Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Finanzi – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22691 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi — Awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22673 u jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Disposable income

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15144, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-disposable income naqasx?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dħul totali gross disponibbli tas-settur tal-households kien ta’ €10,431 miljun fl-2023, bi tkabbir ta’ 16% fuq is-sena ta’ qabel. Id-dħul gross disponibbli, ras għal ras ( per head ), għas-settur tal- households kien ta’ €18,842 fl-2023, bi tkabbir ta’ 11% fuq is-sena ta’ qabel.

Trabi — Twelid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bank Ċentrali Ewropew — Bord tal-Gvernaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed jirrappreżenta lill-Bank Ċentrali ta’ Malta fil-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew minflok l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-ewwel ta’ Awissu 2024, fuq il-bazi ta Artiklu 8(3a) tal-liġi tal-Bank Ċentrali ta Malta (Cap 204), il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, ħatar lid-Deputat Gvernatur Alexander Demarco sabiex jaqdi d-doveri kollha ta Gvernatur, inkluz li jpoġġi minfloku fuq il-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew. Is-Sur Alexander Demarco għadu jaqdi dawn id-doveri sa llum.

Income Tax — Rifużjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu f’rifużjonijiet tal-Income Tax matul is-sena 2024 u kemm kienu l-benefiċjarji?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ rifuzjonijiet tal-income tax matul is-sena 2024 kien ta’ €138,936,606. Dawn tħallsu lil 97,956 persuna.

Income Tax — Rifużjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu f’rifużjonijiet tal-Income Tax matul is-sena 2023 u kemm kienu l-benefiċjarji?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ rifuzjonijiet tal-income tax matul is-sena 2023 kien ta’ €136,018,799. Dawn tħallsu lil 77,806 persuna.

Income Tax — Ħlasijiet ta’ rifużjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ħlasijiet ta’ rifużjonijiet tal-Income Tax lill-persuni b’lura u jgħid meta dawn ser jiġu mħallsa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ rifuzjonijiet tal-income tax li hu pendenti hu ta’ EUR11,750,682. Jekk legalment dovuti dawn jitħallsu sal-aħħar ta’ Frar 2025.

VAT — Ħlasijiet ta’ rifużjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ħlasijiet ta’ rifużjonijiet tal-VAT lill-persuni b’lura u jgħid meta dawn ser jiġu mħallsa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ rifuzjonijiet tal-VAT li legalment jistgħu jitħallsu hu ta’ EUR 8.8M. Dawn jitħallsu sal-aħħar ta’ Frar 2025.

Kummerċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20982 u 24586 li oriġinarjament saru lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ u lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi rispettivament u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġie kummerċ ġdid f'dawn l-aħħar sentejn u x'tip? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-investiment globali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għas-snin 2022 u 2023 qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni għas-sena 2024 tiġi ppubblikata iktar 'il quddiem.

Fond għall-Kawżi Ġusti — Entitajiet li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2024? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità, u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Omiċidji

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' omiċidju mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi – Credit/Debit cards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x'inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazjzoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Finanzi – Kuntratt ta’ impieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-uffiċjali fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu li għandhom xi klawsola fil-kuntratt dwar termination allowance jew bonus jew penalty, fl-eventwalità li jitneħħew mill-pożizzjoni tagħhom? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-ammont għal kull wieħed u waħda minnhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-‘Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis’ li jispeċifika liema huma l-karigi u l-istanzi fejn l-uffiċjali jkunu ntitolati għal termination benefit fl-eventwalità li jkun hemm bidla fil-Gvern jew il-Ministru.

Ministeru għall-Finanzi — Lista ta' Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigramma bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: a. f’positions of trust; b. persons of trust; u ċ. taċ-ċivil?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ll-kompozizzjoni u l-organigramma ta' kif inhu strutturat s-Segretarjat Ministerjali, inkluż dawk tas-Segretarji Parlamentari, huma stabbiliti fil-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

MFSA u l-Bank Ċentrali — Anzjani li huma computer illiterate - Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti ttieħdu daparti tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) u tal-Bank Ċentrali ta’ Malta biex jiġi assigurat li l-utenti anzjani li huma computer illiterate ma jiġux emarġinati minħabba li diversi servizzi tal-banek gradwalment qed isiru aċċessibbli biss b’mod elettroniku jew diġitali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bank Ċentrali ta’ Malta ħa ċerti miżuri li għenu lil ċittadini anzjani fil-ħtiġijiet bankarji tagħhom, fosthom billi emenda Direttiva Nru 1 dwar il-Provizjoni u Użu ta’ Servizzi ta’ Pagamenti. B’din l-emenda, il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed jobbliga lill-banek biex, mingħajr ħlas, jipprovdu stampat fuq il-karta r-rendikont tal-kont tal-klijent meta dan jiġi mitlub mill-klijent fil-fergħa tal-bank tiegħu jew tagħha. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħa ħsieb ukoll jemenda Direttiva Nru 19 dwar l-użu ta’ ċekkijiet u draft bankarju sabiex persuni vulnerabbli jew anzjani li ma jistgħux imorru ġewwa fergħa ta’ bank sabiex jiddepożitaw ċekkijiet fil-kont tagħhom, issa jistgħu jqabbdu persuna ta’ fiduċja tagħhom sabiex tagħmel dan. Fir-rigward tal-MFSA, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità, b’mod regolari tiltaqa` mal-Banek li joffru servizzi finanzjarji għall-pubbliku ġewwa Malta fejn jiġi diskuss kif l-operat tal-Banek qed jolqot lill-publiku. Infatti, is-sena l-oħra l-MFSA ħarġet ittra wara li sar eżerċizzju ta’ Mystery Shopping b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea indirizzata lill-banek kollha fejn ġie determinat il-livell ta’ informazzjoni li l-Banek lokali qegħdin jagħtu lill-konsumatur meta jmorru ġewwa fergħa ta’ Bank biex jiftħu kont. F’din l-ittra l-MFSA saħqet li d-dokumenti għandhom jingħataw lill-konsumatur u mhux iserrħu fuq il-fatt li hemm id-dokumenti ta’ informazzoni fuq is-sit elettroniku tal-Bank. Spjegazzjoni dettaljata hija mistennija li tingħata lill-klijenti waqt il-laqgħa li jkollhom mall-uffiċjali tal-Bank. Matul is-sena 2024 l-MFSA għamlet eżerċizzju ma’ numru ta’ Banek biex tevalwa l-livell ta’ servizzi finanzjarli li qegħdin jiġu provduti permezz ta’ mezzi diġitali. Dan għaliex l-MFSA tifhem u tisħaq li din hija ta’ importanza kbira biex il-pubbliku jkun jista’ jagħmel transazzjonijiet mill-kumdità ta’ daru imma fl-istess waqt l-Awtorità xorta titlob u tistenna mingħand il-Banek illi ma jeskludu l-ebda faxxa ta’ klijenti speċjalment dawk li m’għandhomx il-mezzi li jużaw servizzi finanzjarji b’mod elettroniku. Hija l-intenzjoni tal-Awtorità li fi zmien qarib tippubblika wkoll l-aspettattivi tagħha f’dan ir-rigward. L-MFSA qed tenfasizza wkoll illi l-prezenza tal-fergħat tal-Banek għandha tibqa’. Infatti, ċertu Banek qegħdin itawlu l-ħinijiet tal-operat tagħhom għall-pubbliku waqt li banek oħrajn qegħdin ukoll jiftħu fergħat ġodda. Finalment, ċertu banek għandhom ukoll ġranet u ħinijiet iddedikati lill-anzjani biex jingħataw prijorità.

Ħal Luqa — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru inċidenti tat-traffiku f’Ħal Luqa matul is-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent, d-data disponibbli hi minn Jannar sa Settembru (Q1-Q3) 2024. L-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku f’Ħal Luqa f’dan il-perjodu kien ta’ 324. L-informazzjoni għas-sena 2024 sħiħa tkun ippubblikata iktar tard.

Is-Siġġiewi — Inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru inċidenti tat-traffiku fis-Siġġiewi matul is-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent, d-data disponibbli hi minn Jannar sa Settembru (Q1-Q3) 2024. L-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku fis-Siġġiewi f’dan il-perjodu kien ta’ 146. L-informazzjoni għas-sena 2024 sħiħa tkun ippubblikata iktar tard.

Defiċit fl-2024

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-defiċit ta' pajjiżna, xahar b'xahar, matul is-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant illi għax-xhur Jannar sa Settembru 2024 jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 23136. Il-bilanċ fiskali tal-Fond Konsolidat għax-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2024 huma: Ottubru-45.5m Novembru-199.0m Il-figuri ta’ Diċembru 2024 għadhom qedgħin jinħadmu.