Legislature:
Category:
Reset
Active:

European Investment Bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-line item vote 5429 f'Vot 29 tal-Financial Estimates 2009, European Investment Bank u kif jiġi stmat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ 1 540 000 EURO propost f’line item 5429 - European Investment Bank - taħt il-Vot Rikurrenti Nru 29 tal-Estmi Ġenerali għas-sena 2009 jirrappreżenta l-aħħar ħlas li trid tagħmel Malta is-sena d-dieħla għal sehemha fil-kapital u r-riservi tal-Bank bħala shareholder. Il-kapital sottoskritt tal-Bank Ewropew għall-Investiment huwa ta’ 164 808 169 000 EURO li minnhom 5% huma mħallsa. Sehem Malta mill-kapital sottoskritt hu ta’ 69 804 000 Euro jew 0.042% tal-kapital sħiħ. Il-ħlas kien mifrux f’tmien rati ndaqs pagabbli kull sitt xhur. Is-27 Membru tal-Unjoni Ewropeja huma s-shareholders tal-Bank.

Budget 2009 — Statement B

Question

B’referenza għal Statement B tad-diskors tal-Budget 2009, “Nefqa rikorrenti 2008: Estimu Rivedut imqabbel mal-Estimu approvat”, jista’ l-Ministru jekk jogħġbu: Fir-rigward to Vot 5, Ufficcju tal-Prim Ministru, jagħti ċ-ċifra tal-fondi addizzjonali provduti fil-kategoriji tal-pagi u salarji, u separatament tal-Euromed ITI. Fir-rigward ta’ Vot 7, Forzi Armati ta’ Malta, jagħti ċ-ċifri tal-fondi addizzjonali tal-pagi u salarji, u separatament Third Country Nationals Għal Vot 11, Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, jagħti ċ-ċifri tal-fondi addizzjonali għal pagi u salarji u separatament għad- detention services Għal Vot 12, Servizz Ġudizzjarju, separatament jagħti n-nefqa addizzjonali għal pagi u salarji u S ummoning and Expenses of Witnesses. Għal Vot 14, Pulizija, separatament jagħti n-nefqa addizzjonali għal pagi u salarji, u għal overtime . Għal Vot 15, Servizzi Korrettivi, jagħti n-nefqa addizzjonali għal pagi u salarji.

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Budget 2009 — Statement B

Question

B'referenza għal Statement B tad-diskors tal-Budget 2009 "Nefqa rikorrenti 2008: Estimu Rivedut imqabbel mal-Estimu approvat: jista' l-Ministru jekk jogħġbu: Għal Vot 16, Protezzjoni Ċivili, jagħti ż-żieda fin-nefqa fil-kategorija ta’ pagi u salarji. Għal Vot 18, Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku, jagħti n-nefqa addizzjonali għal pagi u salarji u għal Contractual Services , separatament. Għal Vot 19, Ministeru tal-Finanzi, separatament tagħti n-nefqa addizzjonali għal pagi u salarji, il-kontribuzzjoni ta’ l-EU Own Resources, il-fondi provduti lill- Euro Changeover Committee , u lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Għal Vot 28, Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, separatament jagħti n-nefqa addizzjonali fuq Church Schools, Training/Employment ETC programmes , u pagi u salarji. Għal Vot 33, Ministeru għall-Kompetittivita u Komunikazzjoni, jagħti n-nefqa addizzjonali għal operat u manutenzjoni, u n-nefqa anqas għal pagi u salarji; Għal Vot 37, Ministeru tar-Rizorsi u Infrastruttura, jagħti l-fondi addizzjonali meħtiega għall- Incidental Expenditure and Expenditure Reporting Scheme, u n-nefqa anqas għal pagi u salarji?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kalkara — Soċjetà Għaqda Mużikali San Ġużepp - post okkupat mill-berġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Gvern milli joħroġ mill-berġa substandard li hemm f'Misraħ Arċisqof Gonzi il-Kalkara, u jidħol minflok fil-fond maqbul mill-Kunsill Lokali Kalkara fi Triq San Mikiel fil-Kalkara? Jaf li s-Soċjetà Għaqda Mużikali San Ġużepp teħtieġ ħafna l-post li bħalissa okkupat mill-berġa li hu propjetà tagħha? Għalfejn donnu waqaf kollox wara l-elezzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

taxxa fuq il-plastic bags

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ser iħallas it-taxxa ġdida fuq il-plastic bag jekk hux is-sidien tal-istabbilimenti jew il-konsumatur? Jista' jgħid jekk din it-taxxa hux ser tkun imposta wkoll fuq l-eco-bags/u/jew dawk biodigredabbli? X'ser isir mid-dħul ta' din it-taxxa?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Konvenju ta art/proprjetà immobbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji fuq xiri ta' art/proprjetà immobbli tul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jagħti din l-istatistika xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Proprjetà Privata mikrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3416 u 3194 u jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jara li ċ-ċnus ta' propjetà privata mikrija lill-inkwilini f'isem il-Gvern li ilhom ma jiġu riveduti għal għexieren ta' snin, sa fl-aħħar jiġu riveduti b'mod xieraq kif inhu mistħoqq mis-sidien?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ftuħ ta' negozji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fetħu negozji ġodda matul s-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm minn dawn in-negozji jgħaddmu inqas minn 5 persuni? Kemm minn dawn in-negozji kienu ta' persuni mhux b'ID Card Maltija u kemm minn dawn kienu ta' proprjetarji Maltin? F'liema settur fetħu dawn in-negozji?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-liċenzji għan-negozju jinħarġu minn numru ta’ entitajiet li jaqgħu taħt diversi Ministeri. Rigward dak li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħi għas-sena 2007 ser nagħti l-informazzjoni segwenti: · Trade Licensing Unit fid-Diviżjoni tal-Kummerċ: Liċenzji ġodda maħruġa u ppublikati fil-gazzetta tal-Gvern kien hemm 1048 – 23 minnhom kienu maħruġa lil persuna minn stati membri fl-Unjoni Ewropea, u 8 minnhom lil persuni minn stati oħra. Dawn il-liċenzji kienu maqsuma kif ġej: Kategorija I: Ipproċessar, manifattura u bejgħ ta’ prodotti ta’ l-ikel u xarbiet 239 Kategorija II: Attivitajiet ta’ manifattura 28 Kategorija III: Bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut 569 Kategorija IV: Servizzi ta’ kostruzzjoni 2 Kategorija V: Servizzi professjonali u kummerċjali 54 Kategorija VI: Servizzi soċjali u personali 156 · Il- Lotteries and Gaming Authority ħarġet 75 liċenzja kollha lil persuni barranin. · Il-MFSA kellha reġistrazzjonijiet ġodda ta’ kumpaniji u soċjetajiet ta’ 2739. L-informazzjoni dwar impjegati ma tintalabx fl-istadju ta’ applikazzjoni, għaldaqstant ma tistax tingħata.

Għeluq ta' negozji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għalqu negozji matul is-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm kien hemm minnhom li kienu jħaddmu inqas minn 5 persuni? F'liema settur kienu dawn in-negozji u jekk dawn in-negozji kenux kollha ta' proprjetarji Maltin?

Response (FENECH, TONIO)

Kif diġa informajt lill-Onorevoli Interpellant fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 1918, il-liċenzji għan-negozji jinħarġu u jiġu kkanċellati minn numru ta’ entitajiet li jaqgħu taħt diversi Ministeri. Rigward dak li jaqgħa taħt il-Ministeru tiegħi għas-sena 2007 ser nagħti l-informazzjoni segwenti: · Trade Licensing Unit fid-Diviżjoni tal-Kummerċ: Kien hemm 308 liċenzja kkanċellata li minnhom 3 kienu ta’ propretarji mill-Unjoni Ewropea, u 4 minn stati oħra. · Lotteries and Gaming Authority : Kien hemm 10 liċenzji kanċellati li kollha huma barranin. · MFSA: Kumpaniji u Soċjetajiet illi għalqu kienu ta’ 607. Fil-proċess ta’ kanċellazzjoni ta’ liċenzja jew għeluq ta’ kumpanija, ma tintalabx informazzjoni dwar impjegati, għaldaqstant ma tistax tingħata.

Valur Miżjud Gross — Medja għal kull ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja fis-sena għal kull ħaddiem tal-Valur Miżjud Gross kull sena mill-2001 sal-2007 fl-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista jagħtini dan it-tagħrif fi prezzijiet tas-suq kif ukoll fi prezzijiet kostanti ta-2000?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi li-informazzjoni għall-ewwel parti tal-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tagħrif għat-tieni parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata minħabba li s-sistema ta kif jinħadem il-valur miżjud gross huwa bbażat fuq kalkoli li huma fi prezzijiet bażiċi. L-NSO qed taħdem biex fil-futur il-valur miżjud jibda jinħadem ukoll fi prezzijiet reali.

Kumpaniji reġistrati f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji reġistrati f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2007 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena li għandhom investiment barrani? Kemm hu l-ammont totali ta’ dan l-investiment barrani?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kumpanniji reġistrati f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2007 skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika huwa kif jidher f’din it-tabella. Għar-rigward tan-numru ta’ kumpanniji reġistrati f’Għawdex sa’ l-aħħar ta’ Settembru 2008 ma tistax tingħata għax għada qed tinġabar. L-informazzjoni fuq investiment barrani ma tistax tinghata minħabba li hi ta’ natura kunfidenzjali. Sena Kumpaniji Reġistrati 1999 409 2000 403 2001 413 2002 418 2003 422 2004 428 2005 418 2006 418 2007 416

Kumpanniji — Ammont ta' Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji li jimpjegaw aktar minn 250 ħaddiem? Liema huma dawn il-kumpanniji? Kemm jimpjegaw ħaddiema fil-preżent u kemm kienu jimpjegaw ħaddiema sena ilu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond ir-Reġistru ta’ intrapriżi li jinżamm mill-NSO, il-kumpaniji li preżentament jimpjegaw aktar minn 250 huma 49. Jiddispjaċini li minħabba il-provedimenti ta’ kunfidenzjalita’ tal-Att ta’ l-Istatistika ma tistax tingħata informazzjoni dwar kumpaniji individwalment.

Ftuħ ta' Negozji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1918 u jgħid kemm fetħu negozji ġodda matul s-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm minn dawn in-negozji jħaddmu inqas minn 5 persuni? Kemm minn dawn in-negozji kienu ta' persuni mhux b'ID Card Maltija u kemm minn dawn kienu ta' proprjetarji Maltin? F'liema settur fetħu dawn in-negozji?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1918.

Għeluq ta' Negozji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari 1923 u jgħid kemm għalqu negozji matul is-sena 2007? Kemm minn dawn in-negozji kienu jħaddmu iktar minn 20 persuna u kemm kien hemm minnhom li kienu jħaddmu inqas minn 5 persuni? F'liema settur kienu dawn in-negozji u jekk dawn in-negozji kenux kollha ta' proprjetarji Maltin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1923.

Banek u Awtoritajiet Finanzjajri — Suq lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhu maħsub li skond il-banek u l-awtoritajiet finanzjajri se jkunu x-xejriet fis-suq lokali tal-propjetà f'bejgħ u xiri, livell ta' prezzijiet, provvista u domanda fis-suq?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onor Interpellant jaf illi l-ebda Ministru ma hu termometru tas-suq tal-Proprjeta’. Dan hu suq sensittiv ħafna u mhux propizju li wieħed jażżarda jiprevedi jew jispekula dak li qed jitlob l-Interpellant.

Awtoritajiet finanzjajri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Gvern u l-awtoritajiet finanzjajri biex pajjiżna u l-poplu tagħna ma jintlaqtux ħażin mill-maltemp qawwi finanzjarju li qed iħarbat ħafna banek u oqsma finanzjarji fil-bqija tad-dinja?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija li tajt lil din il-Kamra waqt is-Seduta Parlamentari Numru 40, nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Ottubru 2008, fejn spjegajt fid-dettal il-posiżżjoni tal-Gvern dwar is-sitwazzjoni preżenti, flimkien mal-miżuri meħuda sew mill-Gvern kif ukoll mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Valur Miżjud Gross — Medja għal kull ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 2398 u jgħid kemm kienet il-medja fis-sena għal kull ħaddiem tal-Valur Miżjud Gross kull sena mill-2001 sal-2007 fl-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista' jagħtini dan it-tagħrif fi prezzijiet tas-suq kif ukoll fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2398.

Marsascala — Wied Ziju - Espropjazzjoni ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ivversax flus wara l-espropjazzjoni ta' l-artijiet fiż-żona ta' Wied iż-Ziju magħrufa bħala ta' l-Iskarpell Marsascala, liema espropjazzjoni saret iktar min 20 sena ilu? Jekk le, jista' jgħid x'qed jistenna l-Gvern biex jivversa dawn il-flus bħala kumpens wara l-espropjazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fuq l-art fiż-żona ta’ Wied iz-Ziju, magħrufa bhala ta’ l-Iskarpell, Marsacala saru diversi esproprijazzjonijiet. Għal uħud minnhom ġew provduti il-fondi għal l-akkwist ta’ l-art u s-sidien qegħdin fil-proċess li jitħallsu. Għal dawk li baqa’, għadhom ma ġewx provduti l-fondi meħtieġa. Il-kumpens għall-esproprijazzjonijiet maħruġa qabel l-1994, bħal fil-każ imsemmi, huwa mħallas mill-fondi allokati fl-Estimi ta’ kull sena. Dawn il-fondi jkopru parti zgħira tal-kumpens li huwa dovut għall-esproprijazzjonijiet u għalhekk jintużaw skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment. Għalhekk mhux possibbli jingħad meta se jkunu versati l-fondi għall-esproprijazzjonijiet imsemmija li għadu ma tħallasx il-kumpens ghalihom.