Università ta’ Malta — Applikazzjonijiet għal Associate Professor u Professor
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29012 u jgħid x’kienet l-ispiża totali mħallsa mill-Università ta’ Malta fl-2023 u fl-2024 sabiex applikazzjonijiet għal Associate Professor u Professor jiġu mgħarbla mill-Association of Commonwealth Universities f’Londra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
· Mill 01/08/2022 - 31/07/2023 - £68,950.00
· Mill 01/08/2023 - 31/07/2024 - £79,190.00
· Mill 01/08/2024 - 31/07/2025 - L-ispiża għal dan il-perjodu tiġi finalizzata fix-xahar t’Awwissu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għamlitx ingaġġ ta’ individwi b’mod indipendenti jew fuq talba tal-Ministeru, biex jirriċerkaw fuq l-operat tal-istess Awtorità? Jekk iva, jista’ jgħid min huma; b’liema kriterji ġew magħżula; kemm qiegħda titħallas kull persuna u x’terminu għandhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità hija totalment indipendenti u l-Ministeru jirrikonoxxi tali indipendenza u ma jindaħalx fl-operat tal-istess Awtorità.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26621 u 27101 u jgħid x'inhi r-raġuni li pajjiżi bħal Ġermanja u l-Awstrija mhux qed jirrikonoxxu kwalifiki akkreditati mill-Bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) u qed jirrikonoxxu biss dawk li huma akkreditati mis-Self Accrediting Institutions jiġifieri l-Università, l-MCAST u l-ITS?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xo seduta oħra.
Ftehim — Kulleġġ Maria Regina u San Nikola - Early Arrival and Dismissal Supervision
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29130 u jgħid jekk il-parti tal-ftehim li sar bejn l-MUT u l-Ministeru tiegħu hux jiġi attwat f’dak li għandu x’jaqsam mal-Early Arrival and Dismissal Supervision u jekk dan huwiex jiġi rrispettat fl-iskejjel primarji tal-Kulleġġ Maria Reġina u San Nikola? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tan-numru ta’ membri tal-istaff li huma assenjati għal dan l-iskop f’kull skola primarja tal-Kulleġġ Maria Regina u San Nikola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull skola msemmija tiġi assenjata Edukaturi li jistgħu jwettqu is-superviżjoni msemmija f’ratio skont hekk kif hemm miktub fil-ftehim. L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Kulleġġ Maria Reġina
Early Supervision
Dismissal Supervision
Skola Primarja Għargħur
4
4
Skola Primarja Mellieħa
11
11
Skola Primarja Mosta A *
10
10
Skola Primarja Mosta B
7
7
Skola Primarja Naxxar
10
11
Skola Primarja Qawra
20
20
Skola Primarja San Pawl l-Baħar
13
13
Kulleġġ San Nikola
Early Supervision
Dismissal Supervision
Skola Primarja Attard
11
11
Skola Primarja Baħrija
2
2
Skola Primarja Dingli
5
5
Skola Primarja Mġarr
8
8
Skola Primarja Mtarfa
2
2
Skola Primarja Rabat
8
8
* Tinkludi wkoll Mosta Annex
L-edukaturi kollha mill-iskola rispettiva jistgħu japplikaw għas-servizzi msemmija. Meta n-numru jaqbeż l-ammonti msemmija fit-tabella t’hawn fuq, jsir
roster
ekwu ma’ dawk li jkunu applikaw.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Impjegati u Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost bħala impjegati u konsulenti l-Ministeru tiegħu, f’liema skala tas-servizz pubbliku qiegħed is-salarju/paga tagħhom, x’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn l-impjegati/konsulenti, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f’każ ta’ Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x’inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta’ kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? X’allowances ( bħal disturbance allowance, Secretariat Allowance, Bonus for Overtime Worked, Communications Allowance, Fully-expensed mobile telephony, Free Telephony, Pre-Paid top-ups for telephony service, Internet Service, Car Allowance, Transport Allowance, Fuel Vouchers, Use of car-hired car, Use of government-owned car, Internet Key, Tablets, Laptops, Peripherals, Expertise Allowance, Disturbance Allowance, Shift Allowance, eċċ.) u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati/konsulenti għandhom u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli)? Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat/konsulent tal-Ministeru għandu u li għadu fis-seħħ?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28891 u jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel sekondarji li ser jirtiraw minħabba l-età matul il-ħames snin li ġejjin u kemm kien hemm għalliema li rriżenjaw matul l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel sekondarji, matul il-ħames snin li ġejjin mistennija jirtiraw 89 għalliem, filwaqt li fl-aħħar ħames snin irriżenjaw 182 għalliem, fl-aħħar ħames snin ġew ingaġġati total ta’ 363 għalliem.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29087 u jgħid fejn ġew stazzjonati l-ħaddiema kollha tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni f’Għawdex li qabel kienu jaħdmu mill-uffiċċju fi Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kif u għaliex intgħażel dan il-post?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-ħaddiema kollha li jiffurmaw parti mill-Kulleġġ t’Għawdex matul is-sena skolastika 2024-2025 kienu qegħdin joperaw mit-tielet sular tas-Science Wing fi Triq l-Ewropa stess, liema wing tifforma parti mill-iskola M.A. Refalo. L-għażla tal-post imsemmi saret sabiex l-Uffiċju tal-Prinċipal jibqa’ f’post ċentrali għall-pubbliku ġenerali kif ukoll fil-qalba tal-kumpless edukattiv li jinsab fiż-żona.
L.S. 605.02 — Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28124, 28246, 28417, 28713, 28941 u 29110 u jgħid jekk l-Artikolu 6.4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.02 - Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha, għadux japplika? Jekk le, jista’ jindika x’inhuma l-istandards li japplikaw illum?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Leġiżlazzjoni msemmija tapplika fl-intier tagħha, inkluż Artikolu 6.4.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm eżamijiet fl-Università li kienu affettwati minħabba qtugħ ta’ elettriku u jekk iva, jelenka liema kienu? Jista’ jgħid ukoll jekk l-Università għandhiex generators?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29137 u jgħid kemm-il persuna riedet tidħol fl-Iskola tal-Wardija fil-bidu tas-sena skolastika 2024-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna ġiet aċċettata biex tkompli l-edukazzjoni tagħha f’din l-iskola, u kemm-il persuna ma ġietx aċċettata?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proċess għadu għaddej.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28890 u jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji li ser jirtiraw minħabba l-età matul il-ħames snin li ġejjin u kemm kien hemm għalliema li rriżenjaw matul l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Uffiċċju addizzjonali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23630, peress li bit-tieni uffiċċju qed nirreferi għall-post/binja li fih il-Ministru jiltaqa’ mal-kostitwenti tiegħu, jista’ jgħid:
(a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin?
(b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati?
(c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini?
(d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn?
(e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera?
(f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini?
(g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tiegħu?
(h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tiegħu, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nittama li l-Onor. Interpellant jifhem bid-distinzjoni li hemm bejn uffiċċju Ministerjali u uffiċċju tal-kostitwenza. L-uffiċċju li fih naqdi d-dmirijiet Ministerjali tiegħi huwa fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni fil-Furjana..
Għar-rigward tal-uffiċċju tal-kostitwenza, dan huwa mħallas minn fondi privati, u mhux pubbliċi kif qed jipprova jimplika b’mod skorrett u qarrieqi l-interpellant. Għalhekk mhux filmansjoni ta’ mistoqsija parlamentari.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn ġew stazzjonati l-ħaddiema kollha tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni f’Għawdex li qabel kienu jaħdmu mill-uffiċċju fi Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kif u għaliex intgħażel dan il-post?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28690 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Ftehim – Kulleġġ Maria Regina u San Nikola — Early Arrival and Dismissal Supervision
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parti tal-ftehim li sar bejn l-MUT u l-Ministeru tiegħu hux jiġi attwat f’dak li għandu x’jaqsam mal-Early Arrival and Dismissal Supervision u jekk dan huwiex jiġi rrispettat fl-iskejjel primarji tal-Kulleġġ Maria Reġina u San Nikola? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tan-numru ta’ membri tal-istaff li huma assenjati għal dan l-iskop f’kull skola primarja tal-Kulleġġ Maria Regina u San Nikola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Żgħażagħ b’correctional order
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28431 u jgħid għal xiex iddaħħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin iż-żgħażagħ (tlieta li kellhom sittax-il sena u wieħed li kellu erbatax-il sena) li kellhom correctional order f’dawn l-aħħar għaxar snin? Jista’ jgħid ukoll f’liema diviżjoni kienu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28020 u 28735 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27412 dwar kemm hemm skejjel li saret manutenzjoni fuqhom, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet din il-manutenzjoni u f’liema skejjel saret f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna riedet tidħol fl-Iskola tal-Wardija fil-bidu tas-sena skolastika 2024-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna ġiet aċċettata biex tkompli l-edukazzjoni tagħha f’din l-iskola, u kemm-il persuna ma ġietx aċċettata?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28681 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istand tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-Public Service Expo Village 2025 ġiet tiswa €91,050.
F’din l-istand kien hemm Reading and Writing sessions, Science Shows, Educational Talks and Information Sessions, Health and Safety Sessions, ġie provdut informazzjoni ġenerali minn naħa tal-FITA rigward servizzi offruti lil persuni ta’ diżabilità, ġiet offrut assistenza għal dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ japplikaw għall-iskema tal-Gyms, dimostrazzjoni ta’ kif isir 3D printing, aċċess għal VR sets, preżenza minn naħa ta’ awturi lokali, u saru wkoll Mock Interviews u podcasts.
Din l-attività kopriet il-parteċipazzjoni wkoll ta' National Skills Council, l-Università ta’ Malta, l-MCAST, l-Aġenzija Żgħażagħ, Esplora, FITA, SportMalta, National Literacy Agency, id-dipartiment tal-Litteriżmu Diġitali u ħilijiet Trasversali, id-dipartiment tal-iScholarships, id-dipartiment tal-istipendju, id-dipartiment tal-Lifelong Learning, u kif ukoll id-dipartiment tar-Riżorsi Umani fi ħdan il-Ministeru. L-Expo Village tas-Servizz Pubbliku din is-sena żaruh 76,264 persuna.
L.S. 605.02 — Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28124, 28246, 28417, 28713 u 28941 u jgħid jekk l-Artikolu 6.4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.02 - Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha, għadux japplika? Jekk le, jista’ jindika x’inhuma l-istandards li japplikaw illum?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.