Għawdex — Kumpanniji Megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2394 u jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b’sena mill-1999 sal-lum biex twaqqaf impriża f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex kull sena fl-istess perjodu? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom l-MDC/Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skond is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies meta bdew joperaw, meta sar il-ftehim mal-MDC/Malta Enterprise u kemm qed iħaddmu llum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2394.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2820 u jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi allokati għall-MIP taħt l-item 7210? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2820.
Nixtieq nirreferi lill-Ministru għad-diskors tal-budget fejn għal din is-sena kien hemm mira ċara biex dak li kien deskritt bħala "l-piż tal-amministrazzjoni pubblika" jitħaffef, għalhekk nitlob li l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2816 u jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' tnaqqis ta' l-amministrazzjoni pubblika fuq l-oqsma produttivi ta' pajjizna matul din is-sena 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-persentaġġ ta’ tnaqqis ta’ l-amministrazzjoni pubblika fuq l-oqsma produttiva ta’ pajjiżna matul l-ewwel sitt xhur tas-sena huwa kif jidher f’din it-tabella:
2007 Jan - Jun
2008 Jan - Jun
Amministrazzjoni u Difiża Pubblika; Sigurta Soċjali Mandatorja
€ '000
156,755
166,487
Valur Gross Miżjud (Prezzijiet Bażiċi) tal-Ekonomija
€ '000
2,232,080
2,375,078
Kontribuzzjoni lil Ekonomija Maltija
%
7.02
7.01
Figuri skond NSO ċirkolari Nr 159/2008
Ta’ min jgħid li l-figuri minn Jannar sa Settembru 2008 ser ikunu ppubblikati fix-xahar ta’ Diċembru 2008. Filwaqt li l-figuri minn Jannar sa Diċembru 2008 ser ikunu ppubblikati fix-xahar ta’ Marzu 2009.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2827 u jgħid kemm hemm negozji fil-villaġġ il-ġdid ta' l-artiġjanat ġewwa Ta' Qali? Kemm qed jimpjegaw nies dawn in-negozji? Kemm kien l-investiment tal-Gvern? Kemm minnhom huma fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2826 u jgħid kemm kienet in-nefqa matul din is-sena biex jitjiebu ż-żoni industrijali għall-intrapriżi ż-żgħar? Fejn sar dan ix-xogħol u kemm ġie jiswa f'kull każ separatament? Kemm kienu l-fondi li ġew mill-Unjoni Ewropea għal dan l-iskop?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2826.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2823 u jgħid liema kienu l-inizjattivi li ġew introdotti matul din is-sena li joħorġu mil-Liġi għall-Promozzjoni ta' l-Industrija? Kemm kienet din l-ispiża u fiex kienet tikkonsisti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2823.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom bonds il-BOV p.l.c. u l-HSBC Bank Malta p.l.c jew kumpanniji subordonati jew assoċjati magħhom tal-Leehman Brothers fl-ewwel ta' Jannar 2008 u kemm kien il-valur ta' dawn il-bonds, u jista' jgħid x'tip ta' bonds kienu dawn? Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom bonds ta' Leehman Brothers l-istess banek u kumpanniji assoċjati magħhom fil-15 ta' Lulju 2008 u kemm kien il-valur tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm biegħu mill-
bonds
tagħhom il-banek fuq imsemmija fil-kwalità tagħhom ta'
stock brokers
lill-klijenti rispettivi tagħhom fil-perijodu fuq indikat, u x'kien il-valur ta' dawn il-
bonds
u x'tip ta'
bonds
kienu; jekk kinux per ezempju
straight bonds
jew
subordinated bonds
?
Jista' l-Ministru jispjega il-
bonds
mibjugħa mill-BOV p.l.c. fil-perijodu ta' bejn l-1 t'April 2007 u l-1 ta' Lulju 2007 kenux
bonds
propjetà tal-bank jew kenux xi
subscription
ġdida maħruġa mill-Leehman Brothers? Jista' l-Ministru jispjega jekk il-
bonds
imsemmija mibjugħa f'dan il-perijodu indikat kenux
straight bonds
jew
subordinated bonds
?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din il-materja diġa kienet suġġett ta’ statements uffiċċjali tal-gvern reċentement f’dan ir-rigward. Ninsab infurmat li hekk kif tħabbar il-falliment ta’ Lehman Brothers fil-15 ta’ Settembru, kemm l-Awtorita għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta kif ukoll il-Bank Ċentrali kienu ħadu passi sabiex ikunu infurmata b’kemm titoli (securities) jew strumenti finanzjarji oħra kienu f’idejn istituzzjonijiet finanzjarji liċenzjati f’Malta, sew fil-qasam bankarju, sew ta’ l-assigurazzjoni kif ukoll fil-kamp ta’ servizzi ta’ investiment.
Bħalma jaf l-Onorevoli Membru, l-Awtorita għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u l-impjegati tagħha jittrattaw kull informazzjoni li tinkiseb waqt il-qadi ta’ dmirijiethom bħala konfidenzjali u m’għandhomx, la direttament u lanqas indirettament, jikxfu dik l-informazzjoni lil ebda persuna oħra. Għaldaqstant, mhux il-kaz illi jingħataw dettalji dwar istituzzjonijiet speċifiċi, inklużi dawk imsemmija fil-mistoqsija. Dan japplika wkoll għall-Bank Ċentrali u l-impjegati tiegħu.
Tajjeb jingħad, iżda, illi dawk l-istituzzjonijiet illi għandhom l-ishma tagħhom fuq il-Borża ta’ Malta għandhom obbligi stretti skont il-Listing Rules tal-Borża li jippublikaw informazzjoni dwar fatti li jistgħu jaffettwaw il-prezz ta’ l-ishma u li ma tkunx informazzjoni pubblika. Huwa magħruf illi l-Bank of Valletta ħareg company announcement l-għada li tħabbar il-falliment ta’ Lehman, u fih spjega li l-portafoll tal-Bank fih holding ta’ Senior (non-subordinated) Lehman paper. Il-Bank spjega wkoll illi, għalkemm għadu kmieni biex tgħid kemm jista’ jiġi rkuprat minn dan il-holding, huwa mifhum illi kwalunkwe telf li jista’ jirrizulta minn dan il-holding għandu jkun modest fil-kuntest tar-riżultati tal-Bank għas-sena finanzjarja sa issa.
Ma jiniex f’posizzjoni li nagħti d-dettalji ulterjiri li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li hemm d-djar residenzjali f'Malta u Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ djar f’Malta u Għawdex jammonta għall- 139,178 li huma djar prinċipali u 10,113 bħala djar sekondarji. Ma dawn m’hemmx magħduda d-djar vojta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sett tat-televiżjoni hu stmat li hawn fid-djar f'Malta u Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond ic-Censiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2005 minn 139,583 households li ġew reġistrati, 95.9% għandhom sett tat-televizjoni jew aktar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura privata hawn reġistrata f'Malta u Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ vetturi privati reġistrati hawn Malta sa l-aħħar ta’ Settembru 2008 huwa kif jidher f’din it-tabella:
Sena
Vettura
Ammont
2008
Electric Car
33
Electric Motorcycle
883
Motorcycle
21304
PC Class 1
129593
PC Class 2
28280
PC Class 3
26033
PC Class 4
34349
PC Class 5
31070
PC Class 6
9660
2008 Total
281205
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il fridge, gas cooker u washing machine hu stmat li hawn fid-djar f'Malta u Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond iċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2005 minn 139,583 households li ġew reġistrati, 98.5% għandhom fridge/fridge-freezer waħda jew aktar, 96.6% għandhom cooker wieħed jew aktar, u 92.1% għandhom washing machine waħda jew aktar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa li ngħataw tax credits wara li reġgħu rritornaw lura għax-xogħol minn meta ġiet introdotta din il-miżura u kemm kien l-ammont totali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi-l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Sena ta’ Stima Ammont ta’ nisa li benifikaw Ammont
€
2008 533 283,874
2007 506 404,971
2006 294 185,362
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Aġenzija - Reklamar
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?
Malta Enterprise u Mimcol — Persuni jaħdmu self-employed
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Malta Enterprise u fil-Mimcol, kemm hu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu ma' dawn l-entitajiet bħala self-employed?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li qed jaħdmu bħala self-employed fil-Malta Enterprise, u l-Mimcol huwa ta’ 4 u 3 rispettivament.
Is-servizz li qed jgħatu dawn huwa ta’ Security Services, housekeeping, klerikali u wieħed hu Segretarju tal-Board.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Rigward il-benefiċċju f'forma ta' voucher ta' massimu ta' €75, jista' l-Ministru jgħid liema awtorità se tiddeċiedi min se jkun intitolat għal dan jekk hux il-Korporazzjoni Enemalta jew id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-€0.50 cents kuljum hux se tkun imħallsa direttament mit-turist lil-lukandi, jew hux se tkun inkluża fil-pakkett minn barra? Jista' jgħid kif se tkun ikkontrollata? Il-klijenti li jmorru għandi familji, jew f'appartamenti wkoll iridu jħallsuha? X'kontroll se jkun hemm għal dawk li jiġu bla booking minn qabel?
Jista' l-Ministru jinfurmani kif se tinħadem l-iskema ta' dawk li qed jirreġistraw? Dawn se jintbagħtu jaħdmu mal-gvern, mal-kunsilli lokali, jew mal-privat? L-iskema tgħodd għal kulħadd u għal kull impjieg?