B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2767, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tad-Dwana f'Għawdex hux ser jibqa' miftuħ minn issa sas-sajf li ġej?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 2767, li tkopri is-sena kollha.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 2771, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu kull sena l-kumpanniji li joperaw f'Għawdex u x'kien il-valur fi flus tal-għajnuna li ngħataw kull sena fis-snin imsemmija:
i) taħt id-
de minimis schemes
ii) bħala cash grants
iii) taħt il-Business Promotion Act Schemes u
iv) bħala assistenza fiskali?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2815 u jgħid kemm hawn kumpanniji li jimpjegaw aktar minn 250 ħaddiem? Liema huma dawn il-kumpanniji? Kemm jimpjegaw ħaddiema fil-preżent u kemm kienu jimpjegaw ħaddiema sena ilu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2815.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3051 u jgħid kemm intnefqu flus fuq bini ta' fabbriki ġodda kull sena separatament mill-2000 sa Settembru ta' din is-sena?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 3053 u jinforma lill-Kamra kemm hemm fabbriki vojta fiż-żoni industrijali f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3053.
Ta' Pinu, Triq ir-Ramla u ta' Għajnsielem — propjrjetajiet li ġew esproprjati
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi proprjetajiet ġew esproprjati mill-Gvern biex saru t-toroq ta' Ta' Pinu, Triq ir-Ramla u ta' Għajnsielem? F'liema Gazzetta tal-Gvern deher l-avviż, min huma s-sidien u kemm hu l-valur mogħti mill-perit tal-Gvern ta' dawn l-artijiet? Kemm minnhom ġew kontestati minħabba l-valur mogħti mill-perit? Jista' jgħid jekk l-ammonti tħallsux lis-sidien u liema tħallsu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji tal-proprjetajiet li ġew esproprijati mill-Gvern biex saru t-toroq ta’ Ta’ Pinu u t-toroq ta’ Ghajnsielem huma elenkati fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Għal raġuni ta’ kunfidenzjalita’, l-ismijiet mhux qed jiġu mogħtija, biss hemm indikat liema proprjeta’ ġiet abbinata ma’ sid. Sa issa, wieħed ikkontesta il-prezz offrut, u wieħed mis-sidien tħallas il-kumpens dovut.
Dwar it-Triq tar-Ramla fin-Nadur hemm biss espropriji li jmorru lura diversi snin u dismemberment ta’ art li ntużat għat-toroq. Dwar dawn l-espropriji għad ma kien hemm l-ebda offerta ta’ kumpens lis-sidien . Dettalji ta’ l-espropriji huma ukoll mniżżla fil-lista.
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi regolamentazzjoni li tirregola l-importazzjoni ta’ pestiċidi u bexx ieħor għal skop agrikolu minn pajjizi fl-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Liġi Maltija dwar l-importazzjoni u l-użu ta’ pestiċidi u bexx hija regolata permezz tal-Kap 430. Ir-regolamenti speċifiċi dwar l-importazzjoni ta’ bexx u pestiċidi għall-użu agrikoli huma r-Regolamenti dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (avviż legali nru: 115 ta’ l-2004 u l-emendi tagħhom). Dawn ikopru l-importazzjoni intrakomunitarja u dik minn barra l-Unjoni Ewropeja. Minn Frar ta’ din is-sena, l-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards ġiet maħtura bħala l-Awtorita’ Kompetenti għal das-settur.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' entitajiet pubbliċi li ġew mogħtija lill-privat għall-iżvilupp kummerċjali mill-gvern permezz ta' indikazzjoni fil-Parlament matul dawn l-aħħar għoxrin sena? F'liema data saru l-kuntratti, lil min ingħataw u x'kien id-dħul tal-gvern minn kull trasferiment?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-assi tal-gvern (inkluż parastatali) li ġew ipprivatizzati matul dawn l-aħħar ħmistax-il sena? Jista' jgħid lil min inbiegħu, meta nbiegħu u x'kien id-dħul tal-gvern minn kull bejgħ li sar?
Jista' l-Ministru jgħid x'għamel il-Gvern sal-lum sabiex inaqqas il-piżijiet amministrattivi ta' l-SME's? Jista' jispeċifika ċirkostanzi partikolari fejn naqqas il-burokrazija u l-pizijiet amministrattivi ta' l-SME's?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern kien u għadu kommess li jnaqqas piżijiet amministrattivi illi jiltaqgħu magħhom l-SMEs. Fil-fatt, kien għalhekk li l-Gvern waqqaf il-Better Regulation Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Fir-rigward ta’ l-SMEs illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, ittieħdu diversi inizjattivi sabiex jiġu ndirizzati dawn il-piżijiet.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista b’uħud minn dawn l-inizjattivi.
Għawdex — Xewkija - Qasam Industrijali - Kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpaniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex? X’tip ta’prodotti jipproduċu? Meta bdew joperaw f’dan il-qasam? Kemm kienu jħaddmu impjegati (i) qabel bdew joperaw f’dan il-qasam fejn hu l-każ, (ii) meta bdew joperaw f’dan il-qasam, u (iii) kemm qed iħaddmu nies illum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hemm tlieta u għoxrin kumpanija, kif ukoll tlieta u għoxrin individwu li joperaw f’dan il-Qasam Industrijali tax-Xewkija, f’Għawdex. L-ismijiet tal-kumpaniji u d-data ta’ meta bdew joperaw qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
L-informazzjoni dwar il-prodotti li jipproduċu dawn il-kumpaniji u individwi ma tistax tingħata minħabba li hi kummerċjalment sensittiva.
B’referenza għall-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal taxxa minn fuq l-Eco Contribution matul Jannar u Settembru 2008? Jista' jgħid fiex għamel użu d-dħul li kien hemm minn din il-kontribuzzjoni? Jista' jgħid jekk hemmx il- ħsieb li din it-taxxa tonqos għas-sena 2009, tibqa' kif inhi jew tiżdied?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mit-taxxa fuq l-Eco Contribution matul Jannar u Settembru 2008 kien ta’ €11,971,241.
L-ammont li jinġabar mill-
Eco Contribution
jiġi kkreditat fil-Fond Konsolidat, minn fejn ukoll, tiġi ffinanzjata l-ispiża li l-Wasteserv Malta Ltd tagħmel kull sena għall-immaniġjar ta’ l-iskart kollu u ta’ kwalita’ varja ta’ Malta u Għawdex. Din is-sena, din l-ispiża tlaħħaq €17.6 miljuni.
Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għad-diskors tal-Budget għas-sena d-dieħla.
Malta Enterprise u MIP — Fondi Strutturali allokati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7173? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Fadal xi fondi li għadhom ma ġewx allokati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l’ammont ta’ flus li ġew użati mill-fondi strutturali allokati għall-MIP din is-sena jammontaw għall €453,119 eskluż il-VAT. Dawn ġew użati fuq proġett ta’ tisbieħ ta’ Żoni Industrijali ta’ Ta’ Dbiegi, Bulebel u Ħal Far. Il-fondi kollha ġew eżawriti.
Rigward il-fondi allokati lil Malta Enterprise taħt item 7173 ġew użati kollha sa l-aħħar ta’ Settembru 2008. Ta’ min isemmi li din is-sena ħdax-il kumpanija bbenefikaw minn total ta’ €484,957. Sebgħa minn dawn il-kumpaniji bbenefikaw minn
grants
b’total ta’ €298,915 mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (taħt Item 7173), filwaqt li l-Malta Enterprise għenet l-erbgħa kumpaniji l-oħra b’total ta’ €186,042.
Malta Enterprise u l-MIP — Fondi Struttuali allokati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7211? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Kif huwa maħsub li jintnefqu l-kumplament tal-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’hemmx fondi taħt l-Item 7211 EU Structural Funds 2007-2013 allokati a priori speċifikament għall-Malta Industrial Parks u l-Malta Enterprise taħt il-Vot Kapitali X. Iżda fondi ġew allokati wara li kienu approvati proġetti li ż-żewġ entitajiet issottomettew għall-finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (2007-2013). Il-proġetti approvati huma:
Malta Industrial Parks
Upgrading and Embellishment of Industrial Estates
Malta Enterprise
Expansion of the Kordin Business Incubation Centre
Setting Up a Life Sciences Centre
Malta Enterprise
ġiet ukoll allokata fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (2007-2013) biex timplementa skemi ta’ għajnuna ghall-intrapriżi.
Sal-lum għadhom ma ntefqux fondi fuq dawn il-proġetti u skemi. L-ammont li hu stmat li jista' jintefaq sa l-aħħar tas-sena hu, fil-fatt, negliġibbli minħabba li għadu għaddej il-proċess tal-fażi preliminari tal-proġetti/skemi.
Jista l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilgħabu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?
Jista l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilgħabu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 1936 u jgħid kemm daħħal sisa l-Gvern minn fuq xiri ta' żejt (petrol, diesel u pitrolju) fis-snin 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm huwa maħsub li jdaħħal sisa fis-sena 2008 fuq dawn il-prodotti? X'inhu l-persentaġġ tas-sisa li l-Gvern idaħħal fuq ix-xiri taż-żejt minn barra l-pajjiż? Jista' jgħid jekk dan il-persentaġġ huwiex beħsiebu jċaqalqu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1936.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2393 u jagħti l-isem tal-kumpanniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex? X’tip ta’prodotti jipproduċu? Meta bdew joperaw f’dan il-qasam? Kemm kienu jħaddmu impjegati (i) qabel bdew joperaw f’dan il-qasam fejn hu l-każ, (ii) meta bdew joperaw f’dan il-qasam, u (iii) kemm qed iħaddmu nies illum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2393.