ tad-Dwejra, il-filming kien kontenut għal ‘żona bajda’, ossija buffer zone, li ma fihiex l-ebda ambjent naturali importanza skont id-Direttiva msemmija aktar kmieni u r-Regolamenti tal-2006 għall-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjent Naturali (Avviż Legali 311 tal-2006) (ara t-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21792 għal aktar tagħrif. Minbarra dan, il-filming kellu sensiela ta’ kundizzjonijiet illi kieku osservati, kienu jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda theddida għas-sit.
Leg 11 PQ #22634 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dwejra — data ta' meta saret il-ħsara

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21787 u jgħid meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ntebħet li saret il-ħsara fid-Dwejra? Dan billi s-Sur M. Seychell qal li kien fit-28 t'Ottubru 2010 filwaqt li d-Direttur tal-Ippjanar, is-Sur Chris Borg tal-istess awtorità stqarr li dan sar fl-14 t'Ottubru 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-data tal-14 t’Ottubru 2010 hija relatata mat-tqegħid tar-ramel bi ksur tal-kundizzjonijiet tal-konċessjoni maħruġa mill-MEPA filwaqt li d-data tat-28 t’Ottubru 2010 hija d-data ta' meta da]lu l-inġenji fil-fażijiet tal-żarmar sabiex jitneħħa r-ramel. Għalhekk iż-żewġ dati huma korretti.
Leg 11 PQ #22635 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — azzjoni dwar il-każ tad-Dwejra

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21788 u jara jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tistax tikkonferma l-allegazzjoni li ma ħadet l-ebda azzjoni qabel ma dehru rapporti fil-media dwar il-każ tad-Dwejra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorita ħadet azzjoni korrettiva hekk kif saret taf bi ksur fil-kundizzjonijiet tal-permess u dan qabel ma dehru l-istejjer fl-istampa. Kienu diġa ngħataw struzzjonijiet lill-operatur kemm fl-14 ta' Ottubru 2010 dwar tneħħija tar-ramel wara l-filming kif ukoll biex jitneħħew inġenji tqal minn fuq is-sit fid-29 ta' Ottubru 2010.
Leg 11 PQ #22645 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

informazzjoni rigward it-taħdidiet li saru mal-Kanċillier tal-Ġermanja Federali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fit-taħdidiet li saru mal-Kanċillier tal-Ġermanja Federali A. Merkel, sarx lobbying mill-Gvern Malti dwar il-post-2013 budget tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-pożizzjoni tal-Gvern Malti fir-rigward tal-Budget tal-Unjoni Ewropea wara l-2013 kienet punt ewlieni fuq l-aġenda ta’ taħdidiet mal-Kanċilier Ġermanja Federali li saru Kastilja fl-10 ta’ Jannar 2011.
Leg 11 PQ #23202 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — pjan lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data eżatta ta' meta daħal fis-seħħ kull pjan lokali li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar addottat tul is-snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-data tal-approvazzjoni tal-pjanijijet lokali huma kif indikati: Pjan Lokali għall-Bajja ta’ Marsaxlokk – għoxrin ta’ Jannar, elf disa’ mija u ħamsa u disgħin. Pjan Lokali għall-Port il-Kbir – disgħa u għoxrin t’April elfejn u tnejn. Pjan Lokali tal-Majjistral – tlieta t’Awissu elfejn u sitta. Pjan Lokali għat-Tramuntana tal-Portijiet – tlieta t’Awissu elfejn u sitta. Pjan Lokali għaċ-ċentru ta’ Malta – tlieta t’Awissu elfejn u sitta. Pjan Lokali għal Għawdex u Kemmuna – tlieta t’Awissu elfejn u sitta. Pjan Lokali għan-Nofs in-Nhar – tlieta t’Awissu elfejn u sitta.