Spezzjonijiet minn JobsPlus – unlicensed foreigners
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm instabu persuni li kienu bħala unlicensed foreigners fl-ispezzjonijiet tal-Jobsplus tul din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar kemm instabu persuni barranin jaħdmu bla formola ta` bidu ta` impjieg, fl-ispezzjonijiet li saru mill-ispetturi tal-Jobsplus bejn Jannar sa Settembru 2018, huwa kif se nsemmi:
Ksur ta’ Liġi minn persuni barranin
2018Barranin mill-EU Barranin li mhux ġejjin mill-EU Total ta’ Barranin
Minn Jannar sa Settembru 20188421,1211,963
Persuni ta’ nazzjonalità barranija – permess biex jaħdmu
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm talbiet pendenti għall-persuni ta’ nazzjonalità li ma hijiex dik ta’ dawn il-gżejjer sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma' Jobsplus tul dan ix-xahar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta’ Ottubru, Jobsplus kellha pendenti 2327 liċenzja tal-impjieg għal Single Permit li tinħareġ minn Identity Malta u 218 liċenzja tal-impjieg li toħroġ minn Jobsplus għal kategoriji varji ta‘ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.
Persuni ta’ nazzjonalità barranija – permess biex jaħdmu
Question
Jista’ l-Minsitru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet għall-persuni ta’ nazzjonalità li ma hijiex dik ta’ dawn il-gżejjer sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma’ Jobsplus tul din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Ottubru, Jobsplus kienet irċeviet 21,435 applikazzjoni għal Single Permit li tintbagħat minn Identity Malta u 6,201 applikazzjoni għal-liċenzja tal-impjieg li toħroġ minn Jobsplus mingħand kategoriji varji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.
Gozo Sports Complex – art biex tifforma parti mill-Iskola Primarja l-ġdida fir-Rabat Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk parti mil-art li llum tifforma parti mill-Gozo Sports Complex, inkluż garaxx tal-istess Gozo Sports Complex, fil-fatt se jittieħdu biex minflok jiffurmaw parti mill-Iskola Primarja l-ġdida li qed tiġi ppjanata li tinbena ġewwa r-Rabat Għawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-proġett ta' bini ta' estensjoni tal-Middle School eżistenti, kif ukoll tal-bini tal-Iskola Primarja l-ġdida fir-Rabat, Għawdex, se tinbena faċilità sportiva fil-miftuħ li se tmiss fuq l-arja tal-Kumpless Sportiv biswit dawn l-iskejjel. L-ammont ta' bini li se jirfes fuq l-arja tal-Kumpless Sportiv hi ta' madwar 450 metru kwadru.
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta u impressjonijiet artistiċi tal-proġett li juri aħjar dan li qiegħed ngħid. Il-parti tal-faċilità sportiva li se tinbena fuq l-arja tal-Kumpless Sportiv hi mmarkata bil-kulur blu. Din il-proposta għadha suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 32321 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-Aġenzija Żgħażagħ ma jorganizzawx programmi ta’ empowerment indirizzati lejn żgħażagħ li jbatu minn xi diżabilità kemm intelletwali, fiżika jew mentali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. interpellant li Aġenzija Żgħażagħ tikkonferma li l-programmi ta’ empowerment huma kollha miftuħin għal żgħażagħ b’abbiltajiet differenti. Fil-programm tal-Youth.Inc hemm ukoll żgħażagħ b’abbiltajiet differenti kif ukoll parti mill-programm tal-Community and Outreach jipprovdi servizz ta’ Youth Café darbtejn fil-ġimgħa għal żgħażagħ bid-Downs syndrome.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm żgħażagħ li qed jiġu kklassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)? Jista’ jindika s-sess tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba toħroġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Għaldaqstant, ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għal-liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li ser jattendi fl-ewwel sitt xhur li tibda l-presidenza l-ġdida s-sena li ġejja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal laqgħat barra minn pajjiżna fl-ewwel sitt xhur tal-presidenza l-ġdida fl-2019 u li huma laqgħat relatati direttament mal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea.
Skont il-kalendarju tal-Kunsill tal-Ministri provdut mill-Presidenza, il-laqgħat li huma relatati mal-edukazzjoni u x-xogħol huma dawn:
Data
Laqgħa
15 ta' Frar 2019
EYCS (Education) Council
15 ta' Marzu 2019
Employment, Social Policy, Health and Consumer Affairs Council
10 - 11 ta' April 2019
Informal EPSCO
22 ta' Mejju 2019
EYCS (Education) Council
13 ta' Ġunju 2019
EPSCO
Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li għadu kmieni wisq sabiex nikkonferma liema laqgħat sejjer nattendi partikolarment dwar dawk il-laqgħat li l-kompetenzi tagħhom jaqgħu taħt aktar minn Ministeru wieħed.
Skola Sekondarja Rabat Għawdex – għalliem tal-Malti
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma huwiex minnu li l-istudenti tal-iSkola Sekondarja tar-Rabat Għawdex għadhom mingħajr għalliem tal-Malti? Kemm ilhom mingħajr għalliem? Meta se tissolva l-problema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dawn il-klassijiet bdew bit-tagħlim normali mill-Ħamis, 8 ta' Novembru 2018.
Kumpaniji li ma jħaddmux persuni b’diżabilità – flus miġbura
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7682 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fejn qegħdin jintefqu l-flus miġbura minn dawk il-kumpaniji li mhumiex iħaddmu l-kwota ta’ ħaddiema b’diżabilità (2% mill-ħaddiema jkunu persuna b’diżabilità)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-flus miġbura minn dawk il-kumpaniji li mhumiex jonoraw il-kwota ta’ 2% qed jiffinanzjaw l-operat tal-Lino Spiteri Foundation u attivitajiet jew inizjattivi amministrati minn Jobsplus li jassistu b’mod dirett lill-persuni b’diżabilità. Dawn is-servizzi jinkludu wkoll is-sapport li jingħata lill-employer biex jiġi żgurat is-sostenibilità tal-impjieg tal-persuna b’diżabilità.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7683, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’kien il-budget tal-Lino Spiteri Foundation għas-sena 2018? Kemm-il persuna b’diżabilità nstabilha impjieg matul din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni Lino Spiteri bejn Jannar u Settembru 2018 għenet 120 persuna b’diżabilità tidħol fid-dinja tax-xogħol. Iżjed minn hekk, il-Fondazzjoni provdiet servizz ta’ job coaching lil madwar 273 persuna b’diżabilità matul it-taħriġ u fil-bidu tal-impjieg tagħhom.
L-ispiża għat-tmexxija tal-Fondazzjoni tlaħħaq il-miljun ewro fis-sena.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7779, peress li l-Ministru eskluda li tali ċirkwit se jsir fil-ġnien viċin il-Freeport, jista’ l-Ministru jgħid hux f’pożizzjoni li jeskludi wkoll Ħal Far, bħala sit għaċ-ċirkwit peress li Ħal Far hu wkoll viċin ħafna tar-residenti ta’ Birżebbuġa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li kif diġà ntqal fit-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari oħra fuq l-istess suġġett, id-dettalji jistgħu jingħataw meta jitlesta l-proċess li għaddej, inkluż konsultazzjoni, biex ikun identifikat post li fuqu jsiru studji konkreti dwar it-trakka tal-motorsport.
Skola Primarja tal-Mellieħa – xogħlijiet fuq estensjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol fuq l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq l-estensjoni ta’ l-iskola primarja tal-Mellieħa jkun jista’ jibda la darba jinħarġu l-permessi neċessarji mill-Awtorità tal-Ippjanar u kif jiġu allokati t-tenders lill-kuntratturi ta’ l-iskavar u kostruzzjoni.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Ħatra ta’ Bordijiet ta’ Inkjesta
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din is-sena nħatar bord wieħed taħt l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta) u dan dwar l-allegazzjonijiet dwar l-operat u amministrazzjoni fl-MCAST.
Iċ-Ċermen huwa s-Sur Paul Bonello u l-membri is-Sinj.a Antoinette Caruana u Dott. Phyllis Aquilina. Dan il-Bord ta' Inkjesta ġie maħtur fis-27 ta' Lulju 2018 u ċ-Ċermen talab għal estensjoni tal-perjodu moghti u r-rapport għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena.
It-terms of reference huma kif ġej:
1. To examine the allegations referred to here above relating to the operations and administration of MCAST as well as the various individuals that may be involved;
2. To investigate any other related irregularity that is brought to the attention of the Board in the course of the inquiry;
3. To establish and report on any incorrect and/or irregular behaviour and/or
prima facie
illegal/criminal conduct determined during the inquiry;
4. To make any recommendation as deemed necessary.
Dwar xi inkjesti li seta' kien hemm fis-snin ta' qabel taħt l-Att imsemmi mill-Onor. interpellant, it-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali l-informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm żgħażagħ li ma komplewx fl-istudji tagħhom wara li spiċċaw mill-iskola sekondarja fl-aħħar sena akkademika? Jista’ jindika l-ammont li ġew ikklassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)? Jista’ jindika s-sess tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba toħroġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Għaldaqstant, ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ Ottubru 2018? Jista’ jindika kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala primary job? Jista’ jgħid kemm minnhom kellhom part-time job mal-full-time job? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, l-għadd ta’ nisa u rġiel li jaħdmu f’Malta u Għawdex fuq bażi ta’ part-time mal-full-time u part-time bħala xogħol ewlieni sa l-aħħar ta’ Ġunju 2018, li huma l-aħħar ċifri ppublikati, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt.
P
ersuni li jaħdmu fuq bażi ta'
part-time
f'Malta u Għawdex
Part-timers
li għandhom xogħol
Full-Time
Part-Time
bħala xogħol ewlieni
Total ta' persuni li jaħdmu fuq bażi
part-time
Nisa
Rġiel
Total
Nisa
Rġiel
Total
Nisa
Rġiel
Total
Ġunju 2018
18,158
9,080
27,238
15,116
20,748
35,864
33,274
29,828
63,102
It-tabella t’hawn taħt turi l-għadd ta’ nisa u rġiel li qabżu l-età tal-pensjoni mill-età ta’ 61 sena `l fuq, u li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus għadhom jaħdmu fuq bażi ta' part-time mal-full-time jew part-time bħala xogħol ewlieni, f’Malta u Għawdex, sal-aħħar ta' Ġunju 2018.
Età
Part-timers
li għandhom xogħol
Full-Time
Part-Time
bħala xogħol ewlieni
Total ta' persuni li jaħdmu fuq bażi
part-time
Nisa
Rġiel
Total
Nisa
Rġiel
Total
Nisa
Rġiel
Total
61
56
205
261
295
97
392
351
302
653
62
44
172
216
219
217
436
263
389
652
63
37
104
141
226
325
551
263
429
692
64+
56
478
534
1,431
4,070
5,501
1,487
4,548
6,035
Total
193
959
1,152
2,171
4,709
6,880
2,364
5,668
8,032
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-ġenituri li huma intitolati għal Childcare Centres mingħajr ħlas? Fejn huma allokati ċ-Childcare Centres f’pajjiżna? Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jagħmlu użu minn dawn iċ-Ċentri?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-ġenituri li qegħdin fix-xogħol, edukazzjoni jew taħriġ huma intitolati taħt l-iskema ta’ childcare b’xejn.
Il-lista ta’ ċentri tista’ tiġi aċċessata minn din il-link https://education.gov.mt/en/Pages/Free-Childcare.aspx
Matul din is-sena, sal-aħħar ta’ Ottubru kien hemm 6,287 tifel u tifla li bbenefikaw minn din l-iskema.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6958, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għadha ma ġietx ikkalkulata l-istima fuq il-bini tal-Iskola Primarja l-ġdida ġewwa r-Rabat Għawdex? Meta hemm ħsieb li tiġi kkalkulata l-istima għall-bini u tlestija ta’ din l-Iskola ġdida Primarja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-istima fuq il-bini u x-xogħlijiet ta' tlestija tal-Iskola Primarja l-ġdida fir-Rabat, Għawdex, hi ta' madwar €9.5 miljuni.
Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn hi maħsuba li ser issir iċ-ċirkwit għat-tlielaq tal-karozzi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-awtoritajiet kompetenti jinsabu fi proċess avvanzat li jidentifikaw post li fuqu jsiru studji konkreti dwar it-trakka tal-motorsport. Irid jingħad iżda li s-sit mhuwiex dak li ssemma minn x’uħud minflok il-ġnien ħdejn il-Freeport.
Filwaqt li se jimxi dejjem b’mod bilanċjat bla ma jipprova jġelled l-ambjentalisti u r-residenti mal-isportivi, il-Gvern ser ikun qed iħabbar id-dettalji la darba jingħalaq il-proċess imsemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed isir studju tal-impatt, partikolarment tal-ħsejjes ġenerati mit-tlielaq tal-karozzi fuq l-irħula fil-viċinanzi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proċess li qed isir bħalissa jinkludi assessjar ta’ numru ta’ oqsma li jinkludi l-impatt tal-ħoss.