Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intefqu fondi fl-2020 u fl-ewwel erba’ xhur tal-2021, fuq anti viral drugs u mediċini oħra, li ma jinkludux vaċċini, sabiex tikkombatti l-marda COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kien il-protokol mediku fis-sena 2020 għat-trattament u/jew prevenzjoni tal-marda COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’każ ta’ pazjent affetwat mill-Covid-19 u għandu l-ossignu fid-demm baxx, inqas minn SpO2 94% jingħata Dexamethasone 6 mg kuljum minn 5 sa 10 t’ijiem kif ukoll Remdesivir 200mg fil-vina l-ewwel darba u mbagħad 100mg kuljum għal 5 ijiem. F’dawk il-pazjenti li jiggravaw jingħataw Tocilizumab 8mg per kg għal darba. Sadanittant il-pazjent jibqa’ jingħata l-kura u l-appoġġ kif meħtieġ.
COVID-19 — Studji xjentifiċi - Ilbies ta’ maskri u ta’ numru ta’ persuni li jistgħu jinġemgħu flimkien
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji xjentifiċi li kienu ffurmaw l-bażi tad-deċiżjonijiet fuq ir-regolamenti u ordnijiet fl-2020 u fl-2021 li:
a. jirrigwardaw l-użu tal-maskri; u
b. jirrigwardaw in-numru ta' persuni li jistgħu jinġemgħu flimkien, sija f'post pubbliku kif ukoll f'post privat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar tad-dokument ta’ linji gwida għall-użu tal-maskri lejn it-tnaqqis tat-trażmissjoni tal-virus responsabbli għal Covid-19, Gwida għall-użu ta’ maskri tal-wiċċ jew viżiera fil-komunità biex titnaqqas it-trażmissjoni tal-COVID-19, diversi studji juru li l-użu tal-maskri tal-wiċċ jgħin inaqqas it-tixrid tal-virus fil-komunità billi jillimita tixrid ta' infezzjoni minn individwi infettati li jistgħu ma jafux li huma nfettati, li għandhom sintomi, li għadhom ma żviluppawx jew li jibqgħu bla sintomi, billi jnaqqas il-qtar fl-arja (droplets). L-ilbies ta’maskri jikkumplimenta l-effetti tad-distanza fiżika u l-ħasil tal-idejn u iġene respiratorja. Id-deċiżjoni dwar l-użu tal maskri ttieħdet abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-ECDC dwar l-użu tal-maskri fil-kommunita’.
Ninfurmah ukoll illi d-deċiżjonijiet fl-interess tas-Saħħa Pubblika huma bbażati fuq ix-xjenża u diversi linji gwida tal-ECDC u WHO dwar it-trażmissjoni tal- Covid-19, il-contact tracing u avvenimenti tal-massa li juru biċ-ċar ir-riskji assoċjati minn kuntatt fil-qrib ta’persuni. Dan ir-riskju huwa kumulattiv u jiżdied meta l-livell ta’ trażmissjoni fil-komunita tiżdied, skont in-numru ta’persuni li wieħed jiltaqa’ magħhom, skont in-numru ta’ persuni li jinġemgħu, u l-ħin li jqattgħu flimkien.
COVID-19 — Dipartiment tas-Saħħa Pubblika – studju xjentifiku fuq persuni asintomatiċi
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji xjentifiċi li ffurmaw l-bażi tal-konklużjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika li persuni li jissejħu "asintomatiċi", jiġifieri li ma jħossu ebda sintomi ta' mard, huma periklu għas-saħħa pubblika, minħabba t-tixrid tal-marda li tissejjaħ COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm diversi każijiet ta’ infezzjoni b’Covid-19 kkonfermati mil-laboratorju li jkunu asintomatiċi kemm waqt li jmorru biex jgħamlu test, kif ukoll fil-jiem ta’ wara, bi proporzjon kbir minn dawn il-każijiet jesperjenżaw xi sintomi ta' Covid-19 fi stadju aktar tard tal-infezzjoni. Madankollu, hemm ukoll rapport internazzjonali ta' każijiet li baqgħu asintomatiċi tul il-ġranet ta’ wara, fejn il- proporzjon ta' każijiet asintomatiċi ġie stmat għal 30–40 % tal-infezzjonijiet kollha tal-Covid-19. L-aħħar statistika li għandna mill-każijiet lokali turi li f’Malta u Għawdex madwar nofs il-każijiet kollha tal-Covid-19 (50%) kienu asintomatiċi.
Huwa normali li materjal ġenetiku ta’ SARS- CoV- 2, kif ukoll il-virus sħiħ SARS- CoV- 2 jiġu osservati f' pazjenti asintomatiċi. Fi studju mill- Korea t' Isfel, it- tagħbija virali u l- probabbiltà li jiġi identifikat SARSCoV- 2 vijabbli kienu simili f' persuni sintomatiċi u asintomatiċi, u dan jindika li persuni asintomatiċi jirrappreżentaw sors ta’ trażmissjoni ta’ SARS- CoV- 2 li tirriżulta fit-tixrid tal-marda Covid-19.
Mellieħa – Triq il-Marfa – Ċimiterju Omm il-Ħniena — estensjoni
Question
Wara li ressaqt minn tal-inqas għaxar domandi, li wħud minnhom imorru lura saħansitra sa Ġunju 2016, relatati mal-estensjoni taċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena li jinsab fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika meta ser jitlesta x-xogħol ta’ estensjoni? Sadanittant jista’ jassigura li l-manutenzjoni li hemm bżonn fl-istess ċimiterju, bħal qtugħ ta’ ħaxix, tindif, kisi/tibjid tal-ħitan u tiswija tas-sistema tal-ilma, issir bla dewmien? Dan anke b’rispett lejn l-għeżież li hemm midfuna fl-istess ċimiterju. (Ritratti Annessi)
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interepellant illi x-xogħolijiet fuq l-estenzjoni taċ-ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa jinsabu weqfin wara illi l-kuntrattur ma baqax jonora l-kuntratt li kellu. It-tender, kien ikopri il-bini tal-oqbra kif ukoll il-manutenzjoni tal-ħitan, li jdawwru l-istess ċimiterju u l-bdil tar-rixtelli. Qed jittieħdu l-passi neċessarji biex jinħareġ tender ġdid.
Dwar tindif u qtugħ ta’ ħaxix fiċ-ċimiterju, dan isir b’mod regolari mill-ħaddiema fit-Taqsima Regolatorja għad-Dfin fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali.
Il-manutenzjoni neċessarja fuq il-provista tal-ilma tlestiet u ċ-ċimiterju issa huwa provdut bl-ilma.
Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana — Fibromyalgia and Myalgic Encephalomyelitis Clinic
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn meta nfetħet il-“Fibromyalgia and Myalgic Encephalomyelitis Clinic” fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana f’Mejju 2015, kemm attendew pazjenti f’dan il-Clinic sas-sena 2020, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid jekk din il-klinika hiex qed tiffunzjona?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ attendenzi fil-klinika msemmija fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana mill-2015 sal-2020 kienu 637. F’April tas-sena 2020, din il-klinika kienet ġiet sospiża temporanjament minħabba l-Pandemija tal-Covid-19 imma wara ftit xhur reġgħet infetħet u kompliet tiffunzjona normali.
Pazjenti tal-Fibromyalgia and Myalgic Encephalomyelitis
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn pazjenti tal- Fibromyalgia and Myalgic Encephalomyelitis qed jitneħħew mil-lista li kienet tinżamm fl-Isptar Mater Dei u qed jiġu infurmati li m’għandhomx iktar il-bżonn li jarahom tabib fl-Isptar? X’servizz alternattiv qed jiġi offrut lil dawn il-pazjenti minn barra dak privat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pazjenti li jbatu mill-kundizzjoni tal- Fibromyalgia u Myalgic Encephalomyelitis, wara li jarahom l-ispeċjalista ta’ Mater Dei u jibda l-kura neċessarja u addatata, jirreferihom lin-nurse speċjalista fil-kundizzjoni.
Din in-nurse, li hija taħt il-management ta’ Mater Dei, tara il-bżonnijiet tal-pazjent b’ mod olistiku, anki fil-komunita’, u tirreferih għand speċjalisti oħra, eżempju psikologu, pain clinic eċċ.
Meta il-kura tal-pazjent tkun stabbilizzata, il-pazjent ikompli il-kura taħt speċjalisti fil-komunità fil-klinika dedikata għal dawn il-pazjenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex il-mediċini Lyrica u Cymbalta jitpoġġew fuq il-formolarju tal-mediċini (Schedule V)? Jekk iva, meta? Jekk le għalfejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina Pregabalin hija nkluża fil-formularju tal-gvern u tingħata skont il-protokoll. Id-dipartiment qed jikkunsidra li jdaħħal id-Duloxetine fil-formularju u jiftaħ l-użu tal-Pregabalin għall-aktar indikazzjonijiet.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10374, jista d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li s-servizz tas-Support Group li jismu Reach Out, jibda jiġi organizzat ukoll f’lokalitajiet oħra u mhux bil-fors fiċ-Ċentru Tommaso Chetcuti li qiegħed fl-Isptar Monte Carmeli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tas-Support Group (Reach Out) waqaf jingħata fl-2020 kemm minħabba nuqqas ta’ konkorrenza kif ukoll minħabba l-pandemija tal-Covid-19.
Bħalissa aktar sapport lill-familjari qed jingħata minn diversi professjonisti li jaħdmu fis-Servizzi tas-Saħħa Mentali. Fil-ħames Ċentri ta’ Rijabilitazzjoni, jiġi offrut sapport lill-familjari ta' klijenti li jużaw dawn is-servizzi mill-
Occupational Therapists
. L-
Occupational Therapists
qegħdin ukoll jaħdmu biex jagħtu sapport, tagħrif u tagħlim fuq bażi iktar wiesgħa biex jilħqu kemm jista’ jkun iktar familji u dan qed isir permezz ta’
webinars online
, li jsiru darba f’xahar u huma miftuħin kemm għas-
service users
u l-familjari tagħhom, għall-membri tal-istaff, kif ukoll għall-pubbliku. Familji li jkollhom bżonn terapija jiġu riferuti lill tim ta’ psikoloġisti għal-
family therapy.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19100, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, permezz tad-Department of Health Information and Research fi ħdan il-Ministeru tiegħu, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-qasam tas-saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liem rapport qed jirreferi.
Paola Hub – Soluzzjoni għar-residenti dwar parkeġġ
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20213, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’passi se jkun hemm biex meta l-Paola Hub ikun lest, il-ġirien ikollhom faċilitajiet adegwati biex jipparkjaw u li ma jkollhomx bżonn iħallsu spejjeż?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi parti mill-ispazji tal-parkeġġ pubbliċi tal-Vincent Moran Paola Regional Hub se jkunu aċċessibbli għal kulħadd u se jkunu bla ħlas.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn dawk is-60 infermier ġodda li semma’ li se jiġu ingaġġati, kemm minnhom huma Maltin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi Frar ta’ din is-sena ħarġet sejħa pubblika għal parteċipazzjoni skont il-public regulations għal servizzi ta’ infermiera, managers kif ukoll clerical support workers, sabiex ikunu jistgħu jagħtu s-servizzi tagħhom
f’diversi ċentri u
hubs
tat-tilqim għal kontra l-
Covid-19
. Fost dawk ingaġġati kien hemm persuni ta’ nazzjonalitajiet differenti.
Ministeru għas-Saħħa — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsijiet parlamentari numri 12908 u 18171.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex ċertu ħaddiema tal-isptar li għandhom aċċess għat-teleworking, mhumiex jitħallew li jsir dan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-telework ingħata fejn ix-xogħol innifsu jippermetti u fejn jista isir moniteraġġ iktar b’saħħtu fuq it-twettiq tax-xogħol skont il-gwidi li japplikaw, fejn l-impatt fuq is-servizz ma jkunx negattiv u li dan jibqa’ jingħata ta’ livell għoli.
Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali – spezzjonijiet fi djar residenzjali u ċentri ta’ riabilitazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm saru spezzjonijiet/sorveljanza mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali fid-Djar Residenzjali u Ċentri ta’ Riabilitazzjoni fis-snin 2018, 2019 u s-sena l-oħra? Meta saru dawn iż-żjarat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2018 saru 48 vi¿ta ta’ spezzjoni/sorveljanza programmati skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali li fihom saru intervisti wiċċ imb’wiċċ lill-116 service users u lill-172 staff kif ukoll 30 intervista telefonika lill-responsible carers.
Fl--2019 saru 59 vi¿ta ta’ spezzjoni/sorveljanza programmati skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali li fihom saru intervisti wiċċ imb’wiċċ lill-180
service users
u lill-153
staff
kif ukoll 24 intervista telefonika lir-
responsible carers
. Dettalji sħaħ jinsabu fir-rapporti annwali li diġa tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.
Ninsab infurmat li għas-sena 2020 il-vi¿ti ta’ spezzjoni/sorveljanza programmati ma sarux sabiex jitnaqqsu ir-riskji ta’ tixrid tal-virus tal-Covid-19. Minflok, intu¿aw mezzi alternattivi fosthom emails, telefonati u case-reviews sabiex ġew indirizzati il-ħtiġijiet u l-obbligi ta’ sorveljanza fuq sitwazzjonijiet li ġew għall-attenzjoni tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali mingħand pazjenti, qraba u staff.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsijiet parlamentari 20506 u 20634, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn il-Ministru qed jirrifjuta li jagħti l-informazzjoni mitluba kollha, hekk kif mitlub fil-mistoqsija parlamentari oriġinali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika n-numru ta’ tilqim Comirnaty li ngħata sal-1 ta’ Mejju skont l-etajiet. Ħaddiema f’setturi essenzjali, vulnerabbli u front liners huma wkoll inklu¿i skont l-etajiet rispettivi tagħhom.
Comirnaty
persuni li għandhom iktar minn 80 sena
41,370
persuni bejn is-70 u 79 sena;
66,286
persuni bejn is-60 u 69 sena
28,566
persuni oħra
84,921
Total
221,143
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 20507 u 20635, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn il-Ministru qed jirrifjuta li jagħti l-informazzjoni kollha kif mitluba fil-mistoqsija oriġinali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika n-numru ta’ tilqim Vaxzevria li ngħata sal-1 ta’ Mejju skont l-etajiet. Ħaddiema f’setturi essenzjali, vulnerabbli u front liners huma wkoll inklu¿i skont l-etajiet rispettivi tagħhom.
Vaxzevria
persuni li għandhom iktar minn 80 sena
nil
persuni bejn is-70 u 79 sena;
nil
persuni bejn is-60 u 69 sena
32,025
persuni oħra
67,909
Total
99,934
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jasal iż-żmien li fih pazjenti/persuni fi sptarijiet bħalma hi San Vinċenz de Paule, u residenti fi djar tal-anzjani jkunu jistgħu joħorġu barra għal arja, u mhux jibqgħu magħluqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi t-tneħħija ta' mizuri fid-djar għall-anzjani huma kkoordinati flimkien mal-Ministeru għal Anzjani u Anzjanità Attiva,
skont is-sitwazzjoni epidemjoloġika.
Numru 145 – telefonati għall-appuntamenti għat-tilqim tal-COVID
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il telefonata fuq in-numru 145 saret biex isiru appuntamenti għat-tilqim tal-COVID? X’forma ta’ taħriġ jingħata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-15 ta’ Marzu ta’ din is-sena sal 21- t’April saru 107,042 telefonata fuq in-numru 145. Ninfurmah ukoll illi jsir taħriġ b’mod regolari lill-aġenti mill-Infection Control Unit ta’ Mater Dei. Dan it-taħriġ jikkonsisti minn informazzjoni dwar it-tipi differenti tal-vaċċin, kif ukoll fuq il-proċessi tal-applikazzjoni.