Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta qatgħetx is-servizz tal-ilma u d-dawl lil-lukanda li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għax ma ħallsitx kont ta' €250,000 u din il-lukanda kellha tagħlaq u tkexxi l-ħaddiema? Jista' jgħid jekk fl-aħħar erba' snin kemm kien hemm lukandi li tellgħu kontijiet pendenti ta' €250,000 jew iżjed? Kemm minn dawn issospendewlhom is-servizzi tad-dawl u tal-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li minħabba n-natura kummerċjali u sensittiva ta’ l-informazzjoni mitluba l-ARMS Ltd. hi prekluża milli tagħti tali informazzjoni.
Fir-rigward tal-istallazzjoni u t-tħaddim tal-ismart meters tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jgħid, f'liema lokalitajiet dawn ġew stallati u qed jitħaddmu fir-rigward tal-elettriku u l-ilma, f'liema lokalitajiet qed jiġu stallati bħalissa l-ismart meters tal-elettriku u tal-ilma u meta hu maħsub li jibdew jitħaddmu kemm dawk tal-elettriku kif ukoll dawk tal-ilma, u f'liema lokalitajiet hu ppjanat li jiġu stallati u mħaddma wara dawn li qed jiġu stallati bħalissa? Kemm s'issa ġew stallati, x'inhi l-ispiża għall-istallazzjoni u min qed jagħmel tajjeb għaliha? X'kienu r-riżultati miksuba s'issa minn din is-sistema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga dan l-ilment u jekk jirriżultaw il-fatti msemmija jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rimedjati n-nuqqasijiet imsemmija: Ġewwa Triq Santa Luċija, il-Belt Valletta fejn qiegħed issir pavementar ġdid; fin-naħa ta' ħdejn Embassy Complex diġà tħammġu miż-żjut li ħerġin mill-vetturi tal-kuntrattur? Peress li issa saru tliet rewwieħa għad-drenaġġ li qabel ma kienx hemm u li issa ħierġa riħa qawwija ta' drenaġġ minnhom, jista' jara li ssir xi ħaġa dwarhom, speċjalment dwar l-irwejjaħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi għaddejjin xi xogħlijiet fil-post imsemmi. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tara li jekk hemm bżonn xi tiswijiet fuq manhole covers dawn isiru max-xogħol. Minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq is-sit ma ġew innutati l-ebda rwejjaħ tad-drenaġġ.
Pjanijiet għal tibdil tal-post minflokk ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 34675 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Jista' jgħid x'inhuwa l-pjan fejn qabel kien hemm ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34774, jista' l-Ministru jgħid l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew il-kumpanija li jifforma parti minnha li d-dettalji ukoll qed jingħataw separatament mill-AirMalta, li hija kumpanija li taqa' wkoll taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34774.
Ħal Luqa — bdil ta' bibien tal-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34931 u jikkonferma li qegħdin jiġu mibdula l-bibien tal-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'Ħal Luqa? Jekk fl-affermattiv xi bżonn kien hemm għal dan ix-xogħol u kemm se jiġi jiswa x-xogħol kollu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-bibien li ser jinbidlu bħalissa huma ħamsa, bi spiża ta’ Euro 2,000. Dan qed isir parti mix-xogħol ta’ refurbishment tal-uffiċċji. L-aħħar li sar dan it-tip ta’ xogħol kien meta l-Korporazzjoni mxiet għall-uffiċċji f’ Hal-Luqa fl-1992.
Ix-xogħol kollu li qed isir bħalissa u stmat €102,000. Dettalji ta’ dan qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Korporazzjoni Enemalta sabiex tneħħi arblu tal-elettriku li jinsab ftit metri 'l isfel mill-ħanut li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, liema arblu jinsab imxengel u f'qagħda perikoluża minħabba l-piż tal-wires imqabbda miegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret ma rriżultax li hemm xi periklu, iżda l-arblu għandu ssirlu l- manutenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34891 u jgħid kemm daħlu flus skont il-liġi mill-gaming parlour minn meta bdiet tinġabar din it-taxxa? Xi jsir minn din it-taxxa miġbura?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li minn meta bdiet tinġabar it-taxxa mill-gaming parlours, l-Awtorità dwar il-Lotteriji u Logħob ġabbret is-somma ta’ €167,102.88.
Bħal kull dħul minn tassazjoni fuq il-logħob din tmur fil-fond konsolidat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33781, jista' l-Ministru jara li s-sinjura tiġi ikkuntatjata mill-ħaddiema tal-ARMS Ltd peress li għadha ma ġietx ikkuntatjata?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-konsumatur ġie kkuntatjat fis-16 ta’ April 2012 u ngħata l-informazzjoni kollha relatata mal-każ.
Micro Enterprise Park fix-Xewkija — applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34943 u jgħid jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-proġett tal-Micro Enterprise Park tax-Xewkija? Jekk fl-affermattiv, x'inhuwa n-numru tal-applikazzjoni? Jista' jpoġġi kopja tagħha u tal-pjanti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Malta Industrial Parks qiegħda fil-proċess li tagħmel l-applikazzjoni u tissottomettiha lil MEPA. Għaldaqstant għad m’hemmx numru tal-applikazzjoni. Wara dan il-proċess hija proċedura li l-MEPA toħroġ screening letter biex tgħarraf lill-Malta Industrial Parks x’informazzjoni, rapporti, pjanijiet u pjanti ikun hemm bżonn biex l-applikazzjoni sħiha għal żvilupp tkun valida.
Il-Malta Industrial Parks tinsab fi stadji inizjali ta’ tipi ta’ finanzjament strateġiku u l-alternattivi tal-akkwist għad iridu jiġu konklużi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34942, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta' affarijiet ta' merċa (goods) xahar b'xahar fl-2011 u sal-aħħar ta' April 2012 maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35092 u jgħid meta l-Korporazzjoni Enemalta se tlesti miż-żarmar tal-istallazzjoni fil-Qajjenza meta l-Liquigas immorru n-naħa ta’ wara l-Freeport? Jista' jgħarraf lill-Kamra jekk l-Korporazzjoni Enemalta humiex sejrin jirritornaw l-art privata lil sidha? X'sejrin jagħmlu l-Korporazzjoni Enemalta bl-art li hija tagħhom, u din hija parti kbira u ta' mal-baħar?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li ż-żarmar tal-istallazzjoni tal-LPG fil-Qajjenza ser isir mill-Gasco hekk kif miftiehem fil-kuntratt tal-privatizzazzjoni tad-Diviżjoni tal-Gass u bħalissa l-Korporazzjoni għadha qed tagħmel l-evalwazzjoni tagħha dwar l-art.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34961 u 34470 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se toħroġ it-tender biex jitkompla x-xogħol tad-drenaġġ minn Triq it-Terħa Ħal Għaxaq għal ġol-mina ħdejn il-Bank of Valletta peress li x-xogħol jinsab wieqaf skont il-persuna li tatni l-informazzjoni li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tender ma tistax toħroġ għalissa. Hemm problema kbira ta’ cables taħt l-art fejn irid isir ix-xogħol. Qed tiġi studjata l-mod ta’ kif dan ix-xogħol jista’ jitkompla.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ħallsitx l-National Insurance Contribution tal-2005 u tal-2009? X'inhuma l-ħlasijiet li se jitnaqqsu mill-salarju? Meta se jibda dan l-istess tnaqqis?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li d-dettalji tal-persuna kif mogħtija m’humiex biżżejjed biex tkun identifikata l-persuna konċernata.
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm żmien kienet (duarat) il-kirja li ARMS Ltd daħlet fiha biex inkera l-ispazju f’Gattard House u meta dan il-perjodu se jiskadi? Kemm tħallas s’issa u qed jitħallas għal din il-kirja? Kemm intnefqu flus biex il-post ġie rranġat skont l-esiġenzi ta’ ARMS Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-perijodu tal-kuntratt ta’ kirja ta’ Gattard House huwa ta’ tmien (8) snin. Dan huwa validu sa mill-1 ta’ Jannar 2011 u jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2018.
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi għar-risposta ta’ PQ 28979 għall-ammont tal-kera ta’ Gattard House. Il-Kera tħallset għall-2011 u 2012. Tale kirja ssir mingħand il-gvern.
In-nefqa li saret sabiex il-post ġie rranġat skond l-eżiġenzi ta’ ARMS Ltd., hija ta’ €930,099 (eskluż l-VAT).
Jista’ l-Ministru jindika x’inhuma l-pjani ta’ ARMS Ltd fejn jidħlu uffiċini minn fejn joperaw fis-sens, l-impjegati tal-kumpanija, se jibqgħu maqsumin parti minnhom Blata l-Bajda u parti Ħal Luqa, jew se jittieħdu kollha Blata l-Bajda?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li hija l-intenzjoni tal-ARMS li titrasferixxi l-kumplament tal-ħaddiema tagħha ġewwa Blata l-Bajda biex b’hekk tkun tista’ topra minn post wieħed.
Jista’ l-Ministru jghid kemm hemm fil-preżent impjegati direttament ma’ ARMS Ltd? Kemm hemm impjegati on secondment? Kemm telqu minn din il-kumpanija fl-aħħar sentejn u x’kienet ir-raġuni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent ARMS Ltd għandha 10 persuni mpjegati direttament magħha u 147 persuni impjegati on secondment. Tajjeb jingħad illi l-kumpanija ffirmat collective agreement fl-10 ta’ Mejju, liema collective agreement jagħti perjodu ta’ xahrejn lill dawn l-impjegati sabiex jagħżlu jekk jibqgħux ma’ ARMS jew imorru meta jkun hemm post mal-Korporazzjoni li ġej minnha.
F’dawn l-aħħar sentejn telqu 6 impjegati, bir-raġuni tkun jew biex ikomplu bl-istudji tagħhom jew inkella għax sabu impjieg x’imkien ieħor.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 33755 u jgħid x'wassal biex l-ispiża tal-proġett tal-Life Science Park tiżdied bi €12-il miljun u xi tħallas s'issa minn dan il-proġett? Jista' jgħid kemm kienet se toħroġ l-Unjoni Ewropea u kemm kin se joħroġ il-gvern Malti meta l-proġett kien se jiġi jiswa €16-il miljun, u x'se jkunu qed joħorġu issa li l-proġett se jiġi jiswa €32 miljun?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proġett tal-Life Sciences illum jinkorpora fih ‘business incubation facility’ li fil-pjan oriġinali ma kinitx inkluża. Sal-lum tħallsu madwar €1.6 miljuni.
Il-kofinanzjament tal-Unjoni Ewropeja u l-Gvern Malti huwa ta’ 85% u 15% tal-ispejjeż eliġibbli rispettivament filwaqt li l-bilanċ tal-ispejjeż mhux eliġibbli jitħallas ukoll mill-Gvern Malti. Id-dettalji dwar dan qegħdin fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministu jgħid min rebaħ it-tender WSC/T/32/2012 Construction of concrete floor for blowers at North Sewage Treatment Plant? Jista' jgħid jekk dan il-kuntrattur għandux il-makkinarju kollu liċenzjat skont il-liġi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi din it-tender għada qed tigi evalwata, għal daqstant għada ma ngħatax.