Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema mal-IPSL? Jista' jaqsamhom skont il-grad?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li Industrial Projects & Services Ltd għandha fuq il-kotba tagħha 601 impjegat li jokkupaw il-gradi skond it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta sar l-aħħar ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-IPSL? Meta jaħseb li se jsir l-iffirmar ta' ftehim kollettiv ġdid?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-ħaddiema tal-Industrial Projects & Services Ltd baqgħu jgawdu mill-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-Ftehim Kollettiv tal-entita’ fejn kienu impjegati preċedentament u għalhekk m’ hemmx ħtieġa ta’ Ftehim Kollettiv wieħed.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul is-sena 2010 mill-Ministreru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dikasteru tiegħu, xahar b'xahar? Jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu u f'kemm kienu jammontaw? Jista' jgħid ukoll għal kull każ lil min ingħataw?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur kurrenti qed iwettaq is-sorveljar u l-iskrutinju tiegħu fuq konswetudni ta’ kummerċ u ta’ negozju li għandhom x’jaqsmu mal-provvista ta’ oġġetti u servizzi lill-konsumaturi u ma’ attivitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dan jew anċillari għalihom; kemm il-qasam ġie skrutinat u sorveljat u liema huma l-oqsma li ġew skrutinati u sorveljati u x’kien ir-riżultat ta’ dan f’kull qasam? Jista' jgħid jekk il-Kunsill issottomettiex xi rakkmandazzjonijiet bħala riżultat ta’ dan l-iskrutinju u sorveljar u jekk twettqux dawn ir-rakkmandazzjonijiet? Jekk le, għaliex ma twettqux dawn ir-rakkmdandazzjonijiet?
kumpanija A&E Mintoff — kuntratti minn kunsilli lokali f'Għawdex
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22791 u jgħid liema kuntratti ngħatat il-kumpanija A&E Mintoff mill-kunsilli lokali f'Għawdex? Minn liema kunsilli ngħataw dawn il-kuntratti, fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, f'liema data ngħata kull kuntratt u kemm kien il-valur ta' kull kuntratt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Minħabba li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru għal Għawdex fit-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet parlamentari separati, talbuni nagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx infetaħ ċentru ta' stħarriġ fl-ICT f'Għawdex?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — inkjesti/investigazzjonijiet u stħarriġ
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23134 u 22782 u jgħid kemm saru inkjesti/investigazzjonijiet/stħarriġ interni f’kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f’dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew konklużi? Jista' jgħid in-natura tal-każ? Jista' jgħid id-dipartiment konċernat u l-kariga tal-persuni involuti, jekk itteħdux passi dixxiplinarji/legali u jekk ġew sospiżi xi nies?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23133 u 22780 u ċioe: Peress li l-ħaddiema Għawdxin li kienu jaħdmu fl-impjant tal-Malta Dairy Products Għawdex ilhom ormai snin twal ġejjin u sejrin Malta u dan b'inkonvenjent kbir tenut kont tal-fatt li ħafna minnhom mhumiex ta' età żgħira, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għal dawn il-ħaddiema biex jerġgħu jiġu jaħdmu Għawdex stess?
European Innovation Scoreboard — post Malta fil-qasam tal-innovazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23367 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid f'liema post tinsab Malta b'mod ġenerali (SII) meta komparata mal-bqija tal-pajjiżi Ewropej fil-qasam tal-innovazzjoni skont l-aħħar European Innovation Scoreboard (EIS)? X'miri għandu l-gvern biex itejjeb dawn ir-riżultati u x'timeframes qed ipoġġi quddiemu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-Iscoreboard Ewropea dwar l-Innovazzjoni ta’ 2010 tikklassifika lil Malta bħala waħda mill-innovaturi moderati. Huwa tajjeb li wieħed jinnota li f'termini ta’ innovazzjoni, meta mqabbel mal-2009, l-pajjiż żamm il-pożizzjoni tiegħu, dik tal-21 post. Barra minn hekk, f'termini tat-tkabbir fl-innovazzjoni, Malta ġiet ikklassifikata bħala mexxej fi ħdan il-grupp tal-innovaturi moderati. Għandu jiġi nnutat li Malta rreġistrat tkabbir annwali fl-innovazzjoni ta' 6.4%, meta mqabbla ma' 0.85% reġistrat għall-EU27. Ir-riżultati ta' l-Scoreboard 2010 juru li Malta qiegħda l-ewwel fid-dimensjoni ta' l-"Effetti Ekonomiċi", prinċipalment minħabba t-tkabbir tagħha fid-dħul mil-liċenzji u l-patents minn barra. Barra minn hekk, t-tkabbir kien osservat fin-numru ta' trademarks Komunitarji. Min-naħa l-oħra, rizultati baxxi jistgħu jkunu osservati fid-dimensjonijiet tar-"Riżorsi Umani" kif ukoll fl-"Appoġġ Finanzi".
Fl-2010 u l-2011 il-Gvern iddeċieda mhux biss biex iżomm livelli ta' nfiq kurrenti iżda li iżid in-nefqa fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni.
Il-Gvern investa b'mod għaqli biex jinkoraġġixxi u jappoġġja studji postgraduate u riċerka għad-dottorat fl-oqsma prijoritajiet nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni kif identifikati fl-Istrategija Nazzjonali ghar-Ricerka u l-Innovazzjoni 2007-2010. Barra minn hekk sar investiment kbir biex jittejbu l-laboratorji fl-Università. Dan sar bl-użu ta' Fondi Strutturali mogħtija mill-Unjoni Ewropea. Tali investiment għandu jgħin biex jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-riċerkaturi tagħna li jwasslu biex dawn jirnexxu u jisbqu fuq livell internazzjonali. Barra minn hekk, fl-2010, il-Gvern Malti, permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) alloka lill- entita Malta Enterprise €20 miljun biex dawn jintnefqu fuq ir-Ricerka u Innovazzjoni. Dawn il-flus se jkunu disponibbli għal industrija lokali bl-għan primarju li din issaħaħ u tgħati spinta lir-riċerka u l-iżvilupp tagħha, l-innovazzjoni, il-kompetittività, l-start-ups innovattivi, l-ambjent u e-business. Barra minn hekk, Malta bdiet tipparteċipa fil-Seba' Programm Kwadru (FP7). Dan il-programm jipprovdi sors ta' finanzjament kompetittiv għar-riċerkaturi lokali fl-industrija, l-akkademiċi u s-settur pubbliku. Fil fatt Malta diġà rnexxielha tieħu €7 miljuni għall-progetti iffukati fuq ir-ricerka. Barra minn hekk, il-Gvern żied il-fond allokat għall-Programm Nazzjonali għar-Ricerka u l-Innovazzjoni għal € 1.1miljun. Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ aktar minn 57% fuq is-sena preċedenti.
Dawn il-miżuri huma mistennija li jtejbu l-pożizzjoni ta' Malta f'termini reali kif ukoll fl-Iscoreboard Ewropea dwar l-Innovazzjoni. Huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li dawn l-isforzi u l-miżuri jieħdu ż-żmien konsiderevoli biex ikunu riflessi fl-Iscoreboard Ewropea dwar l-Innovazzjoni, dan peress li, għal maggoranza ta l-indikaturi, is-sena ta' referenza użata tista tkun bejn sena jew tnejn qabel is-sena li r-rapport jirreferi għalih.
Istrategija Nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23366 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa qed tiġi riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Istrategija Nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għas-sena li ninsabu fiha (2011) u għas-snin li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) bħalissa qiegħed fl-istadju li jirrevedi u jaġġorna l-Istrateġija Nazzjonali għar- Riċerka u l-Innovazzjoni. Huwa maħsub lid an il-Pjan jkun fis-seħħ sa l-aħħar tas-sena 2011. Fil-frattemp l-Istrateġija preżenti , 2007 – 2010, tista tintuża bħala referenza. Huwa utli li wieħed jkun jaf li apparti x-xogħol fuq l-Istrateġija nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u it-Teknoloġija (MCST) qiegħed jaħdem ukoll fuq strateġija tematiċi li jitrattaw r-riċerka fil-manifattura u r-riċerka fis-saħħa.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-laqgħa li hu kellu mingħajr ma kien preavżat lill-pubbliku in ġenerali nhar it-8 ta Frar 2011 mal-Kurunell Muammar Gaddafi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma għandhi xejn x’ inżid ma dak li diġa’ għidt pubblikament dwar din iż-żjara.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23374 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jinforma lill-Parlament x'qed jagħmel pajjiżna sabiex aħna nipparteċipaw bl-aħjar manjiera fil-European Research Area? Stante li hu prospettat li fis-summit tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea fl-4 ta' Frar 2011 il-European Research Area tiġi kompletata, kif se jara l-gvern li din il-European Research Area tgħin bl-aħjar mod lir-riċerkaturi tagħna? Min se tkun l-aġenzija nazzjonali li se taħdem fil-kuntest ta' dan il-proġett? Xi flus se joħroġ pajjiżna għat-twaqqif ta' din l-area? X'benefiċċji wieħed jipprospetta li jkollu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-iżvilupp tal-politika tal-European Research Area (ERA) ilu għaddej mill-2000 u din ġiet imġedda fl-2007. Din ta’ l-aħħar iffokat fuq sitt prioritajiet li jinkludu r-riżorsi umani u l-immobilita, l-kooperazzjoni internazzjonali, il-programmazzjoni konġunta u l-infrastrutturi tar- riċerka. Malta qeda tipparteċipa b'mod attiv fil-gruppi relatati Ewropej li jaħdmu f’dan il-qasam u qed tieħu azzjonijiet diversi biex tindirizza l-politika ta’ l-ERA, b’mod partikolari fil-formulazzjoni ta' l-Istrateġija Nazzjonali l-ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2011-2020.
F'termini tar-‘riżorsi umani u l-immobilita’ hemm sinerġija tajba bejn il-politika nazzjonali u dik Ewropea partikolarment fil-ħidma biex tiżdied il-kapaċità tal-bniedem u t-titjib tal-karrieri fir-riċerka. Dan qed isir permezz tal-Malta Government Scholarship Scheme (MGSS) kif ukoll l-iskema ta’ l-'Strategic Educational Pathways Scholarships' (STEPS). Dawn l-iskemi jgħinu lill-istudenti li jsegwu livelli ulterjuri fir-riċerka akkademika u ukoll jinkoraġġixxu aktar parteċipazzjoni ta’ studenti fil-livell post-universitarju fir-riċerka akkademika, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Fir-rigward ta’ l-‘Infrastrutturi tar-Riċerka’, l-ERA tiffoka biex tpoġġi u jżomm l-Ewropa fil-quċċata ewlienija fejn jidħol l-ħolqien tal-għarfien. Dan isir billi jinbnew infrastrutturi ġodda jew anki billi jitjiebu dawk eżistenti. Malta qeda tiffoka primarjament biex tibni l-kapaċità nazzjonali, bażikament billi ittejjeb u tibni infrastrutturi ġodda.
F'dan ir-rigward l-Universita ta’ Malta qed taħdem ħafna biex iżżid l- kapaċità tagħha fl-infrastruttura fir-riċerka, partikolarment permezz tal-proġetti varji, li fit-totalita tagħhom jiswew madwar € 34 miljun, inkluż l-iżvilupp ta' Fakultà l-ġdida iddedikata għall-ICT.
It-twettiq ta’ l-ERA jimmira biex jitneħħew l-ostakoli eżistenti fil-qasam ta’ l- mobilità tar-riċerkaturi u tippermetti li r-riċerkaturi jollhom l-istituzzjonijiet tar-riċerka u n-negozji jkunu kapaċi jiċċirkolaw, jiffinaliżaw u jikkooperaw tul il-fruntieri kollha. Fis-snin riċenti, f’Malta, sar ħafna investiment biex jiżdiedu l-opportunitajiet għall-studenti Maltin li jkunu jixtiequ jmorru barra minn xtutna u javvanzaw fl-istudji taghhom fuq livell kemm post-universitarju u dak dottorali fl-oqsma tax-xjenza, r-riċerka u l-innovazzjoni. Dan jippermetti li r-riċerkaturi lokali jagħmlu użu u jisfruttaw mill- opportunitajiet offruta mill-ERA fil-qasam tar-riċerka, taħriġ u anki impjieg.
Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCST) hija l-aġenzija nazzjonali responsabbli biex tikkoordina l-ħidma ta’ Malta fil-kuntest tal-politika ta’ l-ERA. L-ERA għandha l-vantaġġ li tipprovdi ambjent aktar favorevoli fl-Ewropa għar-riċerkaturi tagħna li jidħlu għar-riċerka, taħriġ u opportunitajiet ta' impjieg li jiftħu fl-entitajiet Ewropej li jwettqu r-riċerka. Hi wkoll toffri opportunitajiet għan-negozju lokali biex dawn joperaw madwar l-Ewropa. Dan isir billi jiġu mnaqqsa l-ostakli imposti mis-swieq nazzjonali. Meta wieħed jgħaqqad flimkien il-programmi nazzjonali ta' finanzjament fir-riċerka, dan jippermetti illi l-pajjiżi jaqsmu l-ispejjeż u jtejbu l-impatti. Għal pajjiż żgħir bħal Malta, opportunitajiet bħal dawn huma importanti ħafna.
Open Top Buses — biljetti għal free harbour cruise
Question
Jista' l-Prim Ministru jinvestiga kif l-open top busesli għandu s'issa kull mezz ta' propoganda bla limitu, joffru ukoll free harbour cruise mal-biljett tal-coach tour? Ma jaħsibx li dan huwa detriment għall-operaturi tal-cruises, operaturi tal-excursions f'Malta u huwa ukoll detriment għall-operaturi barranin li jġibu t-turisti lejn Malta? Hemm xi ħsieb li dan it-tip ta' aġir jiġi kkontrollat?
San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa — Għajnuna lil-lukanti
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm lukandi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa (fil-konfini tal-kunsilli lokali rispettivi) li talbu u ngħataw għajnuna skont l-iskemi mħabbra mill-gvern, biex jgħinu lis-settur turistiku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmay li taħt l-ewwel sejħa l-amministraturi ta’ l-iskema ffinanzjaw 5 applikazzjonijiet, waqt li taħt it-tieni sejħa l-iskema ffinanzjat 5 applikazzjonijiet minn lukandi fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa.
Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra tar-Rappreżentanti xi flus se jkunu ivvotati u jagħti breakdown dettaljat ta' kif inhu stmat li se jintnefqu l-allokazzjonijiet finanzjarji rispettivi fil-konfront ta' dawn l-entitajiet li l-kompozizzjoni ġdida tagħhom ġiet imħabbra ftit tal-jiem ilu:
a) il-Bord tat-Teatru Manoel;
b) il-Bord ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi;
ċ) il-Bord tat-Teatru Apert;
d) il-Bord tal-Orkestra Filarmonika;
e) il-Bord taċ-Ċentru tal-Kreattività; u
f) il-Bord għat-Teatri Nazzjonali?
Minn liema voti baġetarji se joħorġu dawn l-allokazzjonijiet finanzjarji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Majda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni dwar il-Bord taċ-Ċentru tal-Kreattività għad trid tiġi approvata mill-istess Bord u għalhekk mhux qed tiġi nkluża fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra tar-Rapprezentanti min hu l-Kap Eżekuttiv jew min hu l-persuna li għandha l-kariga ekwivalenti għal Kap Eżekuttiv tas-segwenti entitajiet:
a) it-Teatru Manoel;
b) Dar il-Mediterran għall-Konferenzi;
ċ) it-Teatru Apert;
d) l-Orkestra Filarmonika;
e) iċ-Ċentru tal-Kreattività
Jista' jispjega x'ħidma se jkun qed iwettaq il-Bord tat-Teatru Apert u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-
terms of reference
ta' dan il-Bord il-ġdid? Meta ġie deċiż li jkun hemm dan il-Bord?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-mistoqsija rigward il-Kap Eżekuttiv jew l-ekwivalenti, dawn l-entitajiet huma mmexxija hekk:
Is-Sur Ray Attard jokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv (CEO) għat-Teatru Manoel u d-Dar tal-Mediterran.
Is-Sur Chris Muscat jokkupa l-kariga ta’ General Manager - Artistic Operations għall-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.
Is-Sur Chris Gatt jokkupa l-kariga ta’ General Manager għaċ-Ċentru tal-Kreattività tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, filwaqt li ma teżistix entità li tmexxi t-Teatru Apert.
*Vide PL 6611 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta, 1 ta' Marzu 2011 f'Seduta 320
Ħidma bejn il-Bord għat-Teatri Nazzjonali u l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti
Question
Jista' l-Prim Ministru jispjega kif se ssir il-ħidma bejn il-Bord għat-Teatri Nazzjonali u l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti? Għaliex ġie preferut il-mudell ta' Bord ad hoc minflok ma jkun hemm struttura fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti li tikkordina l-ħidma tat-teatri tagħna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Bord għat-Teatri Nazzjonali ser ikun responsabbli mill-koordinazzjoni ta’ ħidma tat-teatri fost affarijiet oħra. Dan ix-xogħol jirrikjedi attenzjoni ffukata speċjalment fit-tħaddim ta’ riżorsi. Għalhekk ġie deċiż li titwaqqaf struttura li tiġbor fiha ċ-Chairpersons tal-entitajiet kollha biex dawn jikkoordinaw il-ħidma tagħhom. Dan il-Bord irid igħin ukoll biex jitwettqu l-għanijiet tal-Politika Kulturali Nazzjonali. Għalhekk hu essenzjali li dan il-Bord jaħdem id f’id mar-regolatur ta’ dan is-settur, jiġifieri l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-
terms of reference
ta’ dan il-Bord.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23355 u 23161 u jgħid jekk hemmx impjegati fl-Amministrazzjoni Pubblika li jitħallsu minn żewġ ministeri/entitatjiet? Jekk iva, kemm hemm? X'inhi d-designation tagħhom? Kemm ilhom jitħallsu b'dan il-mod?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23276 u 23088 u jara li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tieħu l-passi meħtieġa biex twaqqaf l-isfreġju ambjentali li qed isir f'Selmun biex tinbena faċilità marbuta mal-industrija tat-trobbija tal-ħut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ ġie investigat u sa issa ma jidhirx li hemm bażi sabiex jiġu invokat il-provvedimenti ta’ l-artikolu 77 tal-Liġi u b’ hekk il-permess jiġi rtirat jew b’ xi mod revokat.