Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz kellimni.com huwiex servizz anonimu? Jista’ jgħid ukoll jekk ikunx hemm każijiet fejn din l-anonimità ma tibqax tapplika? Jekk iva, jista’ jgħid meta huma dawn il-każijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija tipprovdix servizz lis-servizz kellimni.com? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhu dan is-servizz u jekk il-pulizija kkonċernati humiex kwalifikati f’dan ix-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
B’referenza għall-Multi Agency Risk Assessment Meeting Board (MARAM), li jevalwa u jiddiskuti każijiet li jitqiesu ta’ riskju għoli ta’ vjolenza domestika, jista’ l-Ministru jgħid:
i. kemm irċieva referrals minn meta ġie mwaqqaf sal-aħħar tas-sena 2023;
ii. kemm minn dawn ir-referrals ġew evalwati mill-bord sal-aħħar tas-sena 2023;
iii. kemm irċieva referrals minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari;
iv. kemm evalwa referrals minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari;
v. jekk id-DASH hijiex l-għodda li qed juża l-bord fl-assessjar tar-riskju (risk assessment tool)? Jekk le, liema għodda (risk assessment tool) qed tintuża; u
vi. x’kienet l-ispiża ta’ dan il-bord għas-sena 2023 u kif inhuma mqassmin dawn l-ispejjeż?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Pannelli Solari
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma hemmx pannelli solari fuq Palazzo Ferreria, il-binja li tospita il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Madankollu huwa ippjanat li jsir studju dwar il-vijabilità ta’ tali pannelli, anke fil-kuntest li din il-binja storika hija skedata.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Pensjoni tal-invalidità — Persuni ċertifikati bħala ‘invalidi’
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ċertifikati persuni bħala ‘invalidi’ u ħadu l-pensjoni tal-invalidità mill-1 ta' Novembru 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19190 u 19429 u jagħti tagħrif dwar kemm-il anzjan jew anzjana kellhom assessjar (reviżjoni) tal-pensjoni tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawk li kellhom dan l-assessjar, fil-fatt instab li qed jieħdu dak li huma intitolati għalih, u li allura mhux ser ikollhom żieda fil-pensjoni tagħhom? Kemm minn dawn il-persuni twieldu qabel is-sena 1962?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kien hemm 38,853 pensjonant/a li kellhom il-pensjoni riveduta.
Minn dawn kien hemm 26,974 pensjonant/a li kellhom reviżjoni fil-pensjoni tagħhom li rriżultat f’żieda fil-pensjoni kontributorja, filwaqt li 11,879 pensjonant/a għalkemm saret ir-reviżjoni fil-pensjoni tagħhom, ma rriżultatx żieda.
Dawn il-pensjonanti kollha twieldu qabel is-sena 1962
Irid jingħad li dawn huma reviżjonijiet li saru din is-sena biss u jkomplu jibnu fuq eluf kbar ta’ reviżjonijiet oħra li saru fl-aħħar snin. B’dan il-mod is-sistema tgħin biex ikunu identifikati dawk il-każi li potenzjalment jistgħu jidħlu għal żieda addizzjonali, għalkemm mhux dejjem jirriżulta hekk minħabba numru ta’ fatturi.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 19673.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Lista ta' xogħlijiet u ħlas
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' xogħol u ammonti ta' flus li tħallsu mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija/i li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal kull sena, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal - Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll:
(i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena;
(ii) kemm kien hemm direct orders kull sena;
(iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order;
(iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz;
(v) min awtorizza dawn id-direct orders?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19191 u 19428 u jgħid kemm-il persuna kienet qiegħda tingħata assistenza finanzjarja għal diżabilità severa sal-aħħar tas-sena 2023? Kemm-il persuna qiegħda tingħata assistenza għal diżabilità severa preżentament? Kemm-il persuna ġiet infurmata li mhux ser tibqa' tingħata l-assistenza għal diżabilità severa matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna applikat għal assistenza għal diżabilità severa matul din is-sena u minn dawn kemm-il persuna ġiet infurmata li hi intitolata għal din l-assistenza u kemm-il persuna ġiet infurmata li mhix intitolata għal din l-assistenza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tul dawn l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2024 bdew jirċievu l-benefiċċju relattiv fir-rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Korrimenti fuq il-post tax-xogħol – benefiċċju — applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li applikaw sabiex jibdew jirċievu l-benefiċċju relattiv fir-rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-benefiċċju relattiv fir-rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol fl-aħħar ta’ Diċembru 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Reklami fuq online portals - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19190 u jagħti tagħrif dwar kemm-il anzjan jew anzjana kellhom assessjar (reviżjoni) tal-pensjoni tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawk li kellhom dan l-assessjar, fil-fatt instab li qed jieħdu dak li huma ntitolati għalih, u li allura mhux ser ikollhom żieda fil-pensjoni tagħhom? Kemm minn dawn il-persuni twieldu qabel is-sena 1962?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.