Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2815 u jgħid kemm hawn kumpanniji li jimpjegaw aktar minn 250 ħaddiem? Liema huma dawn il-kumpanniji? Kemm jimpjegaw ħaddiema fil-preżent u kemm kienu jimpjegaw ħaddiema sena ilu separatament?
Malta Enterprise u l-MIP — Fondi Strutturali allokati
Question
Filwaqt li nixtieq niċċara li l-perijodu li qed nirreferi għalih hija din is-sena 2008, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2814 u jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7211? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Kif huwa maħsub li jintnefqu l-kumplament tal-fondi?
Jista' l-Ministru jgħid xi statistika aġġornata għandu l-Gvern Malti minn kemm ilna li dħalna fl-Unjoni Ewropea sal-lum fejn jidħol il-waste, apparti mill-waste depożitat fil-bring-in site?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi:
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 2150/2002 tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-Istatistika ta’ l-Iskart introduċa qafas għall-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja dwar il-produzzjoni u l-ġestjoni ta’ l-iskart minn attivitajiet ekonomiċi u djar privati. Sabiex tiġi miġbura l-istatistika meħtieġa għall-provedimenti ta’ dan ir-Regolament l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika qiegħed jikkollabora flimkien mal-MEPA u l-WasteServ fuq bażi regolari. Din il-kollaborazzjoni wasslet sabiex f’dawn l-aħħar snin żdiedet l-ammont ta’ statistika prodotta dwar l-iskart f’Malta.
Kemm il-WasteServ kif ukoll il-MEPA ifornu lill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika b’informazzjoni dwar il-ġestjoni ta’ l-iskart li tista’ tiġi wżata għall-finijiet tar-Regolament Ewropew dwar l-istatistika ta’ l-Iskart. Barra minn hekk l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika juża din l-informazzjoni sabiex jippubblika diversi statistiċi ta’ relevanza lokali rigward dan is-suġġett.
Permezz ta’ koperazzjoni ma’ dawn l-entitajiet pubbliċi l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatisika qiegħed kontinwament jaġġorna l-istatistika eżistenti u jaħdem sabiex jottjeni informazzjoni fuq diversi aspetti tal-ġenerazzjoni u l-ġestjoni ta’ l-iskart li preżentament m’għandniex informazzjoni dwarhom f’Malta.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x’statistika tinġabar mill-NSO u l-MEPA:
Investigazzjoni dwar xiri ta uniformijiet tal-iskejjel
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2406 u jgħid fiex waslet l-investigazzjoni li ordna ssir dwar ix-xiri tal-uniformijiet tal-iskejjel? Jikkonferma li kien wiegħed li l-investigazzjoni kellha tintemm qabel il-bidu ta' sena skolastika li digà bdiet u allura l-uniformijiet laħqu nxtraw?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2406.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal taxxa minn fuq l-Eco Contribution matul Jannar u Settembru 2008? Jista' jgħid fiex għamel użu d-dħul li kien hemm minn din il-kontribuzzjoni? Jista' jgħid jekk hemmx il- ħsieb li din it-taxxa tonqos għas-sena 2009, tibqa' kif inhi jew tiżdied?
Jista' l-Minstru jgħid kemm daħħal s'issa minn fuq tabakk bejn Jannar u Settembru 2008? Jista' jgħid jekk l-bejgħ ta'sigaretti żdiedx jew naqasx matul l-aħħar snin? Jekk kien hemm xi ċaqliq f'dan s-settur qiegħed jittieħed konsiderazzjoni ta' kif mar is-suq tat-tabakk f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi:
(1) Bejn Jannar u Settembru 2008 il-gvern daħħal €50,240,044 bħala taxxa tas-sisa fuq it-tabakk.
(2) Skont l-statistika proviżorja miġbura mid-Dwana u mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jidher li l-bejgħ tas-sigaretti żdied matul l-aħħar snin.
(3) Iċ-ċaqliq li kien hemm f’dan is-settur u li qiegħed jittieħed konsiderazzjoni tiegħu f’dawn l-aħħar ħames snin jirrigwardja:
(i) it-tmiem tal-produżżjoni lokali mill-2007 sa llum;
(ii) iż-żieda sostanzjali fil-bejgħ ta’ sigaretti bid-dażju mħallas lill-passiġġieri li jitilqu minn Malta għall-pajjiżi ta’ fuq ta’ l-Unjoni Ewropea; kif ukoll
(iii) il-fatt li l-konsumaturi jidhru li qed jaqilbu għal sigaretti ta’ brands bi preżż relattivament orħos.
Misiteru tal-finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Serqiet rapportati mill-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija li saru fil-ministeru/appartamenti/entitajiet/awtoritajiiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dipartimenti, diviżjonijiet u entitajiet segwenti li huma Government Property Division, VAT Department, Customs Division, Malta Industrial Parks u Air Malta b’kollox kien hemm 13 –il rapport lil pulizija dwar serq u l-ammont globali tagħhom kien dak ta’ €11,397.27. Madankollu ta’ min jgħid li dan l-ammont ma jinkludix il-valur tas-serqiet li saru fl-Air Malta minħabba l-fatt li dan ma jistax jiġi kwantifikat.
Fil-Ministeru u fid-dipartimenti, diviżjonijiet, entitajiet u awtoritajiet l-oħra ma kienu rrapurtati l-ebda serqiet.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk għadx fadal xi ħsieb li l-Malta Dairy Pproducts tiċċaqlaq mill-post fejn qed topera llum (u fejn ilha għal għexieren ta' snin) fil-Ħamrun, u jiġi żviluppat sit ġdid, kif ġie propost u magħżul diversi drabi?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 2398 u jgħid kemm kienet il-medja fis-sena għal kull ħaddiem tal-Valur Miżjud Gross kull sena mill-2001 sal-2007 fl-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista jagħtini dan it-tagħrif fi prezzijiet tas-suq kif ukoll fi prezzijiet kostanti ta-2000?
Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra min kienu dawk li ssottomettew l-offerta tagħhom għat-tender 2454/2007? Lil min ingħatat? X'kienu il-kriterji adoperati fl-għażla?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi għal din is-sejħa għal offerti s-segwenti tefgħu l-offerta tagħhom:
Polidano Brothers
Asfaltar Construction
Harrison Malta Environmental
Ballut Blocks Services Ltd
Bays Water Construction Co Ltd
Agius Stone Works
Vassallo Builders Ltd
EMDP Ltd
Vaults Company Ltd
L-offerta ngħatat lil Ballut Blocks Services Co Ltd fuq il-bażi ta’ l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1993 u1510 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed jiġu riferuti lilu u jgħid jekk sarux xi studji dwar l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żidiet fil-prezz tal-fuel u partikolarment tal-fatt li d-diesel issa sar jiswa iktar mill-petrol bla ċomb? F'każ li saru studji bħal dawn, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?
Jista' l-Ministru jgħid xi statistika qed tinġabar preżentament fuq bażi reġjonali? Hemm xi pjan li tibda tinġabar aktar statistika fuq bażi reġjonali? Jekk fl-affermativ, xi statistika se tibda tinġabar u meta? Hemm xi pjan li jinfetaħ uffiċju ta' l-istatistika f'Għawdex? Jekk fl-affermativ, meta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-requirements tal-Eurostat għal dak li għandu x’jaqsam ma’ NUTS III huma l-Valur Miżjud Gross (Gross Value Added), il-Prodott Domestiku Gross (GDP), u n-numru ta’ impjiegi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma u liema huma l-inċentivi li qed toffri preżentament il-Malta Enterprise speċifikament lil kumpanniji Għawdxin? X’inhuma l-kriterji ta’ eliġibilità għal kull inċentiv? Meta daħlu fis-sħiħ dawn l-inċentivi? Kemm kumpanniji bbenefikaw minnhom kull sena sal-lum? X’kien ir-riżultat ta’ dawn l-inċentivi kull sena sal-lum? Kemm kien l-ammont mitlub għal kull sena mill-kumpanniji, kemm minnhom ġew approvati kull sena u kemm minnhom tħallsu kull sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Enterprise għandha żewġ inċentivi li huma speċifikament għal kumpaniji Għawdxin. Dawn huma:
1
.
Gozo regeneration scheme
2. Industry in Gozo
Minbarra dawn, il-kumpaniji Għawdxin jistgħu jibbenifikaw mill-inċentivi kollha li toffri Malta Enterprise.
Il-Gozo
regeneration scheme
daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007, hija miftuħa għal kumpaniji Għawdxin kollha. L-għajnuna hija fuq impjiegi ġodda u s’issa ibbenifikaw minnha 71 kumpanija. Bl-għajnuna li ngħatat minn dan l-inċentiv inħolqu 193 impjieg ġdid f’Għawdex. Il-valur ta’ assistenza mqassam s’issa hu ta’ €56,962.
In-nefqa għas-sena 2007 dwar l-inċentiv
Industry in Gozo
taħt
Att Dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji - Artikolu 23
,
amministrata minn Malta Enterprise fuq kumpaniji fl-industrija li joperaw f’Għawdex tammonta għal €615,315.31 (Lm264,154.86). Din in-nefqa bbenifikaw minnha 14 –il kumpanija fl-industija tal-manifattura li joperaw f’Għawdex. Din l-għajnuna, li tingħata f’forma ta’
cash grants
, tkopri spejjeż ta’ trasport bejn Malta u Għawdex. L-inċentiva tinħadem abażi ta’ l-
audited accounts,
konfirma ta’ l-ispejjeż mill-audituri, u dokumentazzjoni relevanti oħra
,
li jissottomettu l-kumpaniji ma’ l-applikazzjoni lil Malta Enterprise. B’hekk il-figuri għas-sena 2008 ikunu disponibbli wara li din l-informazzjoni tingħata lil Malta Enterprise.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqafx il-Gozo Directorate fi ħdan il-Malta Enterprise? Jekk fin-negattiv, għaliex ma twaqqafx? Jekk twaqqaf x’inhuma l-kompetenzi u l-funzjonijiet tiegħu? Minn huma l-persuni maħtura biex imexxu u jamministraw dan id-Direttorat? Jista’ jgħid jekk hemmx budget speċifikatament għal Għawdex u jekk hemm minn min hu amministrat? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Dokument “An Entrepreneurial Vision for Gozo” ppubblikat mill-Malta Enterprise f’Jannar 2007?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ġdid ta' spazju għal fabbriki ġie żviluppat matul din is-sena? Kemm kienet din l-ispiża u fejn sar dan ix-xogħol? Jista'jgħid fhiex wasal dan ix-xogħol, jekk hux lest jew le? Jista' jgħid ukoll kemm-il metru kwadru ġdid ġew żviluppati fis-snin 2005, 2006 u 2007 separatament?
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-inizjattivi li ġew introdotti matul din is-sena li joħorġu mil-Liġi għall-Promozzjoni ta' l-Industrija? Kemm kienet din l-ispiża u fiex kienet tikkonsisti?