Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4620 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3866, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju msemmi minnu f’din it-tweġiba? Jista’ jgħid jekk hux informat li biex l-iżvilupp mill-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, iseħħ, l-Awtorità tal-Ippjanar għamlet din il-mina bħala kundizzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-istudji għadhom għaddejjin.
Wied il-Għajn – Triq il-Knisja – xogħol ta’ asfaltar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Knisja, f’Wied il-Għajn, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali, fosthom dak ta’ Wied il-Għajn, fejn talbithom jagħtu lista ta’ toroq li għandhom bżonn xogħol infrastrutturali u li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjn. Dan skont skeda dettaljata li qed tiġi diskussa u maqbula magħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Kurvetti, f’Raħal Ġdid, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali, fosthom dak ta’ Raħal Ġdid, fejn talbithom jagħtu lista ta’ toroq li għandhom bżonn xogħol infrastrutturali u li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex ikunu jistghu jsiru fis-snin li ġejjn. Dan skont skeda dettaljata li qed tiġi diskussa u maqbula magħhom.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3331, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm ħawlet siġar u arbuxelli Infrastructure Malta mill-elezzjoni sal-lum?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ħawlet 1069 siġra u arbuxelli mill-elezzjoni sal-lum. L-Aġenzija, bħala parti mill-ħidma ambjentali, kienet involuta fil-ħolqien ta’ tlett imsaġar ġodda, wieħed f’Bengħajsa, Birżebbuġa ħdejn il-Malta Freeport, ieħor fejn qabel kien hemm niżla wiesgħa li kienet tgħaqqad Triq Reġjonali ma’ Triq il-Wied tal-Imsida u masġar madwar id-dar tal-Komunità Terapewtika Residenzjali San Blas, f'Ħaż-Żebbuġ, li titmexxa minn Caritas Malta. L-aġenzija qed tiżgura wkoll is-servizzi meħtieġa sabiex dawn l-eluf ta’ siġar jibqgħu jissaqqew u jiġu kkurati għal numru ta’ snin, sakemm jaqbdu sew fl-ambjent ġdid tagħhom.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
San Pawl il-Baħar – xogħlijiet f’toroq viċin l-iskola primarja
Question
Jista’ l-Ministru jagħti direzzjoni sabiex xogħlijiet fuq toroq viċin l-Iskola Primarja f’San Pawl il-Baħar, li issa ilhom xhur mibdijin, jitlestew mill-aktar fis u b’hekk ikun jista’ jiġi fi tmiemu l-inkonvenjent li ilhom għaddejjin minnu r-residenti, l-istudenti u l-ġenituri tagħhom flimkien mal-għalliema u ħaddiema oħrajn tal-istess skola?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm ix-xogħol ippjanat ta’ resurfacing kellu jsir minn Infrastructure Malta, tul ix-xogħlijiet diversi entitajiet fosthom kumpaniji privati ressqu talbiet ġodda. Minħabba dan, ix-xogħol għadu għaddej. Malli jitlesta, Infrastructure Malta tkun tista' tagħlaq dan il-proġett hekk kif ippjanat.
Wied il-Għajn – Triq La Sengle – xogħol ta’ asfaltar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq La Sengle, f’Wied il-Għajn, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali, fosthom dak ta’ Wied il-Għajn, fejn talbithom jagħtu lista ta’ toroq li għandhom bżonn xogħol infrastrutturali u li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, biex ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjn. Dan skont skeda dettaljata li qed tiġi diskussa u maqbula magħhom.
Transport, CRPD u l-Aġenzija Sapport – studju dwar reserved parking bays
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju li ġie kkummissjonat mill-Awtorità tat-Trasport flimkien mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) u l-Aġenzija Sapport dwar reserved parking bays għal persuni b'diżabilità? Fiex jikkonsisti dan l-istudju u meta hu mistenni li jiġi ffinalizzat u ppubblikat?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskop tal-istudju kkommisjonat huwa bbażat fuq riċerka li hija meħtieġa sabiex tagħmel proposti alternattivi ta’ kif għandhom ikunu allokati parkeġġi riservati għall-persuni b’diżabilità, kif ukoll li għandhom isiru proposti biex jgħinu li jinstabu mezzi alternattivi kif għandhom jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar min għandu jkollu parkeġġ riservat, dejjem ibbażat fuq id-demografija ta’ kull belt jew raħal, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Huwa mistenni wkoll li jkunu kkunsidrati d-daqs tal-popolazzjoni, l-età medja, l-ammont ta’ Blue Badge Holders, l-ammont ta’ vetturi reġistrati f’kull lokalità, l-ammont ta’ persuni lliċenzjati u l-ammont ta’ parkeġġi diġà riservati.
Iż-żmien ta’ meta dan ir-rapport se jkun konkluż jiddependi minn diversi fatturi u allura qegħdin nagħmlu dak kollu possibbli biex jigi konkluż fl-iqsar żmien possibbli, b’koordinazzjoni sħiħa mas-CRPD.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2064, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu biex Triq Delimara, Marsaxlokk, tiġi fi stat aħjar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din it-triq Infrastructure Malta lestiet proġett ta’ żewg kilometri sa ftit qabel it-Tempju tas-Silġ. Dan kien jinkludi wiċċ ġdid. Il-biċċa tat-triq minn Tas-Silġ lejn iż-Żejtun ma kenitx parti mill-proġett ta’ Infrastructure Malta u kien hemm proġett tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2063, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu biex Triq Xrobb l-Għaġin, Marsaxlokk, tiġi fi stat aħjar?
Transport Malta – Pubblikazzjoni tas-sejħa għall-Public Service Agreement
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema xahar ta' din is-sena hu maħsub li tiġi ppubblikata s-sejħa għall-Public Service Agreement għat-trasport ta' passiġġieri, karozzi u merkanzija bejn Malta u Għawdex, peress li dan il-ftehim issa ilu bosta snin li skada?
Response (FARRUGIA, AARON)
Jinstabu għaddejjin preparamenti tekniċi kif ukoll id-diskussjonijiet neċessarji sabiex il-Gvern jippubblika sejħa għall-PSO.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pavimentar tax-xatt ta’ Wied il-Għajn, u ċjoè ta’ Triq ix-Xatt, hux se jinbdel billi qiegħed jitmermer sew?
Response (FARRUGIA, AARON)
Minbarra diversi xogħlijiet infrastrutturali importanti li twettqu fil-lokalità, qed tiġi evalwata wkoll il-possibbiltà li jsiru xi proġetti fiż-żona madwar ix-xatt ta’ Wied il-Ghajn, għalkemm il-pjani għadhom fi stadju preliminari.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fil-11-il Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’rabta mal-postijiet ta’ speed cameras, għandu jirreferi għat-tweġiba li qed jingħata għall-mistoqsija numru 6003. Għall-bqija tal-informazzjoni, tlabt li din tinġabar.
Transport Malta – rapporti permezz ta’ SMS dwar emissjonijiet ta’ duħħan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport b’SMS daħal għand Transport Malta dwar emissjonijiet ta’ duħħan minn karozzi fl-2022 u jgħid kemm ittieħdu azzjonijiet f’dan ir-rigward? Kemm-il karozza m'għaddietx mit-test? Kemm jiswa SMS?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jingħata t-tarmak fl-aħħar parti ta’ Triq il-Linja f’Ħ’Attard, liema parti tmiss ma’ Triq l-Imdina?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 5805.
(
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1314 li tpoġġa fis-Seduta 85 tas-6 ta' Frar 2023
)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kontravenzjoni ngħatat, u kemm minnhom ma tħallsux minħabba raġunijiet validi, u oħrajn li ma tħallsux bla ebda raġuni mill-2012 sal ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.