Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Skemi ta' għajnuna lill-investiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi skemi ta' għajnuna lill-investiment ingħataw b'attenzjoni speċjali għal Għawdex? Kemm kienet din in-nefqa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Enterprise għandha skemi ta’ għajnuna speċifikament fuq Għawdex li huma għajnuna fuq transport bejn Malta u Għawdex (Industry in Gozo), kif ukoll għajnuna fuq hlas ta’ parti mis-salarji ta’ impjiegi ġodda (Gozo Regeneration scheme). Fir-rigward ta’ transport bejn Malta u Għawdex, bejn is-snin 2005 sa 2007 ġiet approvata għajnuna li tammonta għal €1,193,085. L-inċentiva tinħadem abażi ta’ l- audited accounts , konfirma ta’ l-ispejjes mil-audituri, u dokumentazzjoni relevanti oħra , li jissottomettu l-kumpaniji ma l-applikazzjoni lil Malta Enterprise. B’hekk il-figuri għas-sena 2008 ikunu disponibbli wara li din l-informazzjoni tinghata lil Malta Enterprise. Fir-rigward ta’ ħlas ta’ parti mis-salarji ta’ impjiegi ġodda, liema skema qegħda tiġi amministrata flimkien ma’ l-ETC, din ġiet fis-seħħ fis-sena 2008, u għas-sena 2008 ġiet approvata għajnuna li tammonta għal €297,327.

Manifattura ta' valur miżjud

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret matul is-sena 2008 dwar il-manifattura ta’ valur miżjud għoli u x’kienu r-riżultati miksuba?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT ġħandu biss l-informazzjoni miġbura mid-denunzji tat-taxxa. Għaldaqstant, id-dettalji mitluba mill-Interpellant ma jiffurmawx parti mill-informazzjoni fuq id-denunzji.

Unjoni Ewropea — Żoni industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa matul din is-sena biex jitjiebu ż-żoni industrijali għall-intrapriżi ż-żgħar? Fejn sar dan ix-xogħol u kemm ġie jiswa f'kull każ separatament? Kemm kienu l-fondi li ġew mill-Unjoni Ewropea għal dan l-iskop?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ta' Qali — Villaġġ ta' l-Artiġjanat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm negozji fil-villaġġ il-ġdid ta' l-artiġjanat ġewwa Ta' Qali? Kemm qed jimpjegaw nies dawn in-negozji? Kemm kien l-investiment tal-Gvern? Kemm minnhom huma fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsascala — Wied Ziju - Espropjazzjoni ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ivversax flus wara l-espropjazzjoni ta' l-artijiet fiż-żona ta' Wied iż-Ziju magħrufa bħala ta' l-Iskarpell Marsascala, liema espropjazzjoni saret iktar min 20 sena ilu? Jekk le, jista' jgħid x'qed jistenna l-Gvern biex jivversa dawn il-flus bħala kumpens wara l-espropjazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Parental Leave - Irġiel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3017 u 2746 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-settur li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq parental leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bank Ċentrali ta' Malta — Remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti il-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni li ġew mogħtija lill-Gvernatur u d-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, meta dawn il-karigi ġew imġedda f'dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bank Ċentrali ta' Malta — Executive Management Committee

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni li jirċievu l-ħames diretturi impjegati fil-Bank Ċentrali ta' Malta li jagħmlu parti mill-Executive Management Committee ta' l-istess Bank?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Lista ta' Kimiċi f'industrija lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern bediex jiġbor lista ta’ kimiċi qabel ma' dawn jintużaw fl-industrija lokali? Liema awtorità hija responsabbli għad-data collection u l-enforcement tagħhom? Kif qed isiru l-verifiki mal-importazzjoni tagħhom? Ir-residues tagħhom fejn qed jiġu dumped wara li jiġu użati? X’inċentivi qed jingħataw lill-industrija lokali biex ibiddlu l-metodi tagħhom jekk qed jużaw kimiċi simili?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel nett hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn importazzjoni intra-komunitarja u dik extra-komunitarja. L-importazzjoni ta’ prodotti kimiċi minn pajjiżi komunitarji tibbenifika mis-suq ħieles u għalhekk ma hemm l-ebda mekkaniżmu għall-ġbir ta’ listi ta’ prodotti kimiċi li ġejjin minn pajjiż ieħor Membru tal-Komunita’ Ewropea. Dawk il-prodotti li ġejjin minn barra l-UE huma sottoposti għall-kontrolli mid-dwana li qed iżżomm lista ta’ prodotti kimiċi li qegħdin jiġu impurtati f’Malta. Ir-Regolament REACH li jkopri t-tqegħid fis-suq tal-prodotti kimiċi huwa amministrat lokalment mill-Awtorita Maltija għall-iStandards (MSA) u jinkludi wkoll aġenzija komunitarja li tinsab fil-Finlandja (ECHA). Hemm informazzjoni li tinġabar mill-Aġenzija kif ukoll informazzjoni li tinġabar mill-MSA. L-infurzar ta’ dan ir-Regolament huwa f’idejn l-MSA bl-għajnuna ta’ entitajiet governattivi oħra li huma tal-kumitat eREACH. Dan ir-regolament qed fil-bidu tiegħu (madwar l-EU kollha) u għalhekk l-infurzar tiegħu għadu fl-ewwel passi, pero l-kontrolli għadhom ikunu bbażati fuq data ta’ importazzjoni u kontrolli fl-impjanti industrijali individwali (permezz ta’ l-użu ta’ dokumentazzjoni u fejn hemm bżonn jkun hemm it-tehid ta’ kampjuni għall-ittestjar). Kull prodott kimiku għandu jkollu l-iskeda dwar is-sigurta’ tal-materjal fejn jiġi speċifikat kif għandu jiġi dispost l-iskart ta’ dak il-prodott. Min juża dak il-prodott kimiku huwa obbligat li jimxi fuq dak li hemm fl-iskeda tas-sigurta’ tal-materjal. L-MSA ma topera l-ebda skema ta’ inċentivi sabiex jinbidlu metodoloġija jew sustanzi kimiċi.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Minstru jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Prodott Gross Domestiku — Produzzjoni u Importazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Prodott Domestiku Gross fi prezzijiet tas-suq għal Malta u għal Għawdex separatment fl-1999, fl-2006 u fl-2007? Kemm kien l-ammont ta’ taxxi, kull taxxa għaliha, (i) fuq produzzjoni u (ii) fuq importazzjoni bħala komponenti tal-Prodott Domestiku Gross f’kull każ? X’kien l-ammont ta’ sussidju f’kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Valur Gross Miżjud — Prezzijiet Bażiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Miżjud Gross fi prezzijiet bażiċi għal Malta u għal Għawdex separatament fl-1999, fl-2006 u fl-2007? Kemm kien jammonta l-kontribut tad-diversi setturi ta’ l-ekonomija individwalment għal dan il-valur?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Prodott Domestiku Gross — Prezzijiet tas-suq - kumpens tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien jammonta fi prezzijiet tas-suq, il-kumpens tal-ħaddiema bħala komponent tal-Prodott Domestiku Gross għal Malta u Għawdex separatament għas-snin 1999, 2006 u 2007?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jiġbor data tan-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu Malta u Għawdex separatament. Din tiġi ppubblikata minn żmien għal żmien fin-news releases ta’ l-NSO. Data dwar kumpens ta’ ħaddiema ma tinġabarx separatament iżda fuq bażi nazzjonali. Tista’ ssir stima biex dan il-kumpens jinqasam fi tnejn. Madankollu, dan ikun jirrikjedi li jsiru xi assumptions, għaliex il-produttivita u n-numru ta’ sigħat bħala medja ivarja minn reġjun għal ieħor. Tajjeb illi l-NSO jispeċifika illi il-kumpens tal-ħaddiema għal Malta u Għawdex separatament mhux rikjest mill-Eurostat peress dawn huma reġjun tal-kategorija NUTS III.

Prezzijiet tas-suq — profitt gross u dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jammonta fi prezzijiet tas-suq il-profitt gross u dħul ieħor mixxellanju separatament bħala komponent tal-Prodott Domestiku Gross għal Malta u Għawdex separatament għas-snin 1999, 2006 u 2007?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tnaqqis fl-amministrazzjoni pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' tnaqqis ta' l-amministrazzjoni pubblika fuq l-oqsma produttivi ta' pajjizna matul din is-sena 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara l-mistoqsija tiegħu.

Malta Enterprise — Fondi allokati għall-inċentivi

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi allokati għall-inċentivi mogħtija mill-Malta Enterprise taħt l-item 7096? Kif ġew minfuqa, kemm f'kull każ u lil min?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għall-perjodu minn Jannar sa Settembru 2008, intefaq l-ammont ta’ €8,079,838 mill-Vot kapitali X taht l-item 7096. Dan l-ammont intefaq fuq id-diversi skemi kif spjegat fil-lista annessa. Investment Incentives Subvention as at 30 September 2008 Vote X - Item 7096 Euro Access to Finance Interest Subsidy 347,422 Soft Loans 63,083 Investment Aid Gozo Regeneration 180,992 Investment Aid 6,961,658 SME Development START (Start-up incentives) 10,027 SME Development 14,881 Exploratory Awards 5,000 R & D and I Eureka 76,793 Enterprise Development Business Development 56,519 International Competitiveness 165,967 Business Advisors 10,713 Others International competitiveness 1,871 ECO Innovation 116,544 ERDF schemes for year 2007 68,367 Total financing 8,079,838

Malta Enterprise — Proġetti ta' espanzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-12-il proġett ta' espanzjoni minn azjendi Maltin u internazzjonali li ġew aċċettati fl-2007 mill-Malta Enterprise u kemm kien l-investiment reali li dawn wettqu? Jista' jgħid ukoll kemm inħolqu impjiegi b'effett ta' dawn l-espanzjonijiet f'kull azjenda msemmija separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l- Malta Enterprise ma tistax tiżvela ismijiet ta’ kumpanniji peress li din l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva marbuta mal-BPA. Mhux possibbli li tanalizza ż-żieda fl-impiegi wara sena biss li jiġu approvati proġetti. Il- Malta Enterprise normalment tiġbor din l-informazzjoni tliet snin wara li l-proġett jiġi approvat.

MIP — Vot kapitali - Fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi allokati għall-MIP taħt l-item 7210? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika — Stabbilimenti tas-self catering

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jiġborx l-istatistika tat-turisti li jmorru fl-istabbilimenti tas-self catering, meta f'Għawdex hemm aktar sodod fis-self catering milli fil-lukandi? Ma jidhirlux li l-istatistika pubblikata dwar it-turisti f'Għawdex mhux kompluta mingħajr dawn? Jikkonsidra l-Ministru li Għawdex għandu jkollu sezzjoni ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika li jikkonċentra fuq il-ġbir ta' statistika li tiffoka fuq Għawdex biss, partikolarment fejn jidħol it-turiżmu u l-impjegati li jaħdmu fis-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ta' Qali — Crafts village

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1643, 1231 u 878 u jispjega fiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċax ix-xogħol fuq il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.