Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #23450 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

photovoltaic farms

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern u l-linja ta' gwida tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-iżvilupp tal-photovoltaic farms fil-gżejjer tagħna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23458 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — passing out parades

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm passing out parades ta' gruppi ta' rekluti ġodda tal-Forzi Armati ta' Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' rekluti f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li tul dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm ħdax (11) il-passing out parade ta’ gruppi ta’ rekluti ġodda fil-Forzi Armati ta’ Malta. In-numri tatall ta’ rekluti li għamlu l-Passing Out f’ dawn l-aħħar għaxar snin jammonta għall sitt mija tnejn u ħamsin (652) – id-distrubuzzjoni skond is-sena huwa kif elenkat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23459 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — korsijiet fl-Università

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba kien hemm sejħa fil-Forzi Armati ta' Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin sabiex membri tal-istess Forzi Armati jattendu xi kors fl-Università ta' Malta? Jista' jgħid għal kull każ kemm kien in-numru ta' applikanti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l- Forzi Armati ta’ Malta qatt ma ħarġet sejħa speċifika għall-applikazzjonijiet filwaqt li l-Armata dejjem tħeġġeġ għal iktar tagħlim fejn il-membri tagħha jkunu jistgħu japplikaw biex jattendu korsijiet l-Universita ta’ Malta. Ġeneralment, dawk il-membri tal-Forza li jattendu kors l-Universita’ , jagħmlu dan bl-inizjativa tagħhom.Dawn jistgħu jiġu megħjuna kemm billi jingħataw ħin mix-xogħol jew billi l-Forza tagħmel tajjeb għall-parti mill-ispejjez tal-kors, dan skond id-direzzjoni mogħtija fl-iStanding Orders relevanti, li se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra ma din it-tweġiba.Korsijiet l-Universita’ li attendew għaliihom membri tal-Forza tul dawn l-aħħar għaxar snin huma kif ġew spjegati fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru.20779, li kienet tressqet mill-Onor.Interpellant fit-28 ta’ Ottubru 2010. *Vide PL 8318 li ngħatat nhar it-Tlieta, 1 ta' Novembru fis-Seduta 400
Leg 11 PQ #23510 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Outline permits imġedda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew imġedda outline permits matul is-snin 2005 - 2010 kull sena separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23511 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — scanning ta' pjanti u dokumenti oħra

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23282 u jgħid għand liema kumpanija l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qiegħda tagħmel l-iscanning ta' pjanti u dokumenti oħra? X'inhi r-rata li qiegħda titħallas għal dan is-servizz? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-kumpanija li tipprovdi dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23530 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Konsumaturi u tal-Kompetitzzjoni — Product Safety Officers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk żewġ Product Safety Officers li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni, li preżentement jokkupaw il-pożizzjoni ta’ direttur u shareholder, li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx il-permess biex jagħmlu xogħol privat għal din il-kumpanija skont il-Public Service Management Code u jekk iva, meta ngħata? Jekk għandhom permess sabiex jagħmlu dan ix-xogħol, dan il-fatt jista' potenzjalment jew effettivament joħloq konflitt ta’ interess minħabba li x-xogħol privat tagħhom effettivament jew potenzjalment jista' jġibhom f’kuntatt ma’ numru ta’ intrapriżi, jew klijenti, li potenzjalment jew effettivament jistgħu jaqgħu taħt l-iskrutinju tad-Dipartiment kemm bħala Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta jew in kwantu bħala Dipartiment tal-Konsumatur? Jekk ma ngħatax permess x’passi dixxiplinari ttieħdu? Jista' jara ukoll jekk ix-xogħol privat li bħalissa qed iwettqu jikkwalifikahomx bħala kummerċjanti skont id-definizzjoni mogħtija fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur jew intrapriża ai termini tal-Att dwar il-Kompetizzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-uffiċjali msemmija għandhom permess skont il-Public Service Management Code biex jagħmlu xogħol privat.Dan il-permess ingħata fl-2006. Ix-xogħol li dawn l-uffiċjali qegħdin jagħmlu privatament wara l-ħin tax-xogħol ma jirrapreżentax konflitt ta’ interess la dirett u lanqas indirett man-natura tax-xogħol li qed jagħmlu mas-servizz pubbliku. La ingħata l-permess ġie evaluat u aċċertat li m’hemmx impatt negativ fuq id-dipartiment ikkonċernat u s-servizz publiku inġenerali.
Leg 11 PQ #23531 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ingaġġ tal-ħaddiema klerikali fis-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jsir l-ingaġġ tal-ħaddiema klerikali li għaddew mill-eżamijiet tas-servizz pubbliku li kienu saru matul is-sena li għaddiet u wara li tħabbru r-riżultati baqgħu ma rċevew xejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari diġa’ ngħatat permezz tat-tweġibiet għall-Mistoqsija Parlamentari numri 19111, 19351, 21311, W184, 23037 u 23049.
Leg 11 PQ #23536 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni — Aġend Direttur Ġenerali

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkomferma li l-Aġent Direttur Ġenerali fi ħdan id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni talabx permess sabiex ikun jista' jagħmel xogħol privat u jekk dan sarx skont il-proċeduri stabbiliti mill-Public Service Management Code? Meta saret din it-talba u meta ngħata dan il-permess? Jekk ma ngħatax dan il-pemess x’passi dixxiplinari se jittieħdu? Jekk l-Aġent Direttur Ġenerali konċernat ingħata permess, dan il-fatt jista' joħloq konflitt ta’ interess peress li x-xogħol privat tiegħu iġġibu f’kuntatt ma’ numru ta’ intrapriżi, jew klijenti li potenzjalment jistgħu b’xi mod jew ieħor jaqgħu taħt l-iskrutinju tad-Dipartiment kemm bħala Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta jew in kwantu bħala Dipartiment tal-Konsumatur? Jaħseb il-Prim Ministru li l-fatt li hu jista' jkollu fil-pussess tiegħu ċerta informazzjoni ta’ natura kummerċjalment sensittiva li hu jkun akkwista fil-qadi ta’ dmirijietu fid-dipartiment jista' ma jkunx ġust fil-konfront ta’ dawk il-kummerċjanti jew intrapriżi li ma jkunux klijenti tiegħu in kwantu tax-xogħol privat tiegħu? Jaħseb li x-xogħol privat li bħalissa qed iwettaq jista' jikkwalifikah bħala kummerċjant skont id-definizzjoni mogħtija fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur jew intrapriża ai termini tal-Att dwar il-Kompetizzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onor.Interpellant li bħalissa għaddejja d-diskussjoni fl-istadju ta’ Kumitat fuq liġi ġdida li twaqqaf l-Awtorita’ ta’ Malta għal Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur. Kif din il-liġi approvata mill-istadji kollha d-Divizjoni tal-Kompetizzjoni u l-Konsumatur ser tiġi assorbita f’ din l-Awtorita’ ġdida. Għaldaqstant waqt li qed tittieħed nota f’ din il-Mistoqsija Parlamentari u ser jittieħed in konsiderazzjoni fit-twaqqif tal-Awtorita’ l-ġdida l-Uffiċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni ser jindaga aktar fid-dettal. B’ hekk nassiguraw li din titwaqqaf fuq bażi soda mill-ewwel.
Leg 11 PQ #23537 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur kurrenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il parir ingħata mill-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur kurrenti, meta ingħata dawn il-pariri u fuq liema oqsma, fir-rigward tas-segwenti: a) dwar kif għandu jagħmel il- policy li għandu jimxi biha d-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu taħt il-Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur jew kull liġi oħra; b) li jgħin fuq miżuri għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23540 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xemxija — siġar taż-żebbuġ

Question

Billi l-masġar tas-siġar taż-żebbuġ li hemm ix-Xemxija li ilu mgħoddi għand il-Birdlife biex jieħdu ħsiebu qed ikun sors ta' ilment minn diversi nies, minħabba li taħt l-istess siġar jikber ħafna ħaxix li jitħalla jikber bla kontroll, jista' l-Prim Ministru jitlob lill-Birdlife biex tieħu ħsieb dawn l-inħawi b'mod aħjar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-ftehim ta' ġestjoni jistipula li l-masġar taż-żebbuġ ikun mgħoddi lill-BirdLife Malta bħala parti mir-riżerva natura. Madankollu parti biss ta' dan hija attwalment magħluqa. Importanti li wieħed iżomm quddiem għajnejh li din hija RIŻERVA NATURALI. Ħaxix f’riserva naturali mhux maqtugħ u s-siġar mhumiex miżbura kif isir fi ġnien pubbliku. Il-ħxejjex għoljin huma sors ta' ikel għall-agħsafar, filwaqt li jservi wkoll ta’ żoni mportanti fejn ibejtu ċerti speċi ta’ Buful ta’ l-Għollieq (Warblers). Jekk BirdLife Malta kellha tnaqqas l-ħaxix b'dan it-tali mod, tkun qegħda tbagħbas mall-karattru eżistenti tal-post, filwaqt li tesponi l-masġar taż-żebbuġ għall-pikniks u dan bħala riżultat iżid it-tfixkil.
Leg 11 PQ #23559 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Interim From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Area of Rationalisation — extension

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-policy fejn hemm area of rationalisation bħalma huwa l-każ tal-applikazzjoni tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, u għandha tarbija ta' tmien xhur, għandhiex tiġi kkunsidrata li tista' tagħmel applikazzjoni għal extension li tinkludi żieda ta' żewġ kmamar fl-istess dar imsemmija? Dan huwa każ ċar umanitarju li qed jiġi miltub li jiġi kkunsidrat mill-aktar fis?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23582 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Qala - Tal Muxi - raddam

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ir-radam li ntefa f'Tal Muxi, fil-Qala, Għawdex għadu hemm u l-kuntrattur ma ġiex ordnat li jneħħiħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23586 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stallar u manutenzjoni ta' bus shelters

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21661 u jgħid meta l-konċessjoni għall-istallar u l-manutenzjoni tal-bus shelters suppost tiġi mġedda? Jista' jgħid meta jiskadi t-terminu tal-konċessjoni u x'inhu il-mekkaniżmu ta' tiġdid ta' din il-konċessjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23597 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — food entitlement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23295 u jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom food entitlement? Jista’ jgħid kemm hu l-budget allokat kull sena u kemm kienet in-nefqa f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23631 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — rationalisation sites

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fl-eżerċizzju tal-approvazzjoni ta' rationalisation sites li ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jekk jonqosx li jittieħed vot fil-Parlament għall-approvazzjoni uffiċjali ta' sites?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23640 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EIA — terminal tal-Marfa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23158 u ċioe: b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22764 fejn qal li l-Gvern se jkompli jinvesti sabiex titjieb l-infrastruttura anke permezz tal-bini tat-terminal ġewwa l-Marfa, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-Gvern iddeċieda li jibni terminal ġewwa l-Marfa? Sar xi Environment Impact Assessment għal dan it-terminal? X’inhuwa l-iskop u l-bżonn li jinbena dan it-terminal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Ferry Terminal fiċ-Ċirkewwa. Jekk dan huwa il-każ ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għall-applikazzjoni PA 1759/98 ('Extension of existing quay and breakwater, and proposed marshalling area' site at il-Port taċ-Ċirkewwa) sar EIA. Jien infurmat li d-deċiżjoni tal-Gvern li jibni terminal ġewwa l-Marfa ttieħdet fl-1996. Naħseb li l-iskop u l-bżonn li jinbena dan it-terminal huwa magħruf tajjeb u ġie diskuss diversi drabi f’din il-Kamra. Fuq fuq, l-iskop u l-bżonn għal dan it-terminal huwa biex: Jitnaqqas l-ammont ta’ drabi li s-servizz ta’ Trasport bejn Malta u Għawdex jiġi affetwat (ittardjat jew imħassar) minħabba maltemp. Ikun hemm servizz aktar ta’ min joqgħod fuqu (reliability), titjieb il-kwalita’ tas-servizzi fil-port billi jkun hemm kenn adekwat, kumdita’ u faċilitajiet aħjar u aktar sigurta’ għal-passiġġieri u l-vetturi li jaqsmu bejn Malta għal Għawdex miċ-Ċirkewwa. Ikun hemm segregazzjoni bejn passiġġieri bil-mixi u vetturi huma w telgħin jew neżlin mill-vapur. Ikun hemm aktar effiċjenza fl-operat tal-port u jonqos il-ħin tal-operat fil-ħatt u t-tagħbija tal-vapuri. Jonqos il-ħin ta’ trasport bejn Malta u Għawdex u b’riżultat ta’ dan jonqsu l-ispejjez finanzjarji u ekonomiċi għal min juża dan is-servizz, inkluż is-settur kummerċjali. Titnaqqas l-insularita’ doppja tal-gżira ta’ Għawdex.
Leg 11 PQ #23648 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Evans Building — lift skont l-istandards

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk il-lift li hemm fil-bini magħruf bħala Evans Building il-Belt fejn hemm il-Malta Standards Authority huwiex miżmum skont l-avviż legali li jirregola l-lifts?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23649 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

uffiċini tal-gvern — regolamenti dwar lifts

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra x'passi qed jittieħdu biex jiġu osservati r-regolamenti tal-lifts kull fejn hemm uffiċini tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22809 Sitting 312 2011-02-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — officers u managers li marru 'lil hinn mill-call of duty tagħhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2009 sal-lum, kemm kien hemm każi fejn : - l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar niediet inkjesti permezz ta’ kummissjonijiet imwaqqfin ad hoc biex tinvestiga każi fejn case officers u/jew area team managers marru 'lil hinn mill- call of duty tagħhom; - liema kienu dawn il-każijiet; - minn min kienu komposti l-kummissjonijiet konċernati; - x’kien l-eżitu tal-ħidma ta’ kull kummissjoni ad hoc li ġiet imwaqqfa; - billi kelliem għall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dan l-aħħar qalli li fejn jirriżulta li kien hemm imġieba abbużiva mill- case officers u l- area team managers l-awtorità kienet se tieħu l-azzjoni dixxiplinari meħtieġa, kemm kien hemm każi fejn dan sar digà?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li : · Kienu twaqqfu żewġ bordijiet ta’ inkjesta ad hoc li kienu investigaw tliet każijiet fejn kien allegat li membri tad-Direttorat tal-Ippjanar kienu mxew b’mod li jmur lil hinn mid-dmirijiet tagħhom. · Il-każijiet kienu jirrelataw PA 2057/05, Pa 4472/06 u PA3437/07 · Il-Kummissjonijiet kienu komposti hekk: PA 2057/05; Inġ Joe Farrugia – MEPA Noard Member, Chair (voting) Mr Joe Tabone Jacono – MEPA Board Member, Member (voting) Mr Charles Bonnici – MEPA Board Member, Member (voting) Perit Christopher Borg, Direttur ta’ l-Ippjanar, (biex jagħti parir tekniku) Dr A Degaetano, Legal Office (biex jagħti parir legali) Ms Maryanne Bonnet Sladden, Segretarja PA 4472/06 Ing Joe Farrugia- MEPA Board Member, Chair (voting) u Mr Joe Tabone Jacono – MEPA Board Member, member (voting) PA 3437/07 Mr Charles Bonnici – MEPA Board Member, Member (voting) Perit Christopher Borg, Direttur ta’ l-Ippjanar, (biex jagħti parir tekniku) Dr Ian Stafrace, Legal Office 9Biex jagħti parir legali) Ms Marlene Attard, Segretarja Bħala riżultati ta’ dawn l-injesti, saru żewġ rapporti li kienu diskussi fil-Bord tal-MEPA. (kopji annessi) B’riżultat tal-ewwel Bord ta’ Inkjesta, ma kien hemm ebda raġuni għala jittieħdu passi dixxiplinarji. Fit-tieni każ, l-uffiċjali kkonċernati ingħataw twissija verbali skond id-direzzjoni li kienet maqbula fil-Bord tal-MEPA.
Leg 11 PQ #22813 Sitting 312 2011-02-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — appartamenti ħdejn mega projects - problemi biex jinbiegħu jew jgħixu fihom in-nies

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar familji li jkunu xtraw appartamenti jew binjiet f’mega projects fejn ma jkunux jistgħu mhux biss jgħammru, iżda lanqas ibiegħu l-appartamenti tagħhom lil terzi minħabba li għal raġunijiet fosthom finanzjarji 'lil hinn mill-kontroll tal-iżviluppaturi dawn ma jkunux f’qagħda li saħansitra jkomplu x-xogħol fuq il-partijiet komuni ta’ dawn il-blokok bini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li din hija materja ċivili li tkun regolata mill-kuntratt li jkun sar bejn ix-xerrejja u l-iżviluppaturi u jew il-liġi applikabbli.