Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta' Qali — Crafts village

Question

Jista' l-Ministru jispjega fhiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċax ix-xogħol fuq il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi billi l-Proġett kif propost ma ġiex aċċettat għall-finanzjament mill-Unjoni Ewropeja taħt il-fondi strutturali, il-Gvern qed jagħmel evalwazzjoni tal-proġett mill-ġdid biex jassigura li tassew dan ikun proġett li jagħti appoġġ lill-artiġjanat Malti.

Ta' Qali — Crafts village

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 878 u jispjega fiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċa x-xogħol fuq il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.

Ta' Qali — Crafts village

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1231 u 878 u jispjega fiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċa ix-xogħol fuq il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.

Prezz tal-fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1510 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid jekk sarux xi studji dwar l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żidiet fil-prezz tal-fuel u partikolarment tal-fatt li d-diesel issa sar jiswa iktar mill-petrol bla ċomb? F'każ li saru studji bħal dawn, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-prezzijiet tal-fuel huma magħrufa u l-Gvern kontiwament jagħmel moniteraġġ kif ikun qed jirrispondi s-suq u l-ekonomija Maltija in ġenerali. Filwaqt li, in ġenerali, ma jindaħalx fil-prezz tal-bejgħ, biex kulħadd ikun konxju kemm jiswa dak li juża, u jieħu deċiżjoni propizji fiex għandu jiddedika flusu, hemm mekkaniżmu stabbilit fejn jidħol l-element tal-prezzijiet tal-fuel fin-nollijiet tal-karozzi tal-linja u sa Diċembru li ġej, fil-prezz tal-ħobża Maltija.

Ta' Qali — Crafts village

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1643, 1231 u 878 u jispjega fiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċa ix-xogħol fuq il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Parental Leave - Irġiel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-settur li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm persuna fil-Commerce Division u oħra fil-Malta Enterprise fis-snin 2005 – 2006 u 2008 rispettivament illi bbenefikaw mill-Parental Leave.

Prezz tal-Fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1993 u1510 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed jiġu riferuti lilu u jgħid jekk sarux xi studji dwar l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żidiet fil-prezz tal-fuel u partikolarment tal-fatt li d-diesel issa sar jiswa iktar mill-petrol bla ċomb? F'każ li saru studji bħal dawn, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1993.

Malta Enterprise — Gozo Directorate

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqafx il-Gozo Directorate fi ħdan il-Malta Enterprise? Jekk fin-negattiv, għaliex ma twaqqafx? Jekk twaqqaf x’inhuma l-kompetenzi u l-funzjonijiet tiegħu? Minn huma l-persuni maħtura biex imexxu u jamministraw dan id-Direttorat? Jista’ jgħid jekk hemmx budget speċifikatament għal Għawdex u jekk hemm minn min hu amministrat? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Dokument “An Entrepreneurial Vision for Gozo” ppubblikat mill-Malta Enterprise f’Jannar 2007?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskop tad-Direttorat għal Għawdex, fi ħdan il-Malta Enterprise huwa li jsiru numru ta’ attivitajiet li jagħtu assistenza diretta lill-industrija f’Għawdex. Ir-responsabilitajiet fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet huma mifruxa bejn il-management tal-korporazzjoni sabiex isir kull sforz possibbli lejn l-iżvilupp u l-assistenza tan-negozju, u l-attirar ta’ investiment barrani u l-iżvilupp ta’ inċentivi ekonomiċi u speċifiki għal Għawdex. Dan jassigura li l-isforzi importanti Għawdxin, iseħħu flimkien ma’ sforzi oħra tal-Malta Enterprise u mil-baġit tal-Malta Enterprise. Id-direttorat iffurmat mis-CEO tal-Malta Enterprise u minn tliet Chief Officers ta’ l-istess ME. M’hemmx budget speċifikament għal dan id-direttorat. Id-Dokument ‘Viżjoni għal Għawdex’ kien ippubblikat mill-Malta Enterprise f’Jannar 2007 u kien, u ghadu, aċċessibbli fil-format pdf fil- website tal-Malta Enterprise. Dawn l-isforzi tal-ME irriżultaw fi skema ta’ impjieg li tassisti kumpaniji finanzjarjament sabiex jiżdied l-impjieg f’Għawdex, assistenza għat-trasport ta’ prodotti manifatturati f’Għawdex biex jintbagħtu Malta, spazju industrijali, assistenza lil industrijalisti biex jipparteċipaw f’fieri internazzjonali biex ibiegħu l-prodotti tagħhom barra minn xtutna, servizzi ta’ konsulenza tan-negozju u innovazzjoni li tinkludu trasferimenti tat-teknoloġiji bejn Malta u pajjiżi oħra. Id-Dokument ‘Viżjoni għal Għawdex’ qiegħed jiġi updated biex jinkludi wkoll il-kunċett Eco-Island . Dan qed isir b’konsultazzjoni diretta ma’ stakeholders relevanti Għawdxin.

Żoni Industrijali — Vot Kapital - flus allokat għal upgrading

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-vot kapitali (vote VI Capital) allokat għal din is-sena għal upgrading f'Żoni Industrijali? Fejn sar dan ix-xogħol u kemm intnefqu f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-vot kapitali allokat din is-sena għal upgrading f’żoni industrijali, intużaw €115,460. Ix-xogħolijiet twettqu fiż-żoni industrijali tal-Imrieħel, Mosta, Haż-Żebbuġ, il-Ħandaq, Ħ’Attard, u Ħal-Luqa, kif ukoll fiż-żewġ villaġġi tal-artiġjanat ta’ Ta’Qali u Ta’ Dbiegi. In-nefqa kienet maqsuma f’€36,000 f’xogħolijiet ta’ asphalt, patching u manutenzjoni ġenerali fuq toroq industrijali, servizzi ta’ tindif u twaħħil ta’ sinjali tat-traffiku, €28,000 fi tkomplijja tal-Proġett ta’ Street lighting, u xogħolijiet ta’ manutenzjoni speċifikament fiż-żona industrijali ta’ f’Ħal Farruġ u Ħal Luqa; €11,646 f’garanzija bankarja mal-MEPA u €39,814 f’xogħolijiet u servizzi oħra ta’ manutenzjoni ġenerali, promozzjoni għall-istess żoni industrijali, publikazzjoni ta’ direttorji ta’ negozji, spejjeż relatati mal-laqgħat ta’ konsultazzjoni ma l-istess sidien ta’ negozji ta’ dawn iż-żoni, eċċ.

Ta' Qali — Vot Kapitali - flus allokat għall-Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-vot kapitali (vote VI Capital) allokat għall-Crafts Village f'Ta' Qali? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm intnefaq f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.

Liġi għall-Promozzjoni ta' l-Industrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-inizjattivi li ġew introdotti matul din is-sena li joħorġu mil-Liġi għall-Promozzjoni ta' l-Industrija? Kemm kienet din l-ispiża u fiex kienet tikkonsisti?

Response (FENECH, TONIO)

Niċċaraw li l-inċentivi l-ġodda li ħarġet il-Malta Enterprise matul din is-sena ma humiex mill- Att Dwar il - Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) iżda jemanaw mill- Att Dwar l-Intrpriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act). L-inċentivi ġodda li ħarġu din-sena taħt dan l-Att ġew stabbiliti minn tlett Avviżi Legali li jġibu dawn in-numri: Aviz Legali 68 ta’ l-2008 - Regolamenti ta’ l-2008 dwar Għajnuna għall-Investiment Aviz Legali 69 ta’ l-2008 - Regolamenti ta’ l-2008 dwar Assistenza lil Intrapriżi Żgħar jew ta’ Daqs Medju Aviz Legali 70 ta’ l-2008 - Regolamenti ta’ l-2008 dwar Inċentivi għas-Sostenn ta’ l-Intrapriża Bis-saħħa ta’ dawn l-avviżi legali li jaqaw taħt il-qafas tal- Malta Enterprise Act, inħarġu dawn l-inċentivi ġodda: Aviz Legali 68 ta’ l-2008 Aviz Legali 69 ta’ l-2008 Aviz Legali 70 ta’ l-2008 ·Investment Aid Scheme ·Gozo Regeneration Scheme ·Innovative Start-up Scheme ·SME Development Scheme ·Business Advisors Scheme ·Trade Promotion and Trade Fairs support Scheme ·Business development Scheme Il-Malta Enterprise tkun f’pożizjoni li tagħti rendikont ta’ linfiq fuq dawn l-iskemi wara li tagħalaq il-kotba tas-sena.

Unjoni Ewropea — Żoni industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa matul din is-sena biex jitjiebu ż-żoni industrijali għall-intrapriżi ż-żgħar? Fejn sar dan ix-xogħol u kemm ġie jiswa f'kull każ separatament? Kemm kienu l-fondi li ġew mill-Unjoni Ewropea għal dan l-iskop?

Response (FENECH, TONIO)

L-ewwel nett nixtieq ngħarraf lil Onorevoli Interpellant, li ma teżisti l-ebda żona industrijali li hi restritta u iddisinjata specifikament li tilqa fiha xi “intrapriżi żgħar”,(jiġifieri minn imjegat wieħed sa għaxra), għaliex f’kull żona insibu firxa ta’ negozji li jħaddmu minn persuna waħda sa 250 impjegat (hekk kif tgħid id- definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar skond l-Unjoni Ewropea),jew saħansitra aktar minn 250 persuna. Iżda minn naħa l-oħra tajjeb ninforma lil istess Onorevoli Interpellant li jeżistu kemm żoni industrijali mibnija fuq artijiet tal-Gvern , kif ukoll oħrajn mibnijja fuq art tal-privat. Din is-sena, mil-vot tal-Ministeru responsabbli minn-negozji żgħar u medji, ser ikunu intefqu mal €115,498 fuq manutenzjoni ġenerali , servizzi ta’ tindif, proġetti ta’ embellishments, u introduzzjoni ta’ sinjali tat-traffiku fost l-oħrajn, fiż-żoni industrijali tal Handaq, Mosta, Haż-Żebbug, u l-Imrieħel. Sadanintant minn naħa tal Malta Industrial Parks minn Awwissu 2008 sal lum ser ikunu intefqu ukoll mal €15,266 fuq titjib ġenerali, u xogħolijiet oħra ta’ manutenzjoni fl-istess żoni.( servizzi li bħalissa għadhom jingħataw sabiex dawn iż-żoni jinżammu fi stat nadif, u organizzat). Din is-sena il-Malta Industrial Parks sa issa nefqet ukoll is-somma ta € 204,840, f’ manutenzjoni ġenerali fiż-żoni industrijali l-oħra, fuq art tal-Gvern ( li jinkludu Bulebel, San-Gwann, Hal-Far, Kordin, Marsa, Mosta, H-Attard, Hal-Luqa, Kirkop, Xewkija,) u dan barra it- €28,470,515 li intefqu mil-MIP, f’bini ta fabbriki ġodda, il- €106,000 f’kontribuzzjoni mil MIP lejn id-direttorat għall-intrapriżi żgħar fi ħdan il-Malta Enterprise, kif ukoll it- €252,935 li tħallsu din is-sena, mil-Ministeru, fi flus dovuti bħala retention money lil kuntratturi li kienu responsabbli li jwettqu proġetti infrastrutturali ta’ tiżbieh f’diversi żoni industrijali, fis-snin l-imgħoddijja. F’din is-sena li qegħdin fiha, kemm il-Ministeru, kif ukoll il-Malta Industrial Parks ma irċevewx u ma nefqux l-ebda fondi mill-Unjoni Ewropea.

Ta' Qali — Villaġġ ta' l-Artiġjanat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm negozji fil-villaġġ il-ġdid ta' l-artiġjanat ġewwa Ta' Qali? Kemm qed jimpjegaw nies dawn in-negozji? Kemm kien l-investiment tal-Gvern? Kemm minnhom huma fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.

Kottonera — Squatters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tal-artijiet għandux informazzjoni dwar propjetà tal-Gvern li hija okkuppata minn Squatters? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti indikazzjoni dwar liema huma dawk li jinstabu fil-Kottonera u x' bi ħsiebu jagħmel sabiex is-sitwazzjoni tkun regolarizzata?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Parental Leave - Irġiel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2746 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-settur li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2746.

Ta' Qali — villaġġ tas-snajja

Question

Jista' l-Minstru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet għall-iżvilupp u bini tal-villaġġ tas-snajja ġewwa Ta' Qali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.

Servizz ta' l-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2392 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar servizz ta’ l-ajru mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-link bl-ajru bejn Malta u Għawdex hi permezz tas-seaplane bejn il-Port il-Kbir u l-Port ta’ l-Imġarr, Ghawdex. Ma hemmx pjanijiet immedjati fir-rigward tas-suġġett partikulari li hu riferut fil-Mistoqsija Parlamentari.

Gozo Channel — Poloz ta' Insurance

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm ħalsu flus f’poloz ta’ insurance il- Gozo Channel fis-snin finanzjarji tagħha 2005/2006, 2006/2007 u 2007/2008? Jista’ jgħid kemm poloz ta’ assigurazzjoni kien hemm u kemm hemm illum? Kemm hu l-pagament fuq kull waħda mill-poloz?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2526 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Nefqa tal-gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.