Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20268 u 22373 u jgħid kemm kien hawn nisa u rġiel li bbenefikaw mill-provvedimenti differenti li introduċiet il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.125, Regolamenti dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata għall-Ġenituri u għall-Persuni li jindukraw, minn mindu daħlet fis-seħħ f’Awwissu tal-2022?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19803 u jgħid kemm kienet in-nefqa biex sar ir-rebranding tal-Public Service u l-website www.publicservice.com.mt?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif diġà ġie mwieġeb fil-mistoqsija parlamentari 19976, din il-website ma teżistix.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19799 u jgħid kemm ħarġu sejħiet interni u esterni f’kull Ministeru biex jimtlew postijiet (vacancies) fis-settur pubbliku matul April, Mejju u Ġunju 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom imtlew?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2024? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità, u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar il-Fond għall-Kawżi Soċjali titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif ikun konkluż l-awditjar tar-rapport finanzjarju aktar tard matul is-sena.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Persuni li ħarġu mill-Faċilità - Appoġġ
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tappoġġja lill-persuni, kemm ċittadini Maltin kif ukoll barranin, qabel ma joħorġu mill-Faċilità? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' tħejjija tingħatalhom b'mod ġenerali, u speċifikament fir-rigward tal-akkomodazzjoni?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jispjega għalfejn il-Malta Crafts Foundation taqa’ taħt il-Ministeru responsabbli mill-ekonomija u mhux taħt il-Ministeru responsabbli mill-kultura?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għażla tad-dekasteri tal-Ministri taqa' fid-diskrezzjoni assoluta tal-Prim Ministru hekk kif provdut f'Kapitolu VII tal-Kostituzzjoni ta' Malta. Filwaqt li l-Gvern jemmen fil-kreattività artistika tal-artiġjani u l-valur kulturali ta' l-artiġġjanat, jagħraf ukoll li dan huwa settur ekonomiku partikolari u li minnu jiddependi l-għajxien ta' ħafna familji. Bid-deċiżjonijiet, il-politiki u l-proġetti li qed iwettaq il-Gvern f'dan is-settur qed jiġi żgurat li tingħata l-għajnuna speċifika li jixraqlu dan is-settur bl-istess mod kif jiġu megħjuna setturi oħra fl-ekonomija Maltija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru laqgħat formali tal-Youth Forum minn mindu twaqqaf? Jista’ jagħti d-dati ta’ dawn il-laqgħat u kemm membri kienu preżenti f'kull laqgħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Youth Advisory Forum iltaqa’ tlettax-il darba minn mindu twaqqaf għall-ewwel darba. Għal kull waħda minn dawn il-laqgħat kien hemm il-membri kollha, ħlief f’każijiet ta’ mard jew safar. Il-membri tal-Forum jiddiskutu materji importanti mal-Prim Ministru u ministri differenti, kemm fuq it-temi li jkunu fuq l-aġenda tal-laqgħat u kif ukoll materji oħra li jqumu minn żmien għal żmien
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm Persons of Trust f’kull ministeru u jipprovdi lista sħiħa tagħhom, maqsuma ministeru b’ministeru? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki għandhom kull wieħed u waħda minnhom?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm diġà ħarġu permessi għall-faċilitajiet għall-kultivazzjoni tal-kannabis għad-distribuzzjoni mill-assoċjazzjonijiet relatati, maqsuma lokalità b’lokalità?
Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu s-CEO jew Executive Chairman tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), u jqiegħed il-kuntratt tiegħu/tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa ċ-Chairperson tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hija l-Ing. Helga Pizzuto.
MCCAA — Chairperson u membri tal-Bord tal-Gvernaturi
Question
Jista’ Prim Ministru jgħid fil-każ taċ-Chairperson u membri tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), meta kull persuna ġiet maħtura u għal kemm żmien? Jista’ jgħid ukoll f’kull każ jekk din kinetx l-ewwel ħatra?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra. Dan il-Bord inħatar fit-8 ta' Lulju 2022. Il-ħatra fuq il-Bord hija ta' tliet snin.
(
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 5020 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 314 nhar l-Erbgħa, 19 ta' Frar 2025)
MCCAA — Kariga ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni)
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20937, jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħatra ta’ Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), tenut kont li din il-kariga ilha vakanti minn Ottubru tal-2023?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24363, jista’ l-Prim Ministru jgħid f’kull istanza kemm ilu pendenti l-każ quddiem l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u f’liema stadju wasal il-proċess ta’ investigazzjoni?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li għaddejjin 9 investigazzjonijiet.
Infetħu żewġ każijiet kull sena, fl-2016, fl-2018, fl- 2021 u fl-2022. Infetaħ ukoll każ ieħor fl-2023.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24256, 24667, 24911 u 25160 u jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeri kollha għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena tal-Indipendenza, inkluż fir-reklamar?
Response (ABELA, ROBERT)
Malta fakkret -il 50 sena mill-kisba tal-Indipendenza fl-2014. Sabiex kif inhu xieraq ikun imfakkar dan l-anniversarju importanti, il-Gvern ta’ Malta tella spettaklu multimedjali fil-Port il-Kbir li inkluda numru ta’ attivitajiet, attrazzjonijiet u arti f’forom diversi. Filfatt dan l-ispettaklu inkluda spettaklu fl-ajru permezz ta’ ħelikopters, piroteknika, wirjiet ta’ żfin, projetzzjonijiet viżivi fuq is-swar, show tad-dawl, prestazzjonijiet mużikali ta’ ġeneri varji u anke dgħajjes tal-pass fost l-oħrajn.
Inżid infakkar li għal dan l-anniversarju kien preżenti wkoll id-Duka ta’ Cambridge li fuq xewqa tal-Gvern Malti, matul iż-żjara tiegħu f’pajjiżna, kellu l-opportunità li jiltaqa’ mill-qrib kemm jista’ jkun man-nies. Filfatt, fl-istess serata li matulha ttella l-ispettaklu, id-Duka ta’ Cambridge kellu l-opportunità li jiltaqa ma’ attivisti fil-qasam tal-volontarjat, fosthom fil-qasam tad-diżabilità, id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+, fil-qasam tal-ħarsien mill-vjolenza domestika, fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga, fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kanċer, fil-qasam taż-żgħażagħ u fil-kamp edukattiv.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li li n-nefqa globali fuq iċ-ċelebrazzjonijiet organizzati biex ifakkru il-50 anniversarju ta’ Malta Indipendenti kienet tammonta għal €798,067.80.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24881 u 25124 u jgħid kemm intużaw fondi ewropej (sal-ġurnata li titwieġeb din id-domanda) li kienu allokati għal pajjiżna matul l-2024 u l-2025? F'liema proġetti?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li bħala kjarifika qed jiġi spjegat li l-mistoqsija kif ġiet sottomessa ma tirriflettix għal kollox il-mod kif il-fondi tal-UE jiġu allokati u mmaniġġjati. Il-fondi tal-UE joperaw fi ħdan qafas finanzjarju multiannwali, fejn l-allokazzjonijiet jiġu pprogrammati fuq perjodu ta’ seba’ snin.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x'inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-uffiċjali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li għandhom xi klawsola fil-kuntratt dwar termination allowance jew bonus jew penalty, fl-eventwalità li jitneħħew mill-pożizzjoni tagħhom? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-ammont għal kull wieħed u waħda minnhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li jispeċifika liema huma l-karigi u l-istanzi fejn l-uffiċjali jkunu intitolati għal termination benefit fl-eventwalità li jkun hemm bidla fil-Gvern jew il-Ministru.
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarji Parlamentari li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigramma bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma:
a. f’positions of trust;
b. persons of trust; u
ċ. taċ-ċivil?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kompożizzjoni tas-Segretarjati tal-Prim Ministru u tas-Segretarji Parlamentari fi ħdanu huma skont l-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Kiri ta’ karozzi — Nefqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24396 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?