Jista’ l-Ministru jgħid liema mill-ħames fażijiet tal-proġett ta’ riġenerazzjoni u titjib tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali għadhom mhux kompluti sal-lum, u x’inhuma r-raġunijiet għalfejn għadhom pendenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-kostruzzjoni tal-car park huwa mistenni li jitlesta dan is-sajf. Qegħdin nistennew il-permessi għal jogging track u l-camping site, filwaqt li l-kostruzzjoni tal-Wasterwater Treatment Plant qegħdha fil-fażi ta’ studju/fattibilità.
Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Indipendenza – Applikazzjoni għal one-way
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni sottomessa mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ lill-Transport Malta biex Triq l-Indipendenza, f’Ħaż-Żebbuġ, issir triq one-way?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bidliet fi Triq l-Indipendenza jagħmlu parti minn proġett akbar ta’ ġestjoni tat-traffiku fiż-żona ta’ Ħal Mula, Ħaż-Żebbuġ. L-Awtorità tinsab sodisfatta bil-proposta, u l-awtorizzazzjoni għall-proġett sħiħ tinsab fil-proċess sabiex tinħareġ.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28530 u 28731 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28280, jista’ jagħti l-istess informazzjoni fir-rigward tar-rotta numru 88 mill-Belt Valletta għall-Gudja u viċi-versa, mill-1 ta’ Jannar sal-20 ta’ April 2025?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jiġi jiswa x-xogħol li qed isir fi Ġnien Raymond Caruana, il-Gudja u meta hu ppjanat li jkun lest?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li qed isir fi Ġnien Raymond Caruana, il-Gudja mistenni jiġi jiswa madwar €278,000 (VAT inkluż) u huwa ppjanat li jkun lest fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità ta’ Santa Luċija u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità tal-Gudja u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità ta’ Bormla u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġabet il-liċenzja tas-sewqan matul is-sena 2024 u kemm minnhom kienu ċittadini barranin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2024, total ta’ 19,488 telgħu għat-test tas-sewqan u li minnhom għaddew 8,890 u inħarġu total ta’ 7,824 liċenzja tas-sewqan Maltija.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28379, jista’ l-Ministru jgħid meta ż-żewġ zebra crossings li għad hemm fi Vjal il-Ħaddiem fir-Rabat, Malta, ser jiġu konvertiti f’Pelican Ligħts?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, Malta, bħalissa hemm ħames controlled pedestrian crossings, ninfurmah li l-Awtorità m’għandhiex talbiet pendenti relatati mal-bdil tat-tip ta’ crossings.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f’Ħaż-Żebbuġ sal-aħħar tas-sena 2025 u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx toroq f’Ħ’Attard u l-Mosta li huma ppjanati biex jiġu rranġati fl-2025 u 2026 u liema huma?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali rispettivi għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità tal-Fgura u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.