Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Belt Valletta – passi legali dwar tfixkil tal-funzjonijiet reliġjużi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħdux passi legali a tenur tal-liġijiet viġenti dwar l-allegat tfixkil tal-funzjonijiet reliġjużi fit-toroq tal-Belt Valletta matul il-Ġimgħa l-Kbira? Jekk le, għaliex ma tteħdux?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitolb lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala self-employed mas-Segretarjat Parlamentari kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferri lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari numru 7532.

Katavri li nstabu madwar il-kosta ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx x’indikazzjoni li l-iġsma li nstabu madwar il-kosta ta’ Malta minn Jannar 2022 sal-lum setgħu kienu vittmi ta’ nawfraġju ta’ dgħajjes? Jista’ jgħid ukoll kemm-il katavru nġabar minn madwar il-kosta mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-lum, kemm minnhom ġew identifikati u x’sar minn dawn il-katavri?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2022 sat-23 ta’ April 2023, ittellgħu disa' katavri mill-ibħra Maltin u dawn għadhom mhux identifikati. Meta katavri jinsabu, dawn ikunu suġġett ta’ inkjesta maġisterjali biex tiġi stabbilita l-kawża tal-mewt, waqt li l-pulizija tieħu l-passi neċessarji biex tiġi identifikata l-vittma, jekk ikun possibbli.

Bord tal-Immigrazzjoni – talbiet għall-ħruġ ta’ permess ta’ residenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati appelli fl-aħħar ħames snin quddiem il-Bord tal-Immigrazzjoni Numru 1 u Numru 2 u li l-mertu ta’ dawn l-appelli kien jirrigwarda talba għall-permess ta' residenza? Kemm minn dawn l-appelli ġew miċħuda mill-Aġenzija Identità Malta? Minn dawn l-appelli, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem il-Bord tal-Immigrazzjoni Numru 1 u Numru 2? Kemm appelli ġew deċiżi mill-Bord Numru 1 u kemm għad fadallu każijiet pendenti li l-mertu tal-appell jittratta każijiet għall-permess ta' residenza? Kemm appelli ġew deċiżi mill-Bord Numru 2 u kemm għad fadallu każijiet pendenti li l-mertu tal-appell jittratta każijiet għall-permess ta' residenza? Kemm qed jinżammu seduti fil-ġimgħa sabiex jinstemgħu l-appelli pendenti li l-mertu tal-appell jittratta każijiet għall-permess ta' residenza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 6873. Infurmat illi t-tip ta’ appell imsemmi mill-Onor. Interpellant hu wieħed minn 15-il forma ta’ appell li potenzjalment jista’ jitressaq quddiem il-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni. Dan il-bord hu issa kompost minn 3 Diviżjonijiet, bl-aħħar diviżjoni tkun maħtura fl-aħħar jiem. Intant infurmat ukoll illi hemm 1,525 każ pendenti li huma relatati ma’ dak imsemmi fil-mistoqsija. Dawn fil-biċċa l-kbira tagħhom huma appelli li jkunu ddaħħlu hekk kif ikunu ġew miċħuda fil-prima istanza wara li jkun sar proċess rigoruż ta’ evalwazzjoni mill-awtoritajiet rispettivi fuq il-persuni barranin li jkunu applikaw.

Bord tal-Immigrazzjoni – talbiet għall-ħruġ ta’ visa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati appelli fl-aħħar ħames snin quddiem il-Bord tal-Immigrazzjoni Numru 1 u Numru 2 li l-mertu tagħhom jirrigwarda t-talba għall-ħruġ ta’ visa, liema talba tkun ġiet miċħuda mill-Ambaxxati ta' Malta jew mit-Taqsima Ċentrali tal-Visa fi ħdan l-Aġenzija Identità Malta? Minn dawn l-appelli, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem il-Bord tal-Immigrazzjoni Numru 1 u Numru 2? Kemm appelli ġew deċiżi mill-Bord Numru 1 u kemm għad fadallu każijiet pendenti li l-mertu tal-appell jittratta talbiet għal visa? Kemm appelli ġew deċiżi mill-Bord Numru 2 u kemm għad fadallu każijiet pendenti li l-mertu tal-appell jittratta talbiet għal visa? Kemm qed jinżammu seduti fil-ġimgħa sabiex jinstemgħu l-appelli pendenti li l-mertu tal-appell jittratta każijiet għal talbiet għal visa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 6873. Infurmat illi t-tip ta’ appell imsemmi mill-Onor. Interpellant hu wieħed minn 15-il tip ta’ appell li potenzjalment jista’ jitressaq quddiem il-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni. Dan il-bord hu issa kompost minn 3 Divizjonijiet, bl-aħħar diviżjoni tkun maħtura fl-aħħar jiem. Intant infurmat ukoll illi hemm 3,229 każ pendenti li huma relatati ma’ dak imsemmi fil-mistoqsija. Dawn fil-biċċa l-kbira tagħhom huma appelli li jkun daħħlu hekk kif ikunu ġew miċħuda fil-prima istanza wara li jkun sar proċess rigoruż ta’ evalwazzjoni mill-awtoritajiet rispettivi fuq il-persuni barranin li jkunu applikaw.

Konġestjoni tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-kaġun li fil-ġurnata tal-25 ta’ April 2023 filgħodu kien hemm it-traffiku u konġenstjoni qawwija, speċjalment għal min sejjer għax-xogħol mill-partijiet ta’ isfel tal-pajjiż?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Konġestjoni tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-kaġun li fil-ġurnata tas-26 ta’ April 2023 filgħodu kien hemm it-traffiku u konġenstjoni qawwija, speċjalment għal min sejjer għax-xogħol mill-partijiet ta’ isfel tal-pajjiż?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Statistika dwar it-tniġġis tal-arja

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika ta' kemm ingħataw taħrikiet talli vetturi kienu qed iniġġsu l-arja għas-snin 2020, 2021, 2022 u din is-sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ taħrikiet li ngħataw permezz tas-sistema ta’ tickets, talli vetturi kienu qed iniġġsu l-arja għas-snin 2020, 2021, 2022 u sad-29 ta’ Marzu ta’ din is-sena kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. It-taħrikiet għal dawn il-kontravenzjonijiet ingħataw minn uffiċjali tal-Pulizija, ta’ Transport Malta u dawk tal-LESA. 2020 2021 2022 2023 sa 29.03.23 Total 188 359 348 46 941

AFM – informazzjoni dwar membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament għadhomx membri tal-Forzi Armati ta’ Malta? Jekk iva, f’liema rank/pożizzjoni qegħdin? Jekk le, jista’ jgħid jekk dawn telqux jew inkella tkeċċewx u meta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-ewwel persuna riferuta mill-Onor. Interpellant ġie discharged fuq medical grounds f’Mejju tal-2016, it-tieni persuna riferuta mill-Onor. Interpellant irtira wara 25 sena servizz fi Frar tal-2018, filwaqt li t-tielet persuna persuna riferuta mill-Onor. Interpellant għadu fis-servizz fir-rank ta’ Lance Bombardier.

Għoti taċ-ċittadinanza Maltija fuq il-mertu ta’ kontribuzzjoni eċċezzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ngħataw iċ-ċittadinanza minħabba kontribuzzjoni eċċezzjonali (S.L. 188.06) u f’liema qasam (sports, arti, xjenza) dawn taw il-kontribuzzjonijiet maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li minn mindu daħlet fis-seħħ il-Liġi Sussidjarja 188.06 fis-sena 2020 kien hemm persuna waħda fis-sena 2021 li ħadet iċ-ċittadinanza Maltija fuq bażi tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi. Dan l-akkwist kien relatat mal-qasam tax-xjenza. Matul is-sena 2022 kien hemm żewġ persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija wkoll fuq il-bażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tnejn li huma relatati mal-qasam sportiv.

Persuni li nġabu Malta wara li kienu salvati mill-għarqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il grupp ta’ persuni nġab Malta wara li kienu salvati mill-għarqa fis-sena 2023 u d-dati li fihom inġiebu Malta? Kemm kien hemm tfal mhux akkumpanjati f’kull grupp? X’kienu n-nazzjonalitajiet li qalu li huma?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Forzi Armati ta’ Malta kkoordinat ħames operazzjonijiet ta’ salvataġġ bejn it-3 ta’ Frar u t-18 t’April 2023 fejn ġew salvati tnejn u disgħin (92) persuna. Minn dawn it-tnejn u disgħin persuna, wieħed iddikjara li hu minorenni mhux akkumpanjat. Il-pajjiżi ta' oriġini ddikjarati mill-persuni salvati huma Bangladexx (75), Eġittu (11), Sudan (5) u persuna li n-nazzjonalità tagħha mhux magħrufa (1). Hekk kif jintemm il-proċess tal-ażil tagħhom, dawk li jinstabu li ma jeħtiġux protezzjoni, tibda l-ħidma sabiex jiġu rritornati immedjatament lura lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom, bl-istess mod kif ġew ritornati mijiet oħrajn fl-aħħar ftit snin. Dan anke fid-dawl li numru minn dawn il-persuni ġejjin minn pajjiżi b’low recognition rates.

Għawdex – Port tal-Imġarr – Rilokazzjoni għall-membri tal-AFM

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet ir-rilokazzjoni, u meta se sseħħ, għal post aħjar li minnu joperaw is-suldati tal-komponent marittimu u tal-EOD fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fil-Port tal-Imġarr, Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-imsemmija taħdidiet saru u ġie possibbilment identifikat post alternattiv ta’ rilokazzjoni. Dan l-aħħar ġiet stabbilita ta’ min hija l-art, u issa ha jibda proċess ta’ diskussjoni bejn id-dipartimenti konċernati.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali li rċieva l-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar, Frar u Marzu 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jgħoddu l-istess prinċipji msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu numru 7126.

Ħaż-Żebbuġ – Għassa tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn se tiġi allokata l-Għassa tal-Pulizija f'Ħaż-Żebbuġ u jekk din il-binja hijiex se tkun komda biżżejjed biex taqdi l-bżonnijiet kollha meħtieġa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi sal-lum il-pożizzjoni dwar dan is-suġġett għadha kif kien indikat fit-tweġiba għal mistoqsija numru 6920 minn Onorevoli Membru ieħor tal-Kamra. L-għassa ta’ Haż-Żebbuġ bħalissa qed tintuża minn uffiċċjali tal-Pulizija li huma stazzjonati f’dan id-Distrett kif ukoll mill-Pulizija tal-Komunità. Din mhix proprjetà tal-Gvern. Bħal dejjem, jekk u meta l-mument ikun opportun, tittieħed deċiżjoni fl-aħjar interess tal-Korp u l-komunità dwar dak li jkollu bżonn isir.

Paceville/San Ġiljan – persuni mħarrka

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7839 fl-intier tagħha u jgħid kemm ġew imħarrka persuni minn Jannar 2022 sa Diċembru 2022 għaliex għamlu awrina fil-pubbliku f’Paceville/San Ġiljan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li ma kien hemm ebda każ ta’ persuni mħarrkin minn Jannar 2022 sa Diċembru 2022 fuq dak imsemmi mill-Onor. Interpellant.

Analisi ta’ kampjuni meħuda minn persuni mwaqqfa minn uffiċjali tal-LESA wara suspett raġonevoli li jkunu taħt l-effett tad-droga

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7831 fejn il-Ministru qal li meta uffiċjali tal-LESA jwaqqfu persuna għaliex ikun hemm suspett raġonevoli li tkun taħt l-effett tad-droga, “il-pulizija titlob l-awtorizzazzjoni ta’ Maġistrat għat-teħid ta’ kampjuni għall-analisi” mingħand din il-persuna, jista’ l-Ministru jgħid kif jista’ jsir dan meta numru ta’ drogi jitilfu t-traċċi tagħhom wara ftit sigħat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kif diġa ingħad jekk uffiċjal tal-LESA jwaqqaf persuna u waqt il-qadi ta’ dmirijietu, mhux neċessarjament għaliex ikun hemm suspett raġonevoli li tkun taħt l-effett tad-droga, imma fil-kors ta’ xogħolu, tkun il-pulizija li tiġi nfurmata biex tinvestiga s-suspettat reat. Meta waqt l-investigazzjonijiet tinħass il-ħtieġa, l-pulizija tkun tista tinforma l-Maġistrat ta’ l-għassa u jekk jara li hemm bażi għat-talba tal-pulizija, jiġi awtorizzat li jittieħdu l-analiżi ġewwa l-isptar kif isir meta persuni jkunu involuti f’inċidenti ta’ traffiku f’inkjesta Maġisterjali. Traċċi ta’ sustanzi ta’ diversi drogi kapaċi jdumu fis-sistema ta’ persuna diversi jiem u anke ġimgħat, u ma jintilfux wara sigħat. Għal ċerti sustanzi jibqgħu jimmarkaw fis-sistema tal-bniedem il-fuq minn xahar.

Miżuri kontra l-kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jindika fid-dettall x’miżuri qegħdin jittieħdu sabiex titnaqqas il-kriminalità f’pajjiżna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ssegwi diversi miżuri sabiex titnaqqas il-kriminalità ġewwa pajjiżna. Fost dawn il-miżuri hemm dawk li jinsabu fl-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp, imħabbra fis-sena 2020 bil-għan li tiġi implimentata fuq ħames snin. Bosta huma intiżi biex b’xi mod jew ieħor jgħinu wkoll fil-ġlieda kontinwa kontra l-kriminalità meta jiġu implimentati. Għalkemm l-istrateġija ilha ftit aktar min sentejn li bdiet tiġi implimentata, diġà kien hemm diversi riżultati pożittivi li għenu biex il-kriminalità tonqos, tant illi r-rata ta’ kriminalità dan l-aħħar kienet l-anqas li ġiet reġistrata fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena. Fost l-għanijiet prinċipali hemm enfasi li permezz ta’ miżuri li qed jiġu addottati l-pulizija tkun aktar proattiva u dan biex tipprevjeni minn qabel, li reati jseħħu. Iċ-ċentralizzazzjoni ta’ certi servizzi speċjalizzati wkoll għenet f’dan ir-rigward, kif għen ukoll it-titjib fil-mezzi ta’ komunikazzjoni, sistemi kompjuterizzati u sistemi diversi ta’ teknoloġija li kollha jservu ta’ deterrent u jgħinu jiddiswadu l-kriminalità. Dawn is-sistemi ser jibqgħu jitjiebu u jiżdiedu kontinwament. It-taħriġ li qed jiġi mmeljorat u rivedut għal kull rank fil-Korp, skambju ta’ kapaċitajiet ta’ xogħol investigattiv ma' forzi tal-ordni ta’ servizzi barranin, kif ukoll it-tqassim ta’ riżorsi aħjar, huma wkoll miżuri li jgħinu biex jintlaħaq dan il-għan. Anke fejn tidħol ir-ronda minn uffiċjali tal-pulizija, inkluż dawk tal-Komunità kif ukoll ronda permezz ta’ vetturi, il-pulizija tagħmel l-analiżi tagħha biex taċċerta illi dawn isiru fl-aħjar ħinijiet u postijet, u dan biex iservu ta’ deterrent, anke fost dawk li normalment huma awturi ta’ ċerti reati. Il-Pulizija tal-Komunità tmexxi prinċipji oħra li jgħinu tiżdied is-sigurtà u titnaqqas il-kriminalità. Dawn prinċipalment jinkludu l-bini tar-relazzjonijiet aktar b’saħħithom tal-pulizija f’kull livell tal-komunità. L-inizjattivi ta’ crime prevention programmes, inkluż neighbourhood watch ukoll jgħinu biex il-pubbliku jkun aktar kawt u għalhekk ikun ta’ għajnuna f’dan ir-rigward. Ma' dawn hemm ukoll diversi miżuri interni u dawk ta’ investigazzjonijiet, li minħabba raġunijiet ovvji ma jkunx prudenti li tingħata informazzjoni dwarhom, jew aktar dettalji dwar kif il-pulizija tikkordina l-ħidma tagħha għal dan il-għan.

Bord ta’ Monitoraġġ – ilmenti mill-priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Bord ta’ Monitoraġġ irċeviex ilmenti jew suġġerimenti bil-miktub jew verbali mill-priġunieri? Jekk iva, fiex jikkonsistu dawn l-ilmenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Bord huwa prekluż milli jgħaddi u jagħti din l-informazzjoni ai termini tal-L.S. 260.03 tal-Liġijiet ta’ Malta artikolu 116(2).

Ħruġ ta’ ċitazzjonijiet dwar ksur ta’ by-law

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet, xahar b'xahar, dwar ksur ta' by-law KLBL55/05/2021, liema by-law hi dwar il-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi f'San Pawl il-Baħar, minn mindu daħlet fis-seħħ din il-by-law sal-aħħar ta' Marzu 2023? Minn dawn iċ-ċitazzjonijiet li nħarġu, kemm minnhom irriżulta li l-persuna lil min inħarġet iċ-ċitazzjoni kienet ħatja, ma kinitx ħatja u kemm hemm każijiet pendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ċitazzjonijiet li nħarġu kemm mill-Pulizija kif ukoll minn uffiċjali tal-LESA, xahar b'xahar, dwar ksur ta' by-law KLBL55/05/2021, dwar il-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi f'San Pawl il-Baħar, minn Mejju 2021 sal-aħħar ta' Marzu 2023 kien ta’ mija u tlieta u sittin (163). Dettalji ta’ kemm minn dawn iċ-ċitazzjonijiet tħallsu mill-ewwel, kemm mill-persuni responsabbli nstabu ħatja jew kienu liberati wara smigħ, u dawk il-każijiet li għadhom pendenti, jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt: Kontravenzjonijiet maħruġa abbażi ta’ KLBL 55/05/2021 - Alkoħol - San Pawl il-Baħar Mejju 2021 sa Marzu 2023 - status sa 14042023 Sena u xahar Imhallsa Misjuba ħatja wara smigh Liberati wara smigħ Pendenti Total 2021 6 14 6 26 May 4 4 8 Jun 6 7 2 15 Sep 3 3 2022 68 47 3 118 Feb 5 2 7 Mar 1 1 Apr 4 5 9 May 6 4 2 12 Jun 7 11 18 Jul 7 1 8 Aug 4 4 Sep 3 4 7 Oct 9 8 17 Nov 16 6 1 23 Dec 7 5 12 2023 10 1 8 19 Jan 3 1 4 Feb 4 1 1 6 Mar 3 6 9 Total 84 61 10 8 163

Ħruġ ta’ ċitazzjonijiet dwar storbju eċċessiv f’San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet, xahar b'xahar, dwar storbju eċċessiv fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Marzu 2023? Minn dawn iċ-ċitazzjonijiet li nħarġu, kemm minnhom irriżulta li l-persuna/stabbiliment eċċ. lil min inħarġet iċ-ċitazzjoni kienet ħatja, ma kinitx ħatja u kemm hemm każijiet pendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ċitazzjonijiet li nħarġu, xahar b'xahar, dwar każijiet ta’ ksur ta’ ordni pubbliku fejn kien hemm storbju eċċessiv, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar bejn Jannar 2021 u l-aħħar ta' Marzu 2023 kien ta’ sebgħa u għoxrin (27). Minn dawn ħamsa nstabu ħatja, ħamsa għandhom il-każ pendenti u sbatax ġew illiberati. Xahar Numru ta’ Ċitazzjonijiet Misjuba ħatja Każijiet Pendenti Liberati 2021 Jannar 2 2 Frar 2 2 Marzu 1 1 April 1 1 Mejju - Ġunju - Lulju 2 2 Awwissu Settembru 3 3 Ottubru 1 1 Novembru 2 1 1 Diċembru 2 2 2022 Jannar 3 2 1 Frar 1 1 Marzu - April Mejju 2 1 1 Gunju 2 1 1 Lulju - Awissu - Settembru 1 1 Ottubru - Novembru 1 1 Dicembru 1 1 2023 Jannar - Frar - Marzu - 27 5 5 17