Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32249 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Apparat ta' Vide Telemetry għal nies li jbatu bl-epilepsija
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm apparat ġdid tal-video telemetry għal nies li jbatu bl-epilepsija li ilu snin li nxtara imma qatt ma ntuża? Kemm ġie jiswa dan l-apparat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern se jressaq quddiem il-Kamra liġi li tirregola l-IVF? X'għandu f'moħħu l-gvern li jkun fiha in linea ġenerali din l-liġi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jara li xi ħadd jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hi nieqsa mis-smiegħ u għandha xi problema fit-telecare, l-aktar fuq l-alarm u dan huwa każ urġenti għax hi ma tistax tikkomunika?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-sezzjoni tat-Telecare ġiet nfurmata mill-Kumpanija GO li m’hemmx ħsara fis-sistema tal-alarm tas-set tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant. Id-Dipartiment ħa ħsieb li tintbgħat persuna mill-GO fir-residenza tagħha li spjegatilha kif taħdem is-sistema biex b’hekk tifhem sew kif jaħdem is-servizz.
Jista' l-Ministru jara x'ġara mill-każ ta' anzjana li kellha tidħol l-isptar minħabba l-operazzjoni tal-irkoppa u ċemplulha u avżawha biex ma tmurx minħabba li kien hemm xi nuqqas ta' għodda? Jista' l-Ministru jara meta se jerġgħu jibagħtu għaliha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pazjenta li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għandha bżonn reviżjoni tal-irkoppa tax-xellug. It-testijiet tal-operazzjoni diġà saru u l-operazzjoni hija ppjanat li ssirilha fit-tielet ġimgħa ta’ Marzu.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li ngħatalu appuntament għas-27 ta' Awwissu, 2012 peress li jinsab muġugħ ħafna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħti iktar dettalji dwar il-każ tal-pazjent li qiegħed jirreferi għalih fil-Mistoqsija Parlamentali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31706 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, intalbet tħallas mal-€1000 bħala spiża meta kienet rikoverata l-isptar? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti spjegazzjoni kif waslu għal dan l-ammont?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Ministeru ma jaf bl-ebda kontijiet li ntbgħatu lill-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, fuq trattament fl-isptar. Jekk hemm xi kontijiet li huwa rċieva, il-Ministeru qed jitlob biex jippreżentahom ħalli dawn jiġu iċċekjati.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — impjegati self employed
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Minsitru jgħid x'miżuri qed jittieħdu fis-CDAU sabiex titnaqqas il-waiting list ta' tfal li qed jistennew biex jiġu assessed?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fiċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU) hemm waiting list tas-Servizzi tal-Occupational Therapy u Psychology. M’hemmx waiting list fis-servizzi tal-Medical Nursing u Speech Therapy.
Biex titnaqqas il-waiting list, il-Gvern qiegħed jagħmel outsourcing ta’ parti mis-servizzi tal-Occupational Therapy u Psychology. Fil-fatt l-outsourcing tal-Occupational Therapy diġà beda u s-servizzi tas-Psychology qiegħed fil-proċess tal-adjudication.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema data fl-2010, 2011 u 2012 ingħatat liċenzja lil Chemimart Ltd biex topera spiżerija mill-fond 20/21 Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Awtorità dwar il-Liċenzjar ma ħarġet l-ebda liċenzja lil Chemimart Ltd fuq il-fond 20-21 Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.
anzjan li applika għar-Residenza San Vincenz de Paul
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li ilu li applika biex jidħol fir-Residenza San Vincenz de Paul minn Ottubru 2010 u li qiegħed f'dar privata għall-anzjani, iżda issa spiċċawlu l-flus u ma jistax jibqa' f'din ir-residenza anke minħabba l-fatt li l-qagħda tiegħu qed tiddeterjora, peress li jeħtieg kura medika kontinwa u fid-dar privata fejn qiegħed din il-kura ma tingħatax?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjan li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant applika biex jidħol fir-Residenza ta’ San Vinċenz fis-27 t’Ottubru 2010. L-applikazzjoni ġiet imqiegħedha fil-lista ta’ stennija għal-San Vinċenz.
Jekk is-saħħa tal-imsemmi anzjan ideterjorat huwa mportarti li ssir applikazzjoni għall-upgrade tal-każ biex b’hekk il-każ jerġa jidher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni. Din l-applikazzjoni tista’ tinkiseb mill-Kunsilli Lokali, mis-sit eletroniku u fiċ-Ċentru Servizz Anzjan il-Belt.
Jista' l-Ministru jara li tinħareġ il-kartuna r-roża ta' anzjan li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament peress li dan ħalla kartuna biex iġibulu l-pilloli u issa infurmawh li tilfu il kartuna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil-Ministru konċernat.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — kuntratti għall-ingaġġ ta' skrivani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-2011 ingħataw żewg kuntratti. Dawn kienu mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, liema kuntratt ingħata għal perjodu ta’ sitt xhur bir-rata ta’ €6.67 is-siegħa, u mis-Central Procurement and Supplies Unit bir-rata ta’ €9.35 is-siegħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda ta' mard infettiv li jiġi trasmess mill-attività sesswali matul is-sena 2011? Jista' jagħti l-età tal-persuni li kienu nfettati b'dawn il-kundizzjonijiet u jikkategorizza x'kundizzjonijiet ta' mard infettiv kien hawn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont in-notifikazzjonijiet mibgħuta lit-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard, l-informazzjoni mitluba dwar il-każijiet ġodda ta' mard infettiv li jiġi trasmess mill-attività sesswali matul is-sena 2011, l-età tal-persuni li kienu nfettati b'dawn il-kundizzjonijiet u l-kategoriji tal-kundizzjonijiet ta' mard infettiv, huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt.
0-4
5-14
15-24
25-44
45-64
≥65
U/K
Chlamydia
-
-
64
75
14
-
3
Gonorrhoea
-
-
14
31
2
-
-
Syphilis
- Latent
-
-
3
20
-
1
2
- Primary
-
-
1
3
1
-
-
- Secondary
-
-
-
10
2
-
-
Peress li iktar persuni dijabetiċi qed jużaw il-eucreas minflok l-insulina, peress li din mhix disponibbli mill-iskema Spiżeriaj tal-Għażla Tiegeħek u lanqas mill isptar, jista' l-Ministru jgħid jekk din il-mediċina hix se tibda tingħata b'xejn lil persuni bid-dijabete?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċina Eucreas® hija mediċina li fiha s-sustanzi attivi vildagliptin u metformin. Din il-kombinazzjoni ta’ mediċini ma tinstabx fil-Formularju tal-Gvern. S’issa m’hemm ebda ħsieb li tibda tingħata.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li għalkemm mhux kbira fl-età, għandha bżonn operazzjoni tal-irkoppa li flimkien maċ-ċertifikat li ukoll qed jingħata separatament, dejjem qed jgħidulha li se jibagħtu għaliha xahar ieħor imma qatt ma jkollha risposta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li din il-pazjenta ilha tistenna operazzjoni tal-irkoppa mit-13 ta’ Awwissu 2009. Qiegħda fuq lista ta’ prijorità normali però, peress li l-każ ġie rivedut, hi se titpoġġa fuq lista ta’ prijorità urġenti.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, fejn din qed titlob li tbiddel id-dar għal post ieħor li ma jkunx isfel?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm attentati ta' suwiċidju fl-2007, 2008, 2009, 2010 u 2011? X'etajiet kellhom il-persuni li ppruvaw jagħmlu dawn l-attentati ta' suwiċidju?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema Hospital Activity Analysis MDH, in-numru ta’ attentati ta’ suwiċidju fl- 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011 kienu hekk:
Gruppi ta’ Eta
2007
2008
2009
2010
2011
5-25
3
6
11
26
27
26-45
1
3
13
39
36
46-65
5
3
8
24
25
66+
0
0
1
8
9
Total
9
12
33
102
97
Dawn in-numri jirriflettu attentati ta’ suwiċidju li ddaħħlu għal-kura fl-isptarijiet ta’ Mater Dei u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Iż-żieda fin-numri ta’ bejn is-snin 2009 u 2010/2011 huwa r-riżultat ta’ titjib fil-ġbir tal-informazzjoni u fil-mod ta’ kif dawn il-każijiet qegħdin jiġu rraportati. Dan għaliex il-każijiet tal-attentati ta’ suwiċidju qegħdin jiġu mniżżla taħt kategorija speċifika.
Sptar Mater Dei — Applikazzjonijiet għal medical lab scientists
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għall-medical lab scientists mal-Isptar Mater Dei wara s-sejħa li saret f’Jannar 2012? Meta mistennija jsiru l-interviews? Kemm mistennija jimtlew postijiet battala?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.