Jista' l-Minstru jgħid kemm ħalsu flus f’poloz ta’
insurance
il-
Gozo Channel
fis-snin finanzjarji tagħha 2005/2006, 2006/2007 u 2007/2008?
Jista’ jgħid kemm poloz ta’ assigurazzjoni kien hemm u kemm hemm illum? Kemm hu l-pagament fuq kull waħda mill-poloz?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2005-2006 kellna tmien poloz ta’ assigurazzjoni, u mis-sena 2006-2007 kellna disa’ poloz ta’ assigurazzjoni sabiex inkopru t-terminal ġdid tal-Mġarr Għawdex.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni oħra mitluba:
Malta Enterprise u l-MIP — Fondi Strutturali allokati
Question
Filwaqt li nixtieq niċċara li l-perijodu li qed nirreferi għalih hija din is-sena 2008, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2814 u jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7211? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Kif huwa maħsub li jintnefqu l-kumplament tal-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2814.
Malta Enterprise u MIP — Fondi Strutturali allokati
Question
Filwaqt li nixtieq niċċara li l-perijodu huwa din is-sena 2008, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2813 u jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7173? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Fadal xi fondi li għadhom ma ġewx allokati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2813.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2547 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-ħxejjex u frott mis-serer reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? Xi produzzjoni jlaħħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ produtturi tal-ħxejjex u frott mis-serer registrati f’Malta u f’Għawdex u xi produzzjjon jlaħħqu huwa ndikat f’din it-tabella:
Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika
Din l-informazzjoni ittieħħdet miċ-Ċensiment tas-serer li sar fl-2007
Malta
Għawdex
Total
Produtturi tal-ħxejjex u frott u pjanti mis-serer
numru
300
38
338
raba' taħt is-serer
ettari
50.1
9.4
59.5
produzzjoni tal-ħaxix
tunellati
6,296
1,102
7,398
produzzjoni ta' fjuri
numru 000s
3,303
49
3,352
produzzjoni ta' pjanti
numru 000s
237
85
322
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jaħseb dwar sistema fejn il-piz tat-taxxi jibda jiġi indirizzat lejn il-prinċipju ta' "the polluter pays" ħalli min jniġġeż verament jispiċċa jħallas l-aktar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi il-Gvern jaqbel mal-kunċett li qed jirreferi għalih l-Onor. Membru u, fil-fatt, l-eko kontribuzzjoni hi pass fil-prattika f’dik id-direzzjoni. Wiehed jista’ jsemmi wkoll il-multi li jeħlu dawk li jħammġu l-ambjent meta jħallu skart mhux separat ħdejn bring-in sites.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-fond fi Triq San Kristofru li bħalissa qeq jintuża mill-Malta-China Friendship Society huwiex mikri mill-Gvern lil din l-għaqda? Kemm hu l-ammont ta’ kera li titħallas f’sena? Jista’ jgħid jekk huwiex permessibbli li dan il-fond jintuża minn xi għaqdiet volontarji oħra jew anki għal skopijiet kummerċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-fond in kwistjoni jinsab f’62 Triq San Kristofru, Valletta u huwa mikri lill-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina, b’kera ta’ €465.87 sabiex jintuza bħala klabb għall-għanijiet tal-Għaqda. Peress li l-fond huwa mikri lill-imsemmija Għaqda dan ma jistax jingħata għall-użu minn għaqdiet oħra u l-anqas ma jista’ jintuża għal-skop differenti minn dak mikri.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2822 u jgħid kemm-il metru kwadru ġdid ta' spazju għal fabbriki ġie żviluppat matul din is-sena? Kemm kienet din l-ispiża u fejn sar dan ix-xogħol? Jista'jgħid fiex wasal dan ix-xogħol, jekk hux lest jew le? Jista' jgħid ukoll kemm-il metru kwadru ġdid ġew żviluppati fis-snin 2005, 2006 u 2007 separatament?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Venture Capital Fund inħoloqx jew le? Jekk fl-affermattiv, kif qed jitħaddem dan il-fund u x’inhu l-ammont ta’ flus li fih?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Venture Capital Fund inħoloq b’investiment inizzjali mill-Gvern ta’ Euro2,097,000 (Lm900,000). Effettivament il-fond għadu ma bediex jitħaddem. Il Board tad-diretturi qed jagħmel sforzi biex jingaġġa r-riżorsi meħtiega biex dan il-fond jibda jopera skond investment policies xierqa u jiġi ukoll supplimentat b’kapital minn istituzzjonijiet finanzjarji.
Jikkonferma l-Ministru li matul din is-sena 2008 tħallsu jew se jkunu tħallsu madwar €20.5 miljun f’incentivi? Jekk fl-affermattiv, kif ġew allokati dawn l-inċentivi?
Ta' Qali — Villaġġ tas-snajja - Pjanijiet għall-iżvilupp
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3049 u jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet għall-iżvilupp u bini tal-villaġġ tas-snajja ġewwa Ta' Qali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (FENECH, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2047, ngħarraf lill-Onorevoli Membru li m’għandi xejn xi nżid ma’ din ir-risposta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tenders għal diversi proġetti li suppost ikunu iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea hux qegħdin jinħarġu skond il-programm imħejji mill-Gvern Malti?
Fid-dawl ta' diskors tal-budget 2009, jista' l-Ministru jgħid liema awtorità/dipartiment ser imexxi l-iskema speċjali ta' darba għar-restawr tal-faċċati ta' binjiet residenzjali? Min hu intitolat biex jibbenifika minn din l-iskema? Id-djar domestiċi/residenzjali biss jew anke binjiet kummerċjali? Min hu inkwilin, jista' japplika għal din l-iskema? Jekk wieħed ibiegħ id-dar li fuqha ibbenefika minn din l-iskema jrid bilfors irodd lura il-flus? Post li hu mibni mhux skond il-permess jew li għandu l-aluminium fil-faccata u dan l-istess post jinsab fil-qalba tal-bliet jew village core (fejn dan skont il-policy tal-MEPA mhux suppost) ikun jista' jibbenefika minn din l-iskema?
Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tieħu flus ta' bejgħ ta' post mingħand id-Dipartiment ta' l-Artijiet u li dan il-bejgħ sar fl-2005, minkejja li d-dipartiment dejjem jgħidulha li ser tirċievi l-flus, għadda ż-żmien u ma rcevit xejn?
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal sisa l-Gvern minn fuq xiri ta' żejt (petrol, diesel u pitrolju) fis-snin 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm huwa maħsub li jdaħħal sisa fis-sena 2008 fuq dawn il-prodotti? X'inhu l-persentaġġ tas-sisa li l-Gvern idaħħal fuq ix-xiri taż-żejt minn barra l-pajjiż? Jista' jgħid jekk dan il-persentaġġ huwiex beħsiebu jċaqalqu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
(a) Is-sisa li daħħal il-Gvern fuq xiri ta’ żejt (petrol, diesel u pitrolju) fis-snin 2004,
2005, 2006 u 2007 hija kif ġej:-
2004
2005
2006
2007
Lm
Lm
Lm
Lm
PETROL
11,913,908
11,678,507
15,289,862
18,195,695
DIESEL
11,831,938
12,131,025
14,318,759
19,883,457
PITROLJU
56,511
237,866
278,333
257,941
b) Sa l-aħħar ta’ April 2008, il-Gvern daħħal
€26,392,867
bħala sisa fuq dawn il-
prodotti.
Għalhekk huwa maħsub li fis-sena 2008 il-Gvern jista’ jdaħħal sisa ta’ bejn wieħed u ieħor €80 miljun fuq il-prodotti msemmija hawn fuq.
c) Ir-rati ta’ dazju tas-sisa (li huma speċifiċi u mhux
ad valorem
jew persentaġġ) li l-Gvern idaħħal fuq ix-xiri taż-żejt minn barra l-pajjiż huma kif ġej:-
PETROL
€404.38/Lm173.60 kull 1000 litru
DIESEL
€332.40/Lm142.70 kull 1000 litru
PITROLJU
€332.40/Lm142.70 kull 1000 litru
d) Deċiżjonijiet fiskali jittieħdu f’ambitu ta’ tfassil ta’ Budget.
Għawdex — Kumpaniji Megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b’sena mill-1999 sal-lum biex twaqqaf impriża f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex kull sena fl-istess perjodu? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom l-MDC/Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skond is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies meta bdew joperaw, meta sar il-ftehim mal-MDC/Malta Enterprise u kemm qed iħaddmu llum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi:
· Kumpaniji ġodda li twaqqfu f’Għawdex mill-2004 sa llum huma 4 (Rekords ta’ żmien l-MDC mhumiex aċċessibli), u waħda għamlet espanzjoni fl-2007.
· L-informazzjoni dwar ismijiet ta’ kumpaniji u informazzjoni relatata man-natura tax-xogħol li jagħmlu hija ta’ natura kunfidenzjali, u għaldaqstant ma tistax tingħata.
· Tlieta mill-kumpaniji huma barranin u tnejn huma lokali.
· L-assistenza mogħtija lil dawn il-kumpaniji bejn is-snin 2004-2007 tammonta globalment għal €2.8M. L-assistenza ġiet mogħtija fuq dawn l-iskemi:
·
Investment Aid Tax Credits
· Rati mnaqqsa ta’ taxxa
· Skemi taħt l-ERDF
·
Business Development Grants
· Kompetittivita’ internazzjonali
· Assistenza biex jattendu għal Fieri internazzjonali
· Spejjeż ta’ trasport
· Assistenza biex iżidu l-impjiegi
· L-impjieg ta’ dawn il-kumpaniji bejn l-2004-2007 kien hekk:
Numru ta’ Kumpaniji
Impjieg meta bdew
Impjieg Kirrenti
5
31
61
Ta’ min jinnota li 3 minn dawn il-kumpaniji bdew joperaw din is-sena u fi żmien 3 snin l-impjieg tagħhom għandu jiżdied b’37 impjieg.
Jista' l-Minstru jwieġeb l-mistoqsijiet parlamentari 1998 u 1442 u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju ta' l-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1918 u jgħid kemm fetħu negozji ġodda matul s-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm minn dawn in-negozji jgħaddmu inqas minn 5 persuni? Kemm minn dawn in-negozji kienu ta' persuni mhux b'ID Card Maltija u kemm minn dawn kienu ta' proprjetarji Maltin? F'liema settur fetħu dawn in-negozji?
Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari 1923 u jgħid kemm għalqu negozji matul is-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm kien hemm minnhom li kienu jħaddmu inqas minn 5 persuni? F'liema settur kienu dawn in-negozji u jekk dawn in-negozji kenux kollha ta' proprjetarji Maltin?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm fabbriki vojta fiż-żoni industrijali f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' fabbriki vojta fiż-żoni industrijali ta' Malta huwa ta' 23, filwaqt dawk f'Għawdex huma 5. Minn dawn, ħdax-il fabbrika f'Malta u zewg fabbriki f'Għawdex huma diga' riservati.
Din il-figura tista' tinbidel minn żmien għall-ieħor skond iċ-ċirkustanzi.