B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3282 is-sena l-oħra, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Sapport impjegatx persuni oħra minflok dawk li kienu rriżenjaw bħal, per eżempju, l-psikologa u ż-żewġ occupational therapists li tant huma bżonnjużi biex jaħdmu mal-klijenti tal-Adult Training Centres?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ATC’s qatt ma kien hemm psikologa impjegata magħhom. Għalkemm kien hemm professional support worker li kienet ukoll psikologa, din qatt ma għamlet xogħol ta’ psikologa ma’ l-ATC’s.
Informat ukoll li ż-żewġ
occupational therapists
ikun spjegat ukoll li wara li rriżenjaw it-tnejn li kien hemm, ħadd ma reġa' applika għal dan il-post. Minflok ġew impjegati żewġ
professional support workers
li qed jaħdmu fuq programmi għall-klijenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqatgħu mir-reġistru matul din is-sena, xahar b'xahar, kif ukoll x'inhi r-raġuni għaliex dawn inqatgħu? Kemm kien hemm persuni jirreġistraw fuq Part 1 u Part 2 separatament għall-aħħar xahar li dwaru għandu informazzjoni d-dipartiment maqsumin lokal lokal?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tabella A turi kemm kien hemm persuni li nqatgħu mir-reġistrar matul din is-sena sa l-aħħar ta’ Awwissu 2009, xahar b’xahar, skond ir-raġuni għaliex dawn inqatgħu. L-informazjoni mogħtija hija sa l-aħħar ta’ Awwissu skond l-aħħar nformazzjoni ppublikata.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjan, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li kien jaħdem id-De La Rue u ilu ma jieħu żieda mill-agreement għal dawn l-aħħar tliet snin? Jista' jgħid x'kienu l-aħħar żviluppi fuq it-talba ta' din il-persuna?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li minn investigazzjoni li ghamel id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg jirrizulta li din il-persuna kienet impjegata ma’ De La Rue Currency and Security Print Ltd bejn 30.05.1977 sa 12.03.1997. F’dak li ghandu x’jaqsam ma’ kundizzjonijiet tal-impieg, peress li din il-persuna mhix fl-impieg, ma tikwalifikax għal paga jew żieda ta’ paga li tkun stipulata fi ftehim kollettiv.
Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2008 sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, kemm ħaddiema Għawdxin bdew jaħdmu għall-ewwel darba jew reġgħu bdew jaħdmu wara li kienu sfaw bla xogħol? Jista’ jgħid fejn bdew jaħdmu/reġgħu bdew jaħdmu, f’Malta jew f’Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi xahar b’xahar minn Jannar 2008 sal-aħħar ta’ Mejju 2009 in-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li bdew jaħdmu għall-ewwel darba jew reġgħu bdew jaħdmu wara li sfaw bla xogħol. It-tabella turi wkoll fejn bdew jaħdmu jekk hux Malta jew Għawdex (skont fejn ġew irreġistrati mill-imprenditur) u f’liema qasam ta’ xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċittadin Malti għandux dritt iħallas lura bolol għall-perijodi neqsin peress li, per eżempju, wieħed ikun irriżenja mix-xogħol u jkun sab xogħol ieħor xi tliet xhur wara?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — Employement Aid Scheme
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna f'Għawdex sabet xogħol permezz tal-iskema Employment Aid Scheme tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta' persuni li bdew jaħdmu permezz tal-iskema Employment Aid Programme ko-finanzjata mill-Fondi Soċjali Ewropej huwa ta' 99 persuna.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10669 u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett ta' night shelter għall-anzjani fin-naħa t'isfel ta' Malta? Kemm kienet l-ispiża minfuqa fuq dan il-proġett matul l-aħħar sena? Kemm kienu l-anzjani li għamlu użu minn dan in-night shelter matul l-aħħar sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-proġett tan-Night Shelter wasal fl-aħħar stadju u mistenni li jibda jiffunzjona għall-aħħar ta' Ottubru 2009. L-ispiża minfuqa fuq dan il-proġett kienet €92,657. Dan huwa proġett pilota li ser jibda bi 8 sodod.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10670 u jgħid x'tip ta' xogħol ta' manutenzjoni sar matul l-aħħar sena fl-Isptar Karen Grech u kemm kienet l-ispiża fuq dan ix-xogħol?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11003, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-involviment tal-Gvern fit-tfassil u l-ftehim tal-Collective Agreement mal-Kumpanija Go u dan minkejja li din il-kumpanija hija privata?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — applikanti biex iħaddmu persuni barranin
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex min qed japplika għall-permess ta' xogħol ta' ħaddiem barrani qed jintalab mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ l-audited accounts tal-kumpanija? Ma jaħsibx li din hija żieda ta'spejjeż għan-negozju involut kif ukoll żieda ta' burokrazija? X'jiġri jekk l-applikant ma jkunx kumpanija?
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fid-deċiżjonijiet tagħha tkun effettiva mingħajr ma żżid burokrazija u spejjeż għan-negozji?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-liċenzji ta’ l-impjieg għal ċittadini Ewropej jiġu maħruġa b’mod awtomatiku, mingħajr ma tiġi miflija is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol f’Malta. Applikazzjonijiet għall-liċenzji ta’ l-impjieg għal persuni li m’humiex ċittadini Ewropej huma suġġetti għal fili sew tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol f’Malta. Hija r-responsabilità ta’ min irid jimpjega li jipprova lill-Korporazzjoni il-bżonn tiegħu li jħaddem dan iċ-ċittadin mhux Ewropew. L-audited accounts huma indikatur tajjeb jekk l-intrapriża hijiex vijabbli biżżejjed biex tinħareg il-liċenzja ta’ l-impjieg jew li tiġi mġedda, għal persuna waħda jew aktar. Minkejja dan, jekk hemm aktar provi li juru biċ-ċar il-bżonn ta’ dan l-impieg, bhal irċevuti fiskali li jirriflettu attività kummerċjali u profitabbli fis-sena ta’ qabel, jew kuntratti għall-provista ta’ servizzi jew prodotti fis-sena li ġejja, allura l-audited aċċounts jistgħu ma jintalbux.
Informat ukoll li l-Korporazzjoni obbligata li ma toħroġ liċenzja ta’ l-impjieg jekk ikollha d-dubji dwar il-ġenwinità ta’ l-applikazzjoni. Għalhekk, il-Korporazzjoni tirriżerva d-dritt li titlob kull informazzjoni li jidhrilha li hi bżonnjuża biex tassistiha fid-deliberazzjonijiet tagħha.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10118, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar fiex tikkonsisti l-għajnuna soċjali li persuna tieħu għal:
a) persuna waħedha
b) persuna miżżewġa
ċ) persuna separata legalment
d) persuna separata de facto
e) Persuna separata li qed tmantni lill-konjugi
f) persuna divorzjata
Jista' l-Ministru jgħid rispettivament x'inhi n-nefqa tal-Gvern għal kull għajnuna imsemmija hawn fuq?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10400, 9469, 9257, 8651, 8379, 8139, 7392 u 7190 u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-immigranti jiġu screened għat-tuberkulożi mal-wasla tagħhom u qabel ma joħorġu miċ-ċentri ta' detenzjoni. Ma jsirx screening għal mard infettiv ieħor. L-immigranti kollha preżenti fiċ-ċentri ta' detenzjoni fl-1 ta' Ottubru 2009, ġew screened għat-teberkulożi. Minn dawn, hemm ħames immigranti li bħalissa huma fiċ-ċentri ta' detenzjoni u li ġew innotifikati li għandhom it-tuberkulożi. Il-prevalenza tat-tuberkulożi f'kull ċentru hija għal kull mitt persuna hija :
Safi - 0.2
Lyster - 0
Ta' Kandja - 1.7.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10402, 9473, 9258, 8653, 8378, 8136 u 7886 u ċioe: Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock, jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8764 u10603 u jgħid x’inhi r-raġuni li fil-poliklinika tal-Gvern ta’ Raħal Ġdid isiru biss 20 test tad-demm kuljum u dan b’detriment għall-persuni l-oħra li jkollhom bżonn jagħmlu test tad-demm, xi drabi anke urġenti, u jkollhom imorru l-Isptar Mater Dei? Jaħseb li dan ma jagħmilx sens meta pazjenti għandhom ifittxu li l-ewwel jinqdew minn poliklinika qabel imorru l-Isptar Mater Dei, imma f’dawn iċ-ċirkostanzi qed ikunu dawk responsabbli li jibagħtuhom fl-Isptar Mater Dei?
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown lokalità lokalità tat-3,750 każ ta’ frodi ta’ benefiċċju soċjali li ġew investigati mid-Direttorat għall-Frodi ta’ Benefiċċju u għall-Investigazzjoni f’dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jagħti dan it-tagħrif maqsum tliet xhur, tliet xhur u bl-ammonti li ġew frankati lokalità lokalità? Jista’ jgħid ukoll kemm benefiċċji ġew sospiżi f’kull lokalità?
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jabbużaw minn xi servizz soċjali din is-sena? Kemm kien l-ammont iffrankat fuq medda tas-sena? X'tip ta' servizz kienu qed jibbenifikaw minnu dawk li nqabdu? F'liema lokalità kienu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-perijodu ta’ bejn Jannar u Ġunju 2009, id-Direttorat (Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni) sab, wara l-investigazzjonijiet li wettaq, li 465 persuna kienu qegħdin jiksru l-provvedimenti tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) u għalhekk id-dettalji tagħhom ġew referuti lid-Diviżjoni tas-Sigurtà Soċjali għall-passi meħtieġa min-naħa ta’ din id-Diviżjoni.
L-ammont totali li ġie ffrankat bejn Lulju 2008 u Ġunju 2009 kien ta’ €3,365,748. It-tip ta’ Benefiċċji Soċjali li ġew maqbuda mid-Direttorat (Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni) bejn Lulju 2008 u Ġunju 2009 u li ġew sospiżi mid-Diviżjoni tas-Sigurtà Soċjali huwa kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min iżid li dan l-ammont u t-tip ta’ benefiċċji soċjali ma jinkludix numru sostanzjali ta’ każijiet li d-Direttorat identifika bħala li huma bi ksur tal-Att Dwar is-Sigurta` Soċjali li għadhom pendenti għad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tas-Sigurtà Soċjali.
Id-Direttorat (Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni), ma jżommx statistika tal-lokalitajiet li fihom jkunu joqgħodu l-persuni li jkunu nstabu li qegħdin jiksru l-provvedimenti tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318).
Jista' l-Ministru jgħid minn meta l-Isptar Mater Dei beda jieħu l-ewwel pazjenti, kemm tħallsu kontijet tad-dawl u l-ilma fi flus sal-lum, jiġifieri kemm kien il-kont sal-lum u kemm tħallsu fi flus sal-lum?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li minn meta l-Isptar Mater Dei beda jieħu l-ewwel pazjenti, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ammontaw għal €8,260,221. Dawn jistgħu jiġu maqsumin hekk :-
Dawl Ilma
€ €
Kontijiet 7,588,591 671,630
Pagamenti 6,980,376 452,131
Pendenti 608,215 219,499
Jista' l-Ministru jispjega għaliex ċittadina Maltija li llum għandha 31 sena u li dejjem kienet tgħix f'Malta, però siefret għal sentejn u kienet qed tgħix f'pajjiż tal-Unjoni Ewropea u li issa kienet reġgħet qed tgħix f'Malta mill-ġdid, ma tistax tapplika għal post tal-Gvern bil-kera?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull applikant/a irid ikun residenti Malta għal mill-anqas tnax-il xahar konsekuttivi minn qabel id-data li applika sabiex jikkwalifika għall-post alternattiv. Jidher li fil-każ imsemmi l-applikant ma kienx konformi ma’ dan il-kriterju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet bil-kera matul is-snin 2006, 2007 u 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-snin 2006, 2007 u 2008 l-Awtorità tad-Djar qasmet 569 post bil-kera. Dawn jinkludu rikonoxximenti kif ukoll tpartit ta’ postijiet tal-Gvern.