Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22426 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni miżmuma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni miżmumin bħalissa fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u jgħid kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel, ta' liema nazzjonalità huma u kif tvarja l-età bejn l-iżgħar u l-ikbar u għal-liema reati jinsabu miżmuma hemm? Jista' jgħid kemm hemm persuni transesswali fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u jgħid x'qed isir biex dawn jiġi stmati bl-akbar dinjità umana peress li qed jiġu umiljati u mżebilħa apparti milli jinżammu ma' nies ta' ġeneru li huma ma jħossux li hu tagħhom u dan għandu ħafna konsewgwenzi koroh għalihom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sat-3 ta' Jannar 2011 in-numru ta' persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kienet ta' 585; 549 raġel u 36 mara. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Rigward l-aħħar domanda ninsab infurmat illi l-persuni kollha li qed jistennew jgħaddu proċeduri Ġudizzjarji u/jew qed jiskontaw il-piena tagħhom jinżammu skont il-liġi bid-dinjita' u r-rispett li kull bniedem jistħoqqlu.
Leg 11 PQ #22741 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bord tal-Arbitraġġ — rapport tat-talbiet tal-Malta Police Association

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-Bord tal-Arbitraġġ appuntat minnu fuq it-talbiet tal-Malta Police Association?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Bord tal-Arbitraġġ li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ma nħatarx minn dan il-Ministeru, madanakollu qiegħed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport maħruġ minnu.
Leg 11 PQ #22742 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li xi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija jibdew jibbenefikaw minn xi tip ta' allowance fil-futur qarib?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi għalissa mhux maħsub li jkun hemm tibdil fl-allowances tal-Pulizija.
Leg 11 PQ #22743 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — operazzjonijiet tal-Frontex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jibqgħu jintbagħtu membri tal-Korp tal-Pulizija ta' Malta sabiex jassistu fl-operazzjoni 'Rabit' li torganizza l-Frontex ġewwa l-Greċja? Jekk le, jista' jinforma lil din il-Kamra għalfejn Malta mhux qed tipparteċipa, bħalma qed jagħmlu l-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi wara sejħa tal-Frontex li saret fl-aħħar ta’ Ottubru 2010, il-Korp tal-Pulizija bagħat żewġ membri sabiex jipparteċipaw fl-operazzjoni RABIT 2010 li torganizza l-Frontex ġewwa l-Greċja. Infurmat ukoll illi għalissa, m’hemmx il-ħsieb li jintbagħtu aktar membri tal-Korp biex jservu f’din l-operazzjoni.

każ tal-qtil ta'  Raymond Caruana — żviluppi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2010 kienx hemm xi żviluppi ġodda fuq il-każ tal-qtil ta' Raymond Caruana?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 16873.
Leg 11 PQ #22522 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Gwardjani - sick wara injury waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ġranet li ttieħdu sick wara injury li seħħet waqt il-qadi ta' dmirijiethom minn gwardjani fil-Faċilità Korretiva ta' Kordin matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' ġranet sick li ttieħdu mill-gwardjani wara injury waqt il-qadi ta' dmirijithom kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Leg 11 PQ #22523 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Membri tal-Protezzjoni Ċivili — sick wara injury waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ġranet li ttieħdu sick wara injury li seħħet waqt il-qadi ta' dmirijiethom minn membri tal-Protezzjoni Ċivili matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ġranet li fihom membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili naqsu milli jirrapurtaw għax-xogħol wara injury li seħħet waqt il-qadi ta’ dmirijiethom kien kif jidher hawn taħt:
Leg 11 PQ #22601 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kostituzzjoni ta' Malta — kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-Indipendenza sal-lum kemm-il kawża saret taħt artiklu 95 (2) a, 95(2)b, 95 (2) d, 95 (2) e u 95 (2) f, tal-Kostituzzjoni ta' Malta u jagħti l-ismijiet ta' kull kawża?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika dwar kawżi li setgħu saru taħt l-artikli msemmija tal-Kostituzzjoni ta' Malta.

Ħaż-Żebbuġ — miżuri kontra l-kriminalità

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Pulizija tieħu l-miżuri adegwati sabiex tipproteġi r-residenti ta' Ħaż-Żebbuġ kollha peress li f'dan il-lokal kien hemm żieda inkwetanti ta' kriminalità?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija intensifikat il-patrols f'kull ħin tal-ġurnata fl-area ta' Ħaż-Żebbuġ speċjalment fil-parti fejn l-aktar li hemm ħwienet kummerċjali. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ressqet persuna quddiem il-Qorti akkużata b’diversi reati konnessi ma' ħames serqiet li seħħew fi ħwienet ġewwa f’Ħaż-Żebbuġ matul dan l-aħħar xahar. Nieħu din l-opportunità biex nifraħ lill-Korp tal-Pulizija għal ħidma siewja li wettaq fl-aħħar jiem li wasslet biex dawn il-każijiet jiġu solvuti.
Leg 11 PQ #22735 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bord tal-Arbitraġġ — rapport tat-talbiet tal-Malta Police Association

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu u tal-gvern dwar ir-rapport li ippreżentalu l-Bord tal-Arbitraġġ imwaqqaf minnu stess fuq il-talbiet tal-Malta Police Association, issa wara li dan ilu li ġie ppreżentat lilu aktar minn sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li għalih qed jirreferi ma ġiex ippreżentat lil dan il-Ministeru, madankollu ġaladarba qed jagħmel din it-talba lili, se nagħti tagħrif dwar x’sar s’issa b’konnessjoni mar-rakkmandazzjonijiet li għamel il-Bord tal-Arbitraġġ. Infurmat li l-kwistjoni dwar siegħat tax-xogħol maħduma mill-membri tal-Korp ġiet indirizzata, skont ma rrikkmanda l-Bord, u llum dawn huma għal kollox konformi ma’ dak stabbilit fil-Ftehim milħuq bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Amministrazzjoni tal-Korp snin ilu u li għadu fis-seħħ illum. Barra minn hekk, u oltre minn dak li ppropona l-Bord t’Arbitraġġ, saru diskussjonijiet mal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija biex isir proċess bi qbil bejn il-partijiet biex jiġi stabbilit livell ta’ kumpens xieraq għal dawk il-membri tal-Korp li matul is-snin setgħu ħadmu siegħat żejda li ma ġewx kumpensati għalihom skont il-Ftehim imsemmi. Rakkomandazzjoni oħra tal-Bord kienet li s-sistema li tirregola l- extra duty li jipparteċipaw fiha diversi membri tal-Korp tibqa' titħaddem mill-Korp stess u li r-rati ta’ ħlas għal kull siegħa maħduma jkunu riveduti bi qbil mal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija. Il-Ministeru ilu li ta l-approvazzjoni tiegħu għar-reviżjoni tar-rati kif misjub xieraq bejn l-Amministrazzjoni tal-Korp u l-Assoċjazzjoni anke jekk, s’issa, ir-rati għadhom ma ġewx riveduti. Il-Bord kien irrakkomanda li ma jarax il-ħieġa li l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija tkun trasformata fi trade union b’awtonomija mill-Korp u kien tal-fehma li l-provvedimenti relevanti fl-Att tal-Pulizija jagħtu saħħa biċċejjed lill-Assoċjazzjoni biex tħares l-interessi tal-membri tal-Korp u tirriżolvi kwistjonijiet dwar kundizzjonijiet ta’xogħol, etc. Madankollu, il-Gvern ma waqafx hemm u offra lill-Assoċjazzjoni d-dritt ta’ parteċipazzjoni bħal osservatur attiv fin-negozjati li qed isiru bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-għaqdiet tal-ħaddiema dwar il-Ftehim Kollettiv ġdid. Għalkemm l-Assoċjazzjoni għażlet li ma tipparteċipax f’dawn in-negozjati, il-Gvern għadu għaddej bil-proċess biex l-Assoċjazzjoni tingħata l-libsa legali ta' Union. Dwar il-kwistjoni ta’ xogħol part-time minn-naħa tal-membri tal-Korp, il-Bord ħass li kellu jirrakkomanda li jinstab xi metodu li jagħmilha possibli għal-talbiet f’dan ir-rigward biex ikunu milqugħa u ppropona xi forma ta’ perjodu ta’ prova. Filwaqt li l-possibilita’ biex isir xogħol privat f’ċerti sitwazzjonijiet teżisti, nfurmat li s’issa ma kienx hemm żviluppi f’dan ir-rigward. Talba oħra li kienet tressqet quddiem il-Bord tal-Arbitraġġ u li ġiet milqugħa qabel spiċċa x-xogħol tiegħu il-Bord, tirrigwarda disturbance allowances dovuti lill-membri tal-Korp fi gradi għolja. Dawn fil-fatt ingħataw u r-rapport tal-Bord jikkonstata li ġara hekk. Finalment, kien hemm imbagħad talbiet li l-Bord ikkunsidra għax tressqu quddiemu imma li hu stess sab li kienu ta’ natura ġenerali u li allura kellhom impatt li jmur oltre l-Korp tal-Pulizija. Qed nirreferi għal żewġ talbiet li jinvolvu kopertura b’ life insurance u riforma fil-pensjoni tas-servizz. Fiż-żewġ każijiet, għalkemm il-Bord irrakkomanda li jiġu esplorati aktar fil-fond dawn it-talbiet, il-Gvern iħoss li dawn huma kwistjonijiet li jridu jiġu eżaminati f’kuntest iżjed wiesgħa u mhux f’dan l-ambitu.
Leg 11 PQ #22736 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — dritt tax-xogħol part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħa jingħata d-dritt tax-xogħol part-time lill-membri tal-Korp tal-Pulizija skont kif fil-fatt qabel li għandu jsir il-Bord tal-Arbitraġġ, li kien imwaqqaf mill-Prim Ministru fis-sena 2008? X'inhu jżomm milli dan isir?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22735.
Leg 11 PQ #22737 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Overtime tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu tal-overtime dawk il-pulizija li ħadmu aktar minn 46 siegħa fil-ġimgħa, skont kif stipulat fil-ftehim settorjali tal-pulizija tas-sena 1993 f'paragrafu 4.5.2?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Kif diġa kelli l-okkazzjoni ngħid, bħalissa għadhom għaddejjin diskussjonijiet mal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija dwar din il-kwistjoni.
Leg 11 PQ #22738 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — postijiet vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm postijiet vakanti fil-Korp tal-Pulizija fl-1 ta' Jannar 2011 u f'liema karigi kienu dawn il-vakanzi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-complement tal-Korp tal-Pulizija jinbidel minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi u l-ħtiġijiet in ġenerali tal-Korp.
Leg 11 PQ #22739 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ingaġġ tal-gwardjani fil-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar li sar ingaġġ ta' gwardjani fil-ħabs? Kemm kienu ddaħħlu gwardjani f'dan l-aħħar eżerċizzju? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu irġiel?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-aħħar ingaġġ ta' Gwardjani fil-ħabs sar fit-18 ta' Mejju tal-2005 fejn kienu ddaħħlu 37 Gwardjan, 4 kienu nisa u 33 kienu rġiel.
Leg 11 PQ #22740 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Direttur tal-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb illi jiġi maħtur direttur tal-ħabs? Jista' jinforma lil din il-Kamra, kemm ilha fil-fatt fil-kariga ta' aġent direttur, il-persuna li llum qed tokkupa l-kariga ta' aġent direttur tal-ħabs?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li f'Diċembru tas-sena l-oħra, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew postijiet vakanti f'karigi għolja tas-settur pubbliku, fosthom dik ta' Direttur tas-Servizzi Korrettivi. Infurmat ukoll li l-Aġent Direttur preżenti ilu jokkupa din il-kariga minn Awwissu tal-2008.
Leg 11 PQ #22516 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija li tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li soffrew minn xi inċident u/jew tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom matul l-aħħar ħames snin ? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont is-sena li fihom seħħew?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li weġġgħu waqt li kienu xogħol matul dawn l-aħħar ħames snin, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- 2006 2007 2008 2009 2010 124 59 69 70 66 Infurmat ukoll illi fl-2009 kien hemm ukoll membru tal-Korp li kien miet b’kawża naturali waqt li kien xogħol.
Leg 11 PQ #22518 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni li tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' gwardjani fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li soffrew minn xi inċident u/jew tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom matul l-aħħar ħames snin? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont is-sena li fihom seħħew?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi f'dawn l'aħħar ħames snin in-numru ta' gwardjani fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li soffrew minn xi inċident kien ta' 12, kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Infurmat ukoll illi fl-2008 kien hemm gwardjan li kien miet fuq il-post tax-xogħol b'mewta naturali.
Leg 11 PQ #22519 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Membri tal-Protezzjoni Ċivili li tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri tal-Protezzjoni Ċivili li soffrew minn xi inċident u/jew tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom matul l-aħħar ħames snin? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont is-sena li fihom seħħew?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-aħħar ħames snin in-numru ta' membri tal-Protezzjoni Ċivili li soffrew xi inċident waqt il-qadi ta' dmirijiethom kien ta' 6, kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Infurmat ukoll illi ma kien ebda membru li tilef ħajtu.
Leg 11 PQ #22520 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — sick wara injury waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ġranet li ttieħdu sick wara injury li seħħet waqt il-qadi ta' dmirijiethom minn membri tal-Korp tal-Pulizija matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ sick leave meħud minn membri tal-Korp tal-Pulizija wara li kienu weġġgħu waqt li kienu xogħol matul dawn l-aħħar ħames snin, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- 2006 2007 2008 2009 2010 1858 1167 526 501 856

Persuni b'mewt traġiki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni traġikament fis-sena 2010? Kif mietu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom traġikament matul is-sena l-oħra kien kif jidher fit-tabellat'hawn taħt: - Kawza tal-mewt Nru ta’ persuni Omiċidju 4 Inċidenti tat-traffiku 15 Suwiċidju 31 Overdose 3 Inċidenti fatali oħrajn 33 Ċirkostanza għadha mhix determinata 1