Legislature:
Category:
Reset
Active:

SVPR — tqaċċit ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru jew le li madwar 200 siġra tqaċċtu minn ġardina fir-Residenza San Vinċenz de Paul qabel ma tidħol għal dik li jgħidulha l-bitħa tal-irġiel f'dan l-isrtess bini? Jista' jgħid ta' liema tip kienu dawn is-siġar u jekk setgħux jittieħdu x'imkien ieħor minflok ma tqaċċtu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Bħala parti mit-tkabbir tal-Mixtla tal-Gvern ta’ San Vinċenż de Paule, ġnien li kien f’idejn ir-Residenza tax-Xjuħ ta’ San Vinċenż għadda taħt it-tmexxija tat-taqsima fid-direttorat tal-agrikolturai li tieħu ħsieb din il-mixtla. Il-bżonn li jittieħed dan il-ġnien inħass minħabba li ried jinstab post sikur u kenni biex jinħoloq ġnien dimostrattiv b’madwar erbgħa u tletin varjetà differenti ta’ siġar taċ-ċitru. Il-ġnien dimostrattiv se jservi biex fil-futur qarib jinbeda proġett ta’ tnissil ta’ dawn il-varjetajiet. Fil-fatt madwar 200 siġra tal-bakkaljaw se jinbidlu ma’ 170 siġra taċ-ċitru ċertifikati ħielsa mil-mard. Is-siġar f’dan il-ġnien kienu kollha siġar tal-bakkaljaw u kienu kkunsidrati ta’ mingħajr valur għax ma kenux jipproduċu frott li jittiekel.

SVPR — valur tas-siġar li tqaċċtu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jiswew is-siġar li tqaċċtu fil-bini tar-Residenza San Vinċenz de Paul minħabba żvilupp li qiegħed isir fil-ġnejna magħrufa aħjar bħala qabel ma tidħol għall-bitha tal-irġiel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28088.

Klieb bil-micro chip — Side effects

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex isir studju ħalli jiġi eżaminat jekk il-klieb li jagħmlulhom il-micro chip f'Malta jkollhomx side effects jew le?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 27747 u 27748.

Klieb f'Malta li għandhom il-micro chip

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li hawn klieb f'Malta u kemm minnhom għandhom il-micro chip? Kemm għad fadal biex jiġu micro chipped? Sa meta huwa ppjanat li dawn il-klieb sejrin ikunu micro chipped?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Malta huwa stmat li hawn madwar 100,000 kelb b’kollox, li madwar 15,000 minnhom għandhom diġà l-microchip. Skont Artiklu 4 tal-Avviż Legali 199 tal-2011, il-klieb li għad m’ghandhomx microchip iridu jiġu microchipped u rreġistrati sat-30 ta’ April 2012.

Micro chipping fuq annimali domestiċi oħrajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sistema tal-micro chipping hijiex sejra titħalla fuq il-klieb biss jew inkella hijiex sejra tinfirex fuq l-annimali domestiċi kollha, bħal qtates, żwiemel, eċċ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mit-30 ta’ April, tas-sena d-dieħla s-sistema tal-microchipping se tkun legalment mandatorja għall-klieb. Fil-preżent, diġà jeżisti obbligu ta’ microchipping fuq klieb, qtates u nemsa li jkunu ha jiġu msiefra biex ikun jista’ jinħarġilhom passaport. Hemm obbligu ta’ microchipping fuq annimali ekwini (żwiemel u mammali solipedi selvaġġi jew iddomestikati tal-ispeċi kollha tal-ġenus Equs) skont kif mitlub mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 504/2008 li jimplimenta d-Direttivi tal-Kunsill 90/426/KEE u 90/427/KEE fir-rigward tal-metodi għall-identifikazzjoni tal-equidae. Fil-preżent, għadha kif ġiet introdotta u qed tintuża sistema ta’ microchipping fil-majjaliet fuq bażi volontarja biex tassisti prattiċi tajba ta’ tgħammir u identifikazzjoni u ma hijiex infurzata legalment.

National Flood Relief Project — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-erba' lokalitajiet li fihom matul din is-sena beda ix-xogħol marbut man-National Flood Relief Project? X’tip ta’ xogħol sar? X’kienet l-ispiża s'issa fuq dawn ix-xogħlijiet b’mod separat? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’Seduta oħra.

Proġett tal-Ġonna ta' Pembroke — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-twettiq tal-proġett tal-Ġonna ta’ Pembroke? Kemm kienet l-ispiża fuq dawn ix-xogħlijiet? X’kien l-investiment li sar s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta huwa mistenni li jitlesta dan il-progett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Prim Ministru li hu responsabbli mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta li qiegħda twettaq dan il-proġett..

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ħaddiema impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu, maqsuma skont il-kategorija, matul is-sena 2011? Jista' jgħid kif saret is-sejħa għal kull impjieg?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.

Kalkara — Villa Bighi - Xogħol ta' restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed jokkupa Villa Bighi fil-Kalkara? Kemm hemm kmamar okkupati u min qed jokkupahom? Qed isir restawr fiha? Jekk iva, x'tip ta' restawr qed isir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli li huwa responsabbli mill-Taqsima Proprjetà tal-Gvern.

Impjanti li jipproduċu dħaħen fl-arja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjanti li jipproduċu dħaħen fl-arja, bħalma huma plants tat-tarmak għandhomx l-obbligu li jagħmlu użu minn filters fiċ-ċmieni tagħhom sabiex inaqqsu mill-kontaminazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kull meta jsiru spezzjonijiet ħalli jiġi żgurat li dawn qed isir użu minnhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Prim Ministru li hu responsabbli mill-Aworità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.

Wied il-Għajn — Triq San Ġwakkin u Pjazza Dun Tarċis Agius - problema ta' għargħar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'beħsiebu jagħmel il-gvern biex il-problema tal-għargħar ma' kull ħalba xita li sseħħ fi Triq San Ġwakkin f'Wied il-Għajn u fil-Pjazza Dun Tarċis Agius tiġi trattata bis-serjetà?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li x-xogħol li għalih qed jagħmel referenza f’Wied il-Ghajn, jaghmel parti mill-proġett Nazzjonali għall-kontra l-għargħar. Il-Ministeru qed jistenna il-ħrug tal-permessi tal-MEPA sabiex ikun tista’ titfassal u tinħareġ is-sejħa għal offerti biex il-proġett ikun jista’ jitwettaq skont kif definit fil-permess.

WasteServ — nefqa rikorrenti u kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa rikorrenti kif ukoll dik kapitali tal-WasteServ għal dawn l-aħħar tliet snin (kull sena separatament)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa mill-voti rikurrenti tal-WasteServ Malta Ltd kienet tikkonsisti f’ madwar €9.5 miljuni għas-sena 2009, €6.5 milljuni għas- sena 2010, u €6.2 miljuni sa’ Settembru tal- 2011. Bl-istess mod, in-nefqa mill-voti kapitali kienet ta’ madwar €10.9 miljuni u €9.5 miljuni fis-snin 2009 u 2010 rispettivament, u laħqet €5.9 miljuni sa Settembru 2011.

stakeholders — parteċipazzjoni fil-programmi ambjentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'mekkaniżmu għandu l-Ministeru tiegħu sabiex jagħmel lill-istakeholders fil-qasam ambjentali aktar konxji u ppreparati sabiex jipparteċipaw fil-programmi ambjentali jew ta' għajnuna lill-agrikoltura tal-Unjoni Ewropea (jew programmi oħra finanzjati mill-Unjoni Ewropea)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jeżisti n-Network Rurali Nazzjonali (NRN) għal Malta. L-għan ta’ dan in-network, li huwa kkoordinat mill-Awtorità ta’ Tmexxija billi jlaqqa’ flimkien dawk l-entitajiet kollha kkonċernati jew involuti fis-settur agrikolu Malti. Barra li jservi sabiex jkunu jistgħu jingħataw informazzjoni dwar il-miżuri ta’ finanzjament permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta, joffri ukoll sabiex l-opportunità li jaqsmu bejniethom l-esperjenzi tagħhom. L-NRN Malti jaħdem ukoll bħala bażi ta’ konsultazzjoni u djalogu bejn l-entitajiet kollha kkonċernati.

Programm Life — proġetti li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-proġetti Maltin u Għawdxin li bbenefikaw mill-programm Life minn meta Malta bdiet tipparteċipa f'dan il-proġett? X'kienet in-natura ta' dawn il-proġetti u x'kien il-valur tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Prim Ministru li hu responsabbli mill-programm Life.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu, maqsuma settur settur? Jista' jgħid ukoll il-gradi tas-salarji u benefiċċji oħra ta' kull kategorija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ħal Qormi — Triq is-Sinja - tindif ta' ġnien

Question

Jista' l-Ministru jordna li l-gnien li jinsab fi Triq is-Sinja kantuniera ma' Triq De La Cruz, Ħal Qormi jitnaddaf u s-siġar li hemm ġo fih jinżabru, peress li ilu snin ma jsir xi xogħol simili f'dan il-ġnien u l-ħmieġ li akkumula qed jiġbed ħafna ġrieden u nemus b'inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit imsemmi jagħmel parti mill-konfini li għalihom huwa responsabbli l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi. Għalhekk nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq din il-Mistoqsija lill-Onorevoli Prim Ministru li hu responsabbli mill-kunsilli lokali

MEPA — laqgħat tal-Bord tal-EPC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-seduti tal-Bord tal-Environment and Planning Commission (EPC) tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jibdew isiru Għawdex sabiex l-Għawdxin u r-rappreżentanti tagħhom jiffrankaw it-tbatija u l-iskariġġ meta jkollhom jattendu Malta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq din il-mistoqsija lill-Onorevoli Prim Ministru li hu responsabbli mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi mikrija li għandu l-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu llum? Kemm hija l-ispiża globali f'ċifra ta' flus li titħallas kull xahar għal dawn il-vetturi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29230 rigward il-vetturi, ninformah li l-informazzjoni mitluba rigward l-ispiża hija kif ġej: Spiża Ministeru u Dipartiment €21,558 Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi €2,036 WasteServ Malta Limited Xejn

Proġetti fuq miżbliet

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija 29504 u jgħid fiex waslu l-proġetti biex il-miżbliet tal-Magħtab, Wied Fulija u l-Qortin f'Għawdex jinbidlu f'parks għar-rikreazzjoni tal-familja? X'kien l-investiment li sar s'issa b'mod separat fuq kull proġett? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta huwa mistenni li jitlesta kull wieħed minn dawn il-proġetti? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa kull proġett b'mod separat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba tigħata f’seduta oħra.

Monitoring tat-trobbija tal-fniek

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tiġix moniterjata l-prattika li jsegwu dawk li jrabbu inqas minn 50 fenka? Allura min irabbi aktar minn 50 fenka se jkollu jsegwi regoli differenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li min irabbi inqas minn 50 fenka jista’ joqtol hu fuq il-post tal-produzzjoni u jikkonsma l-fniek hu jew ibiegħhom direttament lill-konsumaturi mill-post tal-produzjoni biss. Il-fniek maqtula b'din il-proċedura ma jkollhomx boll bħal dawk maqtula f'biċċerija approvata skont ir-Regolament tal-Kunsill 853/2004 fejn fost kontrolli oħra ikunu spezzjonati minn Veterinarju Uffiċjali.