Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu l-offerti għax-xiri ta' dawn l-artijiet li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, mid-Dipartiment ta' l-Artijiet wara talba mressqa minn terzi persuni?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tfittxija fi stabbilimenti kummerċjali saret mid-dwana ta' Malta, sena b'sena, mill-2005 s'issa biex ikun assigurat li fuq l-oġġetti kollha esposti għal-bejgħ ikunu tħallsu t-taxxi kollha dovuti? F'kull każ instabu affarijiet li kienu għall-bejgħ mingħajr ma tħallsu fuqhom it-taxxi dovuti? X'kienu l-affarijiet u dawn kienu kkonfiskati? X'kienu t-taxxi li suppost kienu mħallsa fuqhom u x'kien l-ammont ta' kull taxxa dovuta? Il-persuni li fl-istabbilimenti tagħhom instabu dawn l-affarijiet ittellgħu l-qorti? Jekk fl-affermattiv x'kienu kkundannati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi:
Ir-rendikont ta’ spezzjonijiet fi stabbilimenti kummerċjali mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-1 ta’Ġunju 2008, kif ukoll taxxi dovuti fuq l-oġġetti maqbuda huwa kif ġej:
Fis-sena 2005 saru erba’ mija sebgħa u tletin (437) tfittxija fi stabbilimenti kummerċjali f’diversi lokalitajiet li minnhom tnejn u sittin (62) kienu pożittivi. It-tnejn u sittin (62) tfittxija pożittiva jinqasmu hekk:
Għaxar każi (10) għadhom pendenti quddiem il-Qorti, każ wieħed (1) fejn saret biss il-konfiska tal-oġġetti filwaqt li wieħed u ħamsin (51) każ ġew deċiżi amministrattivament. It-taxxi dovuti huma ta’
€138,998.41
Fis-sena 2006 saru mija wieħed u disgħin (191) tfittxija fi stabbilimenti kummerċjali
f’diversi lokalitajiet li minnhom erbgħin (40) kienu pożittivi u li jinqasmu hekk:
Tmien (8) każi għadhom pendenti quddiem il-Qorti, ħames (5) każi fejn saret biss il-konfiska tal-oġġetti, sitt (6) każi fejn għad trid tittieħed azzjoni u wieħed u għoxrin (21) każ ġew deċiżi amministrattivament. It-taxxi dovuti huma ta’
€20,070.40.
Fis-sena 2007 saru tlett mija u ħamsa u erbgħin (345) tfittxija fi stabbilimenti
kummerċjali f’diversi lokalitajiet li minnhom wieħed u tmenin (81) kienu pożittivi
jinqasmu hekk:
Każ (1) wieħed għadu pendenti quddiem il-Qorti, għoxrin (20) każ fejn saret biss il-konfiska tal-oġġetti,
tmien (8) każi fejn għad trid tittieħed azzjoni u ħamsin (50) każ ġew deċiżi amministrativament. It-taxxi dovuti huma ta’
€15,934.64.
Din is-sena, sa l-aħħar ta Settembru 2008 saru tmien mija u tletin (830) tfittxija fi
stabbilimenti kummerċjali f’diversi lokalitajiet li minnhom mija u erba u sebgħin
(174) kienu pożittivi li jinqasmu hekk:
Każ (1) wieħed qiegħed quddiem il-Qorti, tlett (3) każi fejn saret biss il-konfiska tal-oġġetti, mija u ħamsin (150) każ fejn għad trid tittieħed azzjoni u għoxrin (20) każ ġew deċiżi amministrattivament. It-taxxi dovuti huma ta’
€14,362.23.
L-affarijiet kienu jikkonsistu f’sigaretti u xorb alkoħoliku.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu fondi mill-Good Causes Fund minn Jannar 2008 sal-lum? Jista' jgħid min ibbenefika minnhom, x'kienet is-somma u r-raġuni għaliex ingħatat din is-somma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji ta’ l-għaqdiet kollha li ibbenefikaw mill-Fond Għall-Kawzi Ġusti minn Jannar sa Marzu 2008 jinsabu fi tweġiba parlamentari li tajt u li ġġib n-numru 283. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra il-lista ta’ dawk l-organizzazzjonijiet illi ibbenifikaw mill-1 t’April sal-lum.
B'referenza għat-€ 38 miljun cash grants lil SMEs f'dawn l-aħħar tliet snin, jista' l-Ministru jagħti rendikont detteljat ta' dawk li kollha bbenefikaw (inkluż persuni, ditti u kumpanniji) minn dawn il-grants, x'kien l-iskop tal-grants u d-data ta' l-għotja tal-grant?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont li ngħata bħala assistenza lill-intrapriżi żgħar u medji fl-industrija f’dawn l-aħħar tliet snin ma kienx ta’ €38 miljun iżda ta’ €68.1 miljun. Din l-għajnuna ngħatat kif ġej:
€
Lm
Għajnuna finanzjarja:
8.1 miljun
3.5 miljun
Għajnuna fiskali:
60 miljun
25.8 miljun
Ir-rendikont ta’ kif ingħatat din l-assistenza qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Xi intrapriżi żgħar u medji fl-industrija ħadu wkoll għajnuna finanzjarja fi
training grants
mill-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ. Din tammonta għal €461,952.
L-ismijiet ta’ l-applikanti ma jistgħux jingħataw minħabba l-fatt li din l-informazzjoni hija ta’ natura kunfidenzjali u koperta bis-segretezza taħt l-Artikolu 33 ta’ l-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Kap. 325 tal-Liġijiet ta’ Malta) kif ukoll taħt l-Artikolu 21 tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Kap. 463 tal-Liġijiet ta’ Malta).
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-sussidju li preżentement qed jingħata fuq il-prezz taz-zokkor? Meta ser jitneħħa dan is-sussidju?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-sussidju li qed jingħata preżentament fuq il-prezz taz-zokkor huwa għal zokkor li jiġi mportat biex jintuża f’Malta jew bħala parti minn prodott maħdum f’Malta għal pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea. Din is-sena kien ivarja bejn €160 u €80 kull tunellata.
Għal zokkor li jintuża f’pajjiżi li mhux qegħdin fl-Unjoni Ewropeja is-sussidju din is-sena kien ivarja bejn €1.50 (one euro fifty cents) u €50 kull tunellata.
Skond il-ftehim milħuq ma’ l-Unjoni Ewropeja dan is-sussidju jista’ jibqa’ jingħata sa 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna tal-Malta Enterprise għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi:-
· Id-dokument anness imsejjaħ Amount of Assistance 2005 – 2007 Large and SMEs jiġbor fiħ l-informazzjoni segwenti:
1. L-ismijiet ta’ l-iskemi ta’ għajnuna tal-Malta Enterprise mill-2005 sa l-2007;
2. L-ammont ta’ assistenza mogħtija taħt kull skema f’kull sena mill-2005 sa l-2007;
3. It-total ta’ tliet snin (mill-2005 sa l-2007) ta’ l-ammonti ta’ assistenza taħt kull skema;
4. It-total ta’ l-ammonti t’ assistenza taħt l-iskemi kollha ta’ tliet snin (mill-2005 sa l-2007);
5. In-numru ta’ benefiċjarji (kbar, ta’ daqs medju u zgħar) taħt kull skema f’kull sena mill-2005 sa l-2007;
6. It-total ta’ benefiċjarji taħt l-iskemi kollha.
Dan id-dokument jiġbor fih ukoll informazzjoni dwar ammonti t’ assistenza li ngħatat taħt l-iskema
Industry in Gozo
. Din l-iskema tipprovdi assistenza lill-kumpaniji fl-industrija li joperaw f’Għawdex għal spejjeż ta’ transport bejn Malta u Għawdex taħt l-Artikolu 23 ta’ l-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Kap. 325 tal-Liġijiet ta’ Malta). Hemm l-ammonti t’ assistenza f’kull sena bejn l-2005 u l-2007 kif ukoll it-total għal dawn it-tliet snin. Hemm ukoll it-total ta’ benefiċjarji li jinkludi impriżi kbar, ta’ daqs medju u zgħar.
Barra mill-iskema
Industry in Gozo
, l-kumpaniji fl-industrija li joperaw minn Għawdex gawdew ukoll minn inċentivi oħra tal-Malta Enterprise bħal
Investment Aid Scheme
,
Trade Fair Promotion
,
Training Grants
(amministrati mill-ETC) u oħrajn.
· Id-dokument anness imsejjaħ Assistenza Fiskali Impriżi Kbar u Zghar jiġbor fih din l-informazzjoni:
1. L-iskemi ta’ għajnuna fiskali tal-Malta Enterprise;
2. L-ammont t’ assistenza li ngħatat taħt kull skema fis-snin 2005 u 2006 lill-impriżi kbar, ta’ daqs medju u
zgħar;
3. In-numru ta’ benefiċjarji taħt kull skema għal dawn is-sentejn.
· Malta Enterprise ilha mwaqqfa mill-2004 u l-informazzjoni li l-Korporazzjoni għandha disponibbli hija miġbura fid-dokumenti annessi.
L-informazzjoni dwar l-għajnuna fiskali li ngħatat matul is-sena bażi 2007 mhix disponibbli minħabba li tali informazzjoni tittieħed mill-formola tat-taxxa tad-dħul. L-intrapriżi huma obbligati li jissottomettu din il-formola tat-taxxa tad-dħul għal sena partikolari sa Ottubru tas-sena ta’ wara. Ir-Regolament 20 tar-Regolamenti tal-Promozzjoni tan-Negozju (Legislazzjoni Sussidjarja 325.06) jippermetti tliet xhur oħra sabiex din il-kopja tal-formola tat-taxxa tad-dħul tingħata lill-Korporazzjoni.
· L-ismijiet ta’ l-applikanti ma jistawx jingħataw – din l-informazzjoni hija ta’ natura kunfidenzjali u koperta bis-segretezza taħt l-Artikolu 33 ta’ l-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Kap. 325 tal-Liġijiet ta’ Malta) kif ukoll taħt l-Artikolu 21 tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Kap. 463 tal-Liġijiet ta’ Malta).
·
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-Valur Miżjud Gross fi prezzijiet bażiċi għal Malta u għal Għawdex separatament fl-1999, fl-2006 u fl-2007? Kemm kien jammonta l-kontribut tad-diversi setturi ta’ l-ekonomija individwalment għal dan il-valur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar data fuq il-Valur Miżjud Gross ippublikata mill-NSO hija dik numru 205/2007 Prodott Gross Domestiku Reġjonali: 2000-2006 (ippublikata fit-28 ta’ Diċembru 2007). Din tkopri data sas-sena 2006. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra:
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi allokati għall-MIP taħt l-item 7210? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-fondi murija f’Item 7210, Malta Industrial Parks Ltd, ma ntużawx. Il-Malta Industrial Parks Ltd, fil-fatt, tiffinanzja l-operat tagħha, ta’ bini u manutenzjoni ta’ fabbriki li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-MIP Ltd, tramite d-dħul mill-kirjiet ta’ dawn il-fabbriki u faċilitajiet bankarji jekk ikun jinħass il-bzonn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ġabar flus mil-privatizazzjoni tat-tombla, lottu u logħob ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-privatizzazzjoni tal-Lotterija Nazzjonali fl-2004 inġabru:
· €18.6 miljun (Lm8 miljun) mill-
privatisation proceeds;
·
€
11.6 miljun (Lm5 miljun) f’xiri ta’ apparat u ekwipaġġ ieħor
Dan l-investiment kien kundizzjoni li bih kienet marbuta l-Maltco Lotteries.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 2435 u jgħid kemm tqassmu fondi mill-Good Causes Fund minn Jannar 2008 sal-lum? Jista' jgħid min ibbenefika minnhom, x'kienet is-somma u r-raġuni għaliex ingħatat din is-somma?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2435.
Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika — Stabbilimenti tas-self catering
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jiġborx l-istatistika tat-turisti li jmorru fl-istabbilimenti tas-self catering, meta f'Għawdex hemm aktar sodod fis-self catering milli fil-lukandi? Ma jidhirlux li l-istatistika pubblikata dwar it-turisti f'Għawdex mhux kompluta mingħajr dawn? Jikkonsidra l-Ministru li Għawdex għandu jkollu sezzjoni ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika li jikkonċentra fuq il-ġbir ta' statistika li tiffoka fuq Għawdex biss, partikolarment fejn jidħol it-turiżmu u l-impjegati li jaħdmu fis-settur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-survey dwar it-turisti (Tourstat) jinkludi mistoqsijiet dwar dawk it-turisti li jqattgħu aktar minn nofs il-btala tagħhom f’Għawdex u fejn joqgħodu. Dan ifisser iżda li dawk it-turisti li jaqsmu il-btala tagħhom bejn Malta u Għawdex u li jqattgħu aktar żmien f’Malta milli f’Għawdex m’humiex inklużi fin-numru ta’ turisti li raqdu Għawdex.
Fil-fatt l- Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika diġa ltaqa’ mal-Gozo Tourism Association biex jara kif tista’ tinġabar informazzjoni msemmija fil-mistoqsija. Huwa ttamat li arranġamenti f’dan ir-rigward isir fi żmien qasir.
Dwar Uffiċċju ta’ l-Istatistika f’Ghawdex, din il-possibilta’ diġa ġiet studjata flimkien mal-Ministeru għal Għawdex fil-passat iżda ma nstabx li kienet proposta fattibbli.
Industrija tat-Turiżmu — Dħul medju għal kull ħaddiem
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2397 u jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tat-turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2000 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’ jekk jogħġbu, fejn hu possibbli, jagħtini wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?
Industrija tal-Manifattura — Dħul medju fuq kull ħaddiem
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2396 u jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2005 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’ jekk jogħġbu, fejn hu possibbli, jagħtini wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?
Għawdex — Kumpanniji Megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2394 u jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b’sena mill-1999 sal-lum biex twaqqaf impriża f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex kull sena fl-istess perjodu? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tagħthom l-MDC/Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skond is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies meta bdew joperaw meta sar il-ftehim mal-MDC/Malta Enterprise u kemm qed iħaddmu llum?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2393 u jagħti l-isem tal-kumpanniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex? X’tip ta’prodotti jipproduċu? Meta bdew joperaw f’dan il-qasam? Kemm kienu jħaddmu impjegati (i) qabel bdew joperaw f’dan il-qasam fejn hu l-każ, (ii) meta bdew joperaw f’dan il-qasam, u (iii) kemm qed iħaddmu nies illum?
Laqgħat bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — Servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2388 u jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-Opinjoni Motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lil Malta dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex (KE Ref Nru IP/06/1777) fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti Komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm meta? X’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni llum? X’inhija l-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-każ? Il-ħaddiema tal-kumpanija Gozo Channel li jistgħu jitilfu l-impjieg tagħhom ma’ din il-kumpanija qed jinżammu informati bl-iżviluppi li qed ikun hemm u dwar x’inhuma l-prospetti għalihom dwar l-impjieg tagħhom?
Jista' l-Minsitru jgħid kemm kien hemm ħaddiema mal-Gozo Channel skond il-grad tagħhom, fl-aħħar ta' Diċembru 2006, fl-aħħar ta' Diċembru 2007 u fl-aħħar ta' Marzu 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.