Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn sajjieda li jaqgħu taħt il-kategorija MFA u taħt il-kategorija MFB, sena b’sena, mis-sena 2005 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'differenza hemm bejn il-kategorija MFA u l-kategorija MFB? Jista’ jgħid ukoll min minn dawn iż-żewġ kategoriji, u ċjoè l-MFA u l-MFB, huwa intitolat għall-kwoti tat-tonn u għas-sussidju tal-fuel?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15679 għall-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ bastimenti MFA u MFB, kif ukoll għad-differenzi bejn il-kategorji.
Ninfurmah ukoll li sal-ġurnata tal-lum, kull bastiment kummerċjali huwa intitolat għall-kwota tat-tonn, minħabba l-fatt li d-diskussjonijiet għadhom mhux konklużi. Is-sajjieda full-time (MFA) biss huma intitolati għas-sussidju tal-fuel.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom:
i. ’l fuq minn 65 sena;
ii. ’l fuq minn 70 sena; u
iii. ’l fuq minn 80 sena?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru tieghi hemm 2 persuni ’l fuq minn 65 sena u 1 ’l fuq minn 70 sena li jaħdmu full-time jew part-time, b’kuntratt, bħala Persons of Trust, Advisors jew Experts.
Artikolu 45 tal-Att Prinċipali (KAP. 439) — Reġistru
Question
Fid-dawl li kif kien deċiż li jsir skont l-Artikolu 45 tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali (KAP. 439), li jgħid “il-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali għandu jżomm reġistru msejjaħ "Persuni mixlija b’reati kontra l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali u r-regolamenti magħmula taħtu" li fih jitniżżel l-isem ta’ kull persuna ħatja mill-Qorti ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att jew kwalunkwe regolamenti magħmula taħtu u fejn jiġi dikjarat mill-Qorti illi l-ħati għandu jiġi pprojbit milli jżomm annimali għal dak iż-żmien li jista’ jiġi stabbilit mill-Qorti. Kopja awtentika tas-sentenza rilevanti jew digriet tal-Qorti, għandha wkoll tinżamm fir-reġistru.", jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jinżamm dan ir-reġistru? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li diġà tniżżlu f’dan ir-reġistru?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li dan ir-reġistru qed jinżamm mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali. Inżid ngħid ukoll li diġà hemm xi persuni mniżżla f’dan ir-reġistru.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent hemm fil-Ministeru tiegħu u x’livell ta’ edukazzjoni u esperjenza għandhom, speċjalment fil-qasam li l-Ministeru jirrappreżenta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ġew impjegati skont l-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
L-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu s-sussidji li ngħataw is-sajjieda, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn is-sussidji bbenefikaw minnhom sajjieda full-time u sajjieda part-time? Kemm minn dawn is-sajjieda kienu sajjieda żgħażagħ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura ghen b’mod dirett lis-sajjieda permezz ta’ l-iskema tal-fjuwil, liema skema harget ghall-ewwel darba fis-sena 2022. Din l-iskema giet imnedija taht il-Qafas Temporanju ta’ Ghajnuna, liema qafas gie mahluq biex jghin lil ekonomija wara l-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajina.
L-applikazzjonijiet kienu miftuha ghal sajjieda li huma rregistrati fuq bazi full-time (MFA). Is-sajjieda kienu intitolati ghal ghajnuna ekkwivalenti ghad-differenza fil-prezz tal-fjuwil li tvarja mill-linja bazi stabbilita fi Frar 2022, li kienet tammonta ghal €0.64. Dan l-ammont ta’ ghajnuna jinbidel kull xhar, liema bidla tiddipendi fuq il-prezz kurrenti tal-fjuwil skont is-suq. Mill-bidu tas-sena 2022 sa l-ahhar ta’ 2023, 286 sajjieda applikaw u ibbenefikaw minn din l-iskema, bl-ammont totali ta’ fondi mghotija jlahhqu €1.280 miljun. Mill-286 sajjieda li applikaw, 66 kienu sajjieda zghazagh (23 fil-mija). Għajnuniet ohra m’humhiex meqjusa bħala sussidji.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji biex tikwalifika bħala sajjied full-time u sajjied part-time? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm kien hawn sajjieda full-time u sajjieda part-time, sena b’sena, mill-2005 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari? X'verifiki jagħmel id-Dipartiment tas-Sajd biex jassigura ruħu li min qed jiddikjara li hu sajjied full-time, fil-fatt ikun verament sajjied full-time?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex topera bastiment tas-sajd kummerċjali jrid ikollok bastiment b’liċenzja ta’ MFA (full-time) u MFB (part-time) rispettivament, filwaqt li tkun reġistrat bħala sajjied full-time jew part-time, skont il-każ mal-entità kkonċernata.
In-numru ta’ bastimenti full-time u part-time sena b’sena, mill-2012 sal-lum huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Bastimenti MFA
Bastimenti MFB
TOTAL
Full-time
Part-time
2012
403
638
1,041
2013
398
625
1,023
2014
399
617
1,016
2015
401
601
1,002
2016
379
534
913
2017
374
548
922
2018
376
528
904
2019
376
520
896
2020
377
462
839
2021
388
447
835
2022
397
417
814
2023
391
409
800
2024 (sat- 30/01/24
393
407
800
Ninfurmah li l-informazzjoni dwar in-numru ta’ bastimenti tas-snin ta’ qabel ma tistax tiġi kkumpilata minħabba l-fatt li kienet tintuża sistema oħra li ma għadx baqa’ aċċess għaliha. Il-verifiki sabiex bastiment tas-sajd jiġi kkonfermat bħala kummerċjali huma skont l-iskedi li hemm fil-liġijiet taħt il-KAP 425 tal-Liġijiet ta’ Malta, li huma bbażati fuq valur minimu ta’ bejgħ li jridu jsiru mill-kategoriji rispettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn sajjieda, f’kull kategorija, li jaqgħu taħt il-kategorija 'historical', 'sectoral', 'young fishermen' u 'others'? X'tip ta' liċenzji hemm taħt kull kategorija separatament, u x'ammont ta' kwoti tat-tonn, separatament hemm taħt kull kategorija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-kategoriji huma marbutin ma’ kif titqassam il-kwota tat-tonn u fid-dawl li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin għall-istaġun 2024, fil-preżent dawn il-kategoriji ma jeżistux għaliex l-istaġun tat-tonn huwa magħluq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sajjieda li bbenefikaw minn għajnuniet tal-Unjoni Ewropea, sena b’sena, mill-2004 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna, kemm-il sajjied ibbenefika minn din l-għajnuna, x’kien l-istatus ta' kull sajjied (sajjieda full-time, sajjieda żgħażagħ, etc.) u x’inhu l-ammont ta' flus li bbenefika minnu kull sajjied?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti impjegati mill-Ministeru u/jew id-Dipartiment tas-Sajd assenjati fl-Istanding Committee Research and Statistics (SCRS) tal-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas) li joħorġu r-rakkomandazzjonijiet għall-ħut u l-mammiferi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diversi impjegati xjentisti tad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura jattendu għall-laqgħat tal-SCRS, li jsiru b’mod perjodiku. In-nomenklatura tagħhom hi Chief Scientific Officer, Principal Scientific Officer, Senior Scientific Officer u Scientific Officer.