Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa Bormla? Jista’ jindika fejn qegħdin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun.
B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi għaddej xogħol fuq bini ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Bormla li jammonta għal 68 appartament li għadhom qed jinbnew.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa l-Birgu? Jista’ jindika fejn qegħdin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun.
B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi fil-lokalità indikata m'hemmx postijiet li qed jinbnew kif indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa l-Isla? Jista’ jindika fejn qegħdin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun.
B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi fil-lokalità indikata m’hemmx postijiet li qed jinbnew kif indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa Ħaż-Żabbar? Jista’ jindika fejn qegħdin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun.
B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi fil-lokalità indikata m’hemmx postijiet li qed jinbnew kif indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa x-Xgħajra? Jista’ jindika fejn qegħdin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun.
B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi fil-lokalità indikata m’hemmx postijiet li qed jinbnew kif indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa l-Kalkara? Jista’ jindika fejn qegħdin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun.
B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi fil-lokalità indikata mhemmx postijiet li qed jinbnew kif indikat.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Advisors
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru jimpjega Advisor wieħed li jagħti pariri legali u total tan-nefqa hu ta’ €9,000 (excl. VAT) kull 6 xhur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies ġodda mal-Awtorità tad-Djar, mill-2017 ’l hawn, sena b’sena, sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2017 sal-lum, l-Awtorità tad-Djar impjegat is-segwenti numru ta’ nies:
Numru ta' Impjegati fil-31/12/2016
125
Sena 2017 - Impjegati li spiċċaw*
13
Sena 2017 - Impjegati ġodda
18
Sena 2018 - Impjegati li spiċċaw
17
Sena 2018 - Impjegati ġodda
16
Sena 2019 - Impjegati li spiċċaw
8
Sena 2019 - Impjegati ġodda
17
Sena 2020 - Impjegati li spiċċaw
13
Sena 2020 - Impjegati ġodda
39
Sena 2021 - Impjegati li spiċċaw
17
Sena 2021 - Impjegati ġodda
37
Sena 2022 - Impjegati li spiċċaw
16
Sena 2022 - Impjegati ġodda
13
*Dawn jinkludu impjegati li rriżenjaw jew irtiraw.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Awtorità tad-Djar, li daħlu mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda, kemm minnhom ingħataw post ġdid jew post alternattiv?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika t-talba tiegħu sabiex l-informazzjoni li tingħata tkun korretta.
Bormla – HE ta’ Verdala u St. Nicholas Married Quarters — “Skema Sir Sid Darek”
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk residenti li joqogħdu fil-HE ta’ Verdala kif ukoll fis-St. Nicholas Married Quarters Bormla jistgħux jixtru u jsiru sidien ta’ djarhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proprjetajiet imsemmija hawn fuq mhux qed jiġu offruti għal bejgħ permezz tal-iskema Sir Sid Darek minħabba li huma meqjusin bħala ‘National Heritage’.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2956, jista' l-Ministru jispjega allura kif fil-każ tal-foster parent li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, din la rċeviet din l-għotja supplementari ta' €300 fis-sena (anzi tilfet l-għajnuna supplementari li kienet tieħu hi), u fil-prattika l-ħlas tal-kera tal-akkomodazzjoni soċjali tagħha żdidilha minn €65.25 kull tliet xhur għal €913 kull sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2956 kienet tirreferi għal ħlasijiet supplimentari lill-Fostered Parents fuq il-benefiċċju tal-kera f’residenzi mikrijin minn sidien privati u mhux dawk tal-Gvern.
F’residenzi mikrijin mill-Gvern, il-kirjiet li jridu jitħallsu mill-inkwilini jkunu diġà ssussidjati skont id-dħul tagħhom u għalhekk dawn ma jistgħux jerġgħu japplikaw għal sussidju fuq il-kirja tagħhom. Il-kera tagħhom tiġi riveduta kull sentejn u din tinħadem fuq id-dħul li kellhom fis-sena preċedenti. L-allowance mogħti mill-Gvern lill-Fostered Parents jiġi kkalkulat mad-dħul tal-inkwilin.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1033, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress fuq l-istallazzjoni ta’ lift fi blokka appartamenti, meta l-Ministru kien irrisponda li l-Awtorità tad-Djar għaddejja bil-preparazzjonijiet tagħha sabiex jitlesta l-BOQ tal-bini tax-shaft għal dan il-lift sabiex jiġi inkluż mal-offerta li jmiss li hija ppjanata li tinħareġ fiż-mien li ġej?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender komplut, inkluż il-BOQ imsemmi, ġie mħejji mil-lat tekniku u ġie mmexxi għall-fażi suċċessiva biex tkun maħruġa l-offerta.
Jista’ l-Ministru jispjega meta u kif ser isir il-lift fil-blokka li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament f’Santa Luċija?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li lift fiż-żewġ partijiet komuni ta’ dan il-blokk (Entratura għall-appartamenti 1-8 u Entratura għall-appartamenti 9-16) ma jistax jiġi akkomodat peress li l-ispazju disponibbli mhuwiex biżżejjed. Ir-residenti tal-appartamenti 1-8 ġew infurmati bl-eżitu permezz ta’ ittra datata fil-11 ta’ Ottubru 2017 filwaqt li r-residenti tal-appartamenti 9-16 ġew infurmati b’dan fis-6 ta’ Jannar 2020.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-entitatjiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi fil-perjodu indikat ma kellhom l-ebda advisors impjegati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sussidju fuq il-kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995 u li huma milquta minn żieda fil-kera stipulata minn sentenza tal-Qorti jingħatax direttament lis-sidien jew jingħatax lill-kerrejja wara li jkunu ħallsu huma lis-sidien? Jista' jgħid x'jiġri meta l-kerrejja ma jkollhomx flus biex iħallsu minn buthom il-kera l-ġdida u ma jistgħux joqogħdu jistennew ir-rifużjoni mill-Awtorità tad-Djar?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sussidju fuq il-kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995 jitħallas dirett lill-kerrejja sitt xhur bil-quddiem. Dan iffisser li f’Diċembru ta’ din is-sena ser jingħataw pagament li jkopri mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2023. B’hekk jiġi evitat li l-kerrejja jkunu f’diffikultà finanzjarja biex iħallsu l-kera l-ġdida.
Benefiċċju tal-Kera fuq fondi privati mikrija bħala residenza ordinarja
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ħadu benefiċċju tal-kera fuq fondi privati mikrija bħala residenza ordinarja fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021, u 2022 (sal-lum), sena b'sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta sabiex tinnota t-tabella t’hawn taħt li turi l-ammont ta’ persuni li ħadu benefiċċju tal-kera fuq fondi privati mikrija bħala residenza ordinarja fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021, u 2022:-
Sena
Ammont ta’ Benefiċjarji
2017
2,653
2018
2,186
2019
2,898
2020
3,427
2021
4,040
2022*
3,700
*sal-10 ta’ Ottubru 2022
Sussidju tal-Kera fuq fondi privati mikrija bħala residenza ordinarja
Question
Jista' l-Ministru jelenka kull kategorija ta' applikanti li jistgħu japplikaw għal sussidju tal-kera fuq fondi privati mikrija bħala residenza ordinarja, id-dħul massimu taħt kull kategorija u l-ammont massimu ta' benefiċċju li kull applikant ikun intitolat għalih għas-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022, separatament minn xulxin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għas-sena 2022 tinsab aċċessibbli fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tad-Djar: housingauthority.gov.mt u l-istess informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tad-Djar – kuntratti ta’ kera għal skop residenzjali primarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta' kera għal skop residenzjali primarju ġew irreġistrati mal-Awtorità tad-Djar mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum? Jista' jgħid kemm minnhom kellhom terminu ta' żmien ta' kirja ta' sitt xhur biss, kemm minnhom kellhom terminu ta' kirja ta' sena, u kemm minnhom kellhom terminu ta' żmien ta' aktar minn sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2020 sad-data li fiha qed titwieġeb din il-mistoqsija, l-ammont ta’ kuntratti residenzjali privati li ġew irreġistrati jammontaw għal 86,350.
Minn dawn il-kuntratti 10,510 kellhom terminu ta’ 6 xhur, 37,713 kelhom terminu ta’ sena u 38,127 kellhom terminu ta’ aktar minn sena.