Legislature:
Category:
Reset
Active:

waste

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2272 u jgħid xi statistika aġġornata għandu l-Gvern Malti minn kemm ilna li dħalna fl-Unjoni Ewropea sal-lum fejn jidħol il-waste, apparti mill-waste depożitat fil-bring-in site?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2272.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Parental Leave - Irġiel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3017 u 2746 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-settur li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq parental leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2746.

Bank Ċentrali ta' Malta — Remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti il-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni li ġew mogħtija lill-Gvernatur u d-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, meta dawn il-karigi ġew imġedda f'dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi meta l-karigi tagħhom ġew imġedda riċentement, ir-remunerazzjoni tal-Gvernatur u tad-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ma nbidlux. Il-pakkett tal-Gvernatur baqa’ kif kien ġie iffissat f’ Ottubru 2003, jiġifieri €46,600 fis-sena minbarra l-COLA u allowances ta’ 71,000 franċ żvizzeru u 40,000 dollaru amerikan bla taxxa. Il-pakkett tad-Deputat Gvernatur baqa’ kif kien ġie iffissat f’ Jannar 2007, jiġifieri €49,700 fis-sena minbarra l-COLA u allowance ta’ €15,700. Kemm il-Gvernatur kif ukoll id-Deputat Gvernatur għandhom is-servizz tat-telefon kif ukoll l-użu ta’ mobile phone / PDA mħallas mill-Bank u l-użu ta’ karozza tal-Bank.

Bank Ċentrali ta' Malta — Executive Management Committee

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni li jirċievu l-ħames diretturi impjegati fil-Bank Ċentrali ta' Malta li jagħmlu parti mill-Executive Management Committee ta' l-istess Bank?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-diretturi li jagħmlu parti mill-Executive Management Committee tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għandhom remunerazzjoni ta’ €44,738 fis-sena u, skond il-ftehim kollettiv tal-Bank, qualification allowance ta’ €2003 fis-sena kif ukoll performance bonus ta’ 4.5% fis-sena, inkluża l-COLA. Id-diretturi għandhom ukoll l-użu ta’ mobile phone / PDA li s-sejħiet minn fuqu jitħallsu mill-Bank, kif ukoll l-użu ta’ karozza tal-Bank.

Malta Enterprise u MIP — Fondi Strutturali allokati

Question

Filwaqt li nixtieq niċċara li l-perijodu huwa din is-sena 2008, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2813 u jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7173? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Fadal xi fondi li għadhom ma ġewx allokati?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Industrija tal-films — Vot Rikorrenti 41

Question

Filwaqt li nixtieq niċċara li l-perijodu hija din is-sena 2008, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2812 jgħid kemm intnefqu flus issa mill-vot rikorrenti 41 bħala inċentivi għall-industrija tal-films? Kif ġew minfuqa dawn il-fondi, lil min u kemm f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għal dak li jirrigwarda s-sena rikorrenti, s’issa ingħataw inċentivi li jammontaw għall-€51,620 lill-produzzjoni tal-films russa ‘Terra Nova’. Huwa mistenni illi erba produzzjonijiet oħra jissottomettu applikazzjonijiet finali għall-għoti ta’ inċentivi sa’ l-aħħar ta’ din is-sena.

Ta' Qali — Vot Kapitali - Flus Allokati għall-Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2811 u jgħid kemm intnefqu flus mill-vot kapitali (vote VI Capital) allokat għall-Crafts Village f'Ta' Qali? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm intnefaq f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.

Żoni Industrijali — Vot Kapital - Flus allokat għall-upgrading

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2810 u jgħid kemm intnefqu flus mill-vot kapitali (vote VI Capital) allokat għal din is-sena għal upgrading f'Żoni Industrijali? Fejn sar dan ix-xogħol u kemm intnefqu f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2810.

Airprox — Dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2807 u 2354 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jikkonferma jew jiċħad li minn meta seħħ l-inċident f'April 2007 ‘l hawn, il-MATS bidlet il-proċeduri li bihom ajruplani li ma jkollomx it-transponder mixgħul u jiffunzjona tajjeb, dawn mhux qed jiġu ppreżentati fuq id-display tal-Kontrolluri, anke jekk ir-Radar ikun qed jarahom? Jekk dan hu veru, id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili approva dawn il-proċeduri ġodda? Jista’ l-Ministru jgħid li jekk dan hu minnu, sarx dak magħruf bħala Safety Case qabel ma dawn ġew fis-seħħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi Malta Air Traffic Services Ltd għandha żewġ tipi ta’ radars Primary Radars (PSR) u Secondary Radars (MSSR). Biex ajruplan jidher fuq ir-radar bl-MSSR għandu bżonn ta’ transponder filwaqt li bil-PSR m’għandux. Il-proċeduri tal-kontrolluri li ilhom stabbiliti għal ħafna snin jikkonsistu f’proċeduri, fejn ir-radars jistgħu jintużaw flimkien jew separatament. Dawn il-proċeduri kienu ġew approvati mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili ħafna qabel ma l-MATS stabbiliet Safety Management System tliet snin ilu. Meta l-SMS ġiet stabbilita il-Kumpanija iddeċidiet li l-proċeduri kollha li kienu qegħdin jintuzaw kienu ‘Safe”. Minhabba il-problemi tekniċi fuq il-PSR, l-informazzjoni mill-PSR ġiet imneħħija minn fuq il-main display tal-kontrolluri u mpoġġija biss fuq il-fallback display li qiegħda ma ġenb il-main display tal-kontrolluri. Bi ftehim mal-union tal- kontrolluri, ajruplani li ma jkollhomx transponder jingħataw servizz ta’ air traffic control minn fuq il-fallback system. Wara li sar setting fuq il-PSR, saru tliet safety cases biex indaħħlu il-PSR information fuq is sistema prinċipali. Dawn it-tliet safety cases kollha fallew. Għal daqstant, il-kontrolluri għadhom qegħdin jużaw il-proċeduri spjegati fil-paragrafu ta’ fuq.

Kumapanniji — Enerġija Nadifa

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ kumpanniji li ġew reġistrati mill-2004 ‘l hawn u li l-qasam li joperaw fih huwa marbut ma’ l-enerġija nadifa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi r-Reġistru tas-Soċjetajiet ma jżommx din l-istatistika cioe’ dwar l-attivitajiet partikolari li jwettqu jew jistgħu jwettqu l-eluf tal-kumpanniji li jkunu reġistrati f’Malta sena wara l-oħra. Naturalment, informazzjoni preċiza dwar l-attivitajiet ta’ kull kumpannija reġistrata f’Malta tista’ tinġabar mil-files tal-kumpanniji individwali li jinsabu aċċessibbli għall-pubbliku fir-Reġistru.

Propjetà privata mikrija mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3194 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jara li ċ-ċnus ta' propjetà privata mikrija lill-inkwilini f'isem il-Gvern li ilhom ma jiġu riveduti għal għexieren ta' snin, sa fl-aħħar jiġu riveduti b'mod xieraq kif inhu mistħoqq mis-sidien?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Parental Leave - Irġiel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3210, 3017 u 2746 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-settur li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq parental leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2746.

Bonds ta' Leeham Brothers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom bonds il-BOV p.l.c. u l-HSBC Bank Malta p.l.c jew kumpanniji subordonati jew assoċjati magħhom tal-Leehman Brothers fl-ewwel ta' Jannar 2008 u kemm kien il-valur ta' dawn il-bonds, u jista' jgħid x'tip ta' bonds kienu dawn? Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom bonds ta' Leehman Brothers l-istess banek u kumpanniji assoċjati magħhom fil-15 ta' Lulju 2008 u kemm kien il-valur tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid kemm biegħu mill- bonds tagħhom il-banek fuq imsemmija fil-kwalità tagħhom ta' stock brokers lill-klijenti rispettivi tagħhom fil-perijodu fuq indikat, u x'kien il-valur ta' dawn il- bonds u x'tip ta' bonds kienu; jekk kinux per ezempju straight bonds jew subordinated bonds ? Jista' l-Ministru jispjega il- bonds mibjugħa mill-BOV p.l.c. fil-perijodu ta' bejn l-1 t'April 2007 u l-1 ta' Lulju 2007 kenux bonds propjetà tal-bank jew kenux xi subscription ġdida maħruġa mill-Leehman Brothers? Jista' l-Ministru jispjega jekk il- bonds imsemmija mibjugħa f'dan il-perijodu indikat kenux straight bonds jew subordinated bonds ?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Nefqa minn fondi Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk in-nefqa li kienet ipproġettata li tintnefaq minn fondi Ewropej għas-sena 2008 hux ser tintnefaq? Jekk fin-negattiv, jista' jispjega r-raġunijiet għall-bdil fil-pjanijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-nefqa li ser tkun saret din is-sena minn fondi Ewropej tikkonsisti fl-ispiża għal xogħolijiet mwettqa fuq kuntratti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja. Is-sena d-dieħla, Malta tirċievi l-fondi relatati ma’ dawk ix-xogħolijiet li ma jkunux għadhom twettqu jew relatati ma’ proġetti li l-kuntratti relattivi għalihom ikunu għadhom mhux konklużi.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Ħaddiema impjegati part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part-time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktar tard.

Ta' Pinu, Triq ir-Ramla u ta' Għajnsielem — propjrjetajiet li ġew esproprjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proprjetajiet ġew esproprjati mill-Gvern biex saru t-toroq ta' Ta' Pinu, Triq ir-Ramla u ta' Għajnsielem? F'liema Gazzetta tal-Gvern deher l-avviż, min huma s-sidien u kemm hu l-valur mogħti mill-perit tal-Gvern ta' dawn l-artijiet? Kemm minnhom ġew kontestati minħabba l-valur mogħti mill-perit? Jista' jgħid jekk l-ammonti tħallsux lis-sidien u liema tħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Importazzjoni ta' pestiċidi u bexx

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi regolamentazzjoni li tirregola l-importazzjoni ta’ pestiċidi u bexx ieħor għal skop agrikolu minn pajjizi fl-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.